Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0368

2012/368/UE, Euratom: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tad- 29 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

ĠU L 179, 11.7.2012, pp. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/368/oj

11.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/15


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL, TAL-KUMMISSJONI, TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA, TAL-QORTI TAL-AWDITURI, TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

tad-29 ta’ Ġunju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

(2012/368/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

IL-KUNSILL,

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA,

IL-QORTI TAL-AWDITURI,

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW,

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

Huwa meħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (1) sabiex tiġi adattata għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati kif emendati mit-Trattat ta’ Lisbona u, b’mod partikolari, biex jiżdied l-Kunsill Ewropew bħala istituzzjoni firmatarja.

(2)

Il-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet qabel fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta’ Lulju 2010 li l-Kunsill Ewropew isir istituzzjoni firmatarja u li, fl-14 ta’ April 2011, dik id-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom għandha għaldaqstant tiġi emendata,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom hi emendata kif ġej:

1.

It-titolu jinbidel hekk, “Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea”.

2.

Il-lista ta’ istituzzjonijiet u korpi li jippromulgaw tinbidel b’din li ġejja:

“IL-PARLAMENT EWROPEW,

IL-KUNSILL EWROPEW,

IL-KUNSILL,

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA,

IL-QORTI TAL-AWDITURI,

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW,

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI”.

3.

Fl-Artikolu 1(1) l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-kompitu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem l-Uffiċċju), li huwa uffiċċju interistituzzjonali, għandu jkun li jippubblika l-pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli.”.

4.

L-Artikolu 4(6) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-istituzzjonijiet jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ servizz mal-Uffiċċju sabiex jiddefinixxu l-metodi ta’ kooperazzjoni tagħhom. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jista’ jikkoopera wkoll mal-Uffiċċju u, għal dan il-għan, jikkonkludi ftehim ta’ servizz.”.

5.

L-Artikolu 6(1) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Huwa b’dan stabbilit Kumitat tal-Ġestjoni, li fi ħdanu jkunu rappreżentati l-istituzzjonijiet firmatarji kollha. Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jkun magħmul mir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mis-Segretarji Ġenerali tal-istituzzjonijiet l-oħra jew ir-rappreżentanti tagħhom. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jieħu sehem fix-xogħol tal-Kumitat tal-Ġestjoni bħala osservatur. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun rappreżentat mis-Segretarju tal-Bord Eżekuttiv tiegħu jew minn sostitut maħtur minnhom.”.

(6)

Il-lista tal-firmatarji tinbidel b’din li ġejja:

“Għall-Parlament Ewropew,

Għall-Kunsill Ewropew,

Għall-Kunsill,

Għall-Kummissjoni,

Għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

Għall-Qorti tal-Awdituri,

Għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Għall-Kumitat tar-Reġjuni”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell u fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Martin SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Villy SØVNDAL

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

Għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Il-President

Vassilios SKOURIS

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

Il-President

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)   ĠU L 168, 30.6.2009, p. 41.


Top