EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0366

2012/366/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Ġunju 2012 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

ĠU L 178, 10.7.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/366/oj

10.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/13


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ġunju 2012

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2012/366/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) biex tesprimi s-solidarjetà tagħha fir-rigward tal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn katastrofi.

(2)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 1 biljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(4)

L-Italja ppreżentat talba bil-għan li timmobilizza l-Fond li jikkonċerna diżastru kkawżat mill-għargħar fil-Ligurja u t-Toskana,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2012, għandha tiġi mobilizzata somma ta’ EUR 18 061 682 fi krediti ta’ impenn u ta’ ħlas taħt l-intestatura tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Parlament Ewropew

ll-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

ll-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


Top