Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0322

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/322/PESK tal- 20 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

ĠU L 165, 26.6.2012, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2012; Imħassar b' 32012D0739

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/322/oj

26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/322/PESK

tal-20 ta’ Ġunju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1).

(2)

Jeħtieġ li tiġi żviluppata aktar l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(3)(b) u tal-Artikolu 1a(2)(b) tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/782/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/782/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(3)(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-għoti, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawn l-oġġetti, jew għall-għoti ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fis-Sirja.”;

(2)

L-Artikolu 1a(2)(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawn l-oġġetti, jew għall-għoti ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fis-Sirja.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.


Top