Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0300

    2012/300/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta' Ġunju 2012 li taħtar membru Awstrijak tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    ĠU L 151, 12.6.2012, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/300/oj

    12.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 151/32


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-7 ta' Ġunju 2012

    li taħtar membru Awstrijak tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    (2012/300/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

    (2)

    Post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Johann KÖLTRINGER,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dr Ferdinand MAIER, Generalsekretär des Österreichischen Raiffeisenverbands hu b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-addozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ġunju 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BØDSKOV


    (1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


    Top