This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0304
2012/304/EU: Commission Implementing Decision of 11 June 2012 authorising laboratories in Croatia and in Mexico to carry out serological tests to monitor the effectiveness of rabies vaccines (notified under document C(2012) 3761) Text with EEA relevance
2012/304/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Ġunju 2012 li tawtorizza laboratorji fil-Kroazja u fil-Messiku biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex tiġi ssorveljata l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3761) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2012/304/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Ġunju 2012 li tawtorizza laboratorji fil-Kroazja u fil-Messiku biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex tiġi ssorveljata l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3761) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 152, 13.6.2012, p. 50–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
13.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/50 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Ġunju 2012
li tawtorizza laboratorji fil-Kroazja u fil-Messiku biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex tiġi ssorveljata l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3761)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/304/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2000/258/KE taħtar l-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES) f’Nancy, Franza (preċedentement magħrufa bħala l-Agence française de sécurité sanitaire des aliments, l-AFSSA), bħala l-istituzzjoni speċifika responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi li jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija. |
|
(2) |
Dik id-Deċiżjoni tipprovdi wkoll li l-ANSES għandha tiddokumenta l-evalwazzjoni tal-laboratorji f’pajjiżi terzi li jkunu applikaw biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija. |
|
(3) |
L-awtorità kompetenti tal-Kroazja ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju għall-idrofobija u l-viroloġija ġenerali tal-Istitut Veterinarju f’dak il-pajjiż terz biex jagħmlu dawn it-testijiet seroloġiċi. Dik l-applikazzjoni hija appoġġata minn rapport favorevoli mill-ANSES dwar l-evalwazzjoni ta’ dak il-laboratorju, datat l-20 ta’ Settembru 2011. |
|
(4) |
L-awtorità kompetenti tal-Messiku ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju fis-Centro Nacional de Servicios de Diagnóstico en Salud Animal f’dak il-pajjiż terz biex jagħmlu dawn it-testijiet seroloġiċi. Dik l-applikazzjoni hija appoġġata minn rapport favorevoli mill-ANSES dwar l-evalwazzjoni ta’ dak il-laboratorju, datat l-20 ta’ Settembru 2011. |
|
(5) |
Għaldaqstant, dawk il-laboratorji għandhom ikunu awtorizzati biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija fil-klieb, il-qtates u l-inmsa. |
|
(6) |
Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorji li ġejjin huma awtorizzati biex jagħmlu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija fil-klieb, il-qtates u l-inmsa:
|
(a) |
|
|
(b) |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni