This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0344
Council Decision 2012/344/CFSP of 23 March 2012 on the signing and conclusion of the Agreement between the European Union and the Republic of Albania establishing a framework for the participation of the Republic of Albania in European Union crisis management operations
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/344/PESK tat- 23 ta’ Marzu 2012 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Albanija f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/344/PESK tat- 23 ta’ Marzu 2012 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Albanija f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet
ĠU L 169, 29.6.2012, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/344/oj
|
29.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 169/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/344/PESK
tat-23 ta’ Marzu 2012
dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Albanija f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 218(5) u (6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-RGħ”),
Billi:
|
(1) |
Il-kondizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-ġejjieni, pjuttost milli dawk il-kondizzjonijiet jiġu definiti skont il-każ għal kull operazzjoni konċernata. |
|
(2) |
Wara l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill fis-26 ta’ April 2010 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, ġie nnegozjat, mir-RGħ, ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Albanija f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet (“il-Ftehim”). |
|
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Albanija fl-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 16(1) tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON