Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0294

    2012/294/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Mejju 2012 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-2012 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3262)

    ĠU L 150, 9.6.2012, p. 86–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/294/oj

    9.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 150/86


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-25 ta’ Mejju 2012

    dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-2012

    (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3262)

    (It-testi bl-ilsien Bulgaru, Daniż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Sloven, Spanjol, Svediż u Taljan biss huma awtentiċi)

    (2012/294/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Istati Membri ssottomew il-programmi tagħhom għall-kontroll tas-sajd għall-2012 lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, li jinkludu l-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa li għandha tiġġarrab fit-twettiq tal-proġetti li jinsabu f’dawn il-programmi.

    (2)

    Applikazzjonijiet li jinvolvu l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament mill-Unjoni.

    (3)

    L-applikazzjonijiet għal finanzjament mill-Unjoni ġew ivvalutati għall-konformità tagħhom mar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 (2).

    (4)

    Huwa xieraq li l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni jiġu ffissati fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata din il-kontribuzzjoni.

    (5)

    F’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, l-Istati Membri intalbu jissottomettu programmi relatati ma’ finanzjament fl-oqsma ta’ prijorità definiti mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2011; jiġifieri t-traċċabbiltà, il-validazzjoni u l-kontroverifika tad-dejta, il-kejl tal-qawwa tal-magna, it-tagħmir tal-flotta fuq skala żgħira b’Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) u Sistemi Elettroniċi ta’ Reġistrazzjoni u Rappurtar (ERS).

    (6)

    Fuq dik il-bażi u filwaqt li jitqiesu l-limiti baġitarji, it-talbiet fil-programi għal finanzjament tal-Unjoni relatati ma’ azzjonijiet mhux prijoritarji bħall-installazzjoni ta’ Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) abbord bastimenti tas-sajd, it-taħriġ u l-inizjattivi għas-sensibilizzazzjoni tar-regoli tal-PKS kif ukoll ix-xiri jew il-modernizzazzjoni ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru tal-għassa tas-sajd ġew miċħuda.

    (7)

    Sabiex jitħeġġeġ l-investiment fl-azzjonijiet prijoritarji definiti mill-Kummissjoni, u fid-dawl tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata mal-oqsma ta’ prijorità msemmija hawn fuq u miżmuma għal din id-deċiżjoni finanzjarja għandha tibbenefika minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

    (8)

    Mill-oqsma ta’ prijorità definiti mill-Kummissjoni, deher li l-proġetti dwar it-traċċabbiltà li ġew ippreżentati mill-Istati Membri kienu jeħtieġu li jkun hemm approċċ globali u koordinat fis-seħħ fost l-Istati Membri qabel ma tkun tista’ tingħata kontribuzzjoni tal-Unjoni. Konsegwentement, il-valutazzjoni ta’ dawn il-proġetti dwar it-traċċabbiltà għal kontribuzzjoni tal-Unjoni kienet posposta għal deċiżjoni ta’ finanzjament addizzjonali li se tiġi ppreparata fl-2012.

    (9)

    Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (3).

    (10)

    Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar abbord il-bastimenti tas-sajd għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

    (11)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Din id-Deċiżjoni tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2012 għan-nefqa li għandha tiġġarrab mill-Istati Membri fl-2012 għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif jissemma fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

    Artikolu 2

    Għeluq tal-impenji pendenti

    Il-pagamenti kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2016. Il-pagamenti li jsiru minn Stat Membru wara dik id-data ta’ skadenza mhux se jkunu eliġibbli għar-rimborż. L-approprjazzjonijiet baġitarji marbuta ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017.

    Artikolu 3

    Teknoloġiji u netwerks tal-IT ġodda

    1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness I, biex jiġu stabbiliti teknoloġiji ġodda u netwerks tal-IT sabiex ikunu jistgħu jsiru ġbir u ġestjoni effiċjenti u siguri ta’ dejta relatata mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd kif ukoll il-verifika tal-qawwa tal-magna, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

    2.   Kwalunkwe nefqa oħra li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness I, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

    Artikolu 4

    Tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika

    1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness II, fuq ix-xiri u t-twaħħil abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika li jagħmilha possibbli li l-bastimenti jiġu mmonitorjati minn distanza minn ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd permezz ta’ sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

    2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 2 500 għal kull bastiment.

    3.   Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003.

    Artikolu 5

    Sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar

    In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness III, għall-iżvilupp, ix-xiri, l-installazzjoni u l-għajnuna teknika għall-komponenti meħtieġa għas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS), sabiex l-iskambju tad-dejta jkun effiċjenti u sigur fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 6

    Tagħmir elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar

    1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness IV, għax-xiri u l-installazzjoni ta’ tagħmir ERS abbord bastimenti tas-sajd u li jippermetti lill-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw b’mod elettroniku dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fi ħdan il-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

    2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 3 000 għal kull bastiment, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.

    3.   Sabiex jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja, it-tagħmir ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

    4.   Fil-każ ta’ tagħmir li jgħaqqad funzjonijiet ERS u VMS, u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 4 500 għal kull bastiment.

    Artikolu 7

    Proġetti pilota

    In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness V, fuq proġetti pilota dwar teknoloġiji ġodda ta’ kontroll għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

    Artikolu 8

    Indirizzi

    1.   Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

    2.   In-nefqa ppjanata, is-sehem eliġibbli tagħha, u l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għal kull Stat Membru huma kif ġej:

    (EUR)

    Stat Membru

    Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

    Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

    Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni

    Il-Belġju

    610 000

    410 000

    345 000

    Il-Bulgarija

    25 565

    25 565

    23 009

    Id-Danimarka

    3 462 722

    2 656 563

    2 350 599

    Il-Ġermanja

    5 971 900

    181 000

    162 900

    L-Irlanda

    52 370 000

    270 000

    163 000

    Il-Greċja

    12 110 000

    6 040 000

    5 400 000

    Spanja

    207 080

    84 200

    75 780

    Franza

    3 550 955

    2 152 500

    1 937 250

    L-Italja

    5 877 000

    4 412 000

    3 846 000

    Ċipru

    65 000

    65 000

    38 500

    Il-Latvja

    17 856

    17 856

    13 400

    Il-Litwanja

    284 939

    284 939

    256 445

    Malta

    117 000

    104 500

    94 050

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    1 709 400

    1 580 000

    1 422 000

    Il-Polonja

    2 674 000

    0

    0

    Il-Portugall

    3 379 192

    539 979

    485 981

    Ir-Rumanija

    615 000

    430 000

    367 000

    Is-Slovenja

    204 800

    185 800

    145 700

    Il-Finlandja

    2 500 000

    1 987 500

    1 584 750

    L-Isvezja

    11 463 574

    242 177

    195 782

    Ir-Renju Unit

    10 017 803

    4 424 309

    3 705 547

    Total

    117 233 786

    26 093 889

    22 612 693

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Maria DAMANAKI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.

    (3)  ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.


    ANNESS I

    TEKNOLOĠIJI U NETWERKS TAL-IT ĠODDA

    (EUR)

    Stat Membru u kodiċi tal-proġett

    Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

    Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

    Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni

    Il-Belġju

    BE/12/02

    100 000

    100 000

    90 000

    BE/12/03

    200 000

    0

    0

    BE/12/04

    30 000

    30 000

    27 000

    BE/12/06

    100 000

    100 000

    90 000

    Subtotal

    430 000

    230 000

    207 000

    Il-Bulgarija

    BG/12/01

    25 565

    25 565

    23 009

    Subtotal

    25 565

    25 565

    23 009

    Id-Danimarka

    DK/12/01

    335 900

    335 900

    302 310

    DK/12/03

    335 900

    335 900

    302 310

    DK/12/04

    470 259

    470 259

    423 233

    DK/12/05

    214 976

    214 976

    193 478

    DK/12/06

    268 720

    268 720

    241 848

    DK/12/07

    268 720

    0

    0

    DK/12/08

    167 950

    0

    0

    DK/12/09

    100 770

    0

    0

    DK/12/10

    8 062

    8 062

    7 255

    DK/12/11

    15 048

    15 048

    13 543

    DK/12/12

    134 360

    0

    0

    DK/12/13

    100 770

    100 770

    50 385

    DK/12/14

    201 540

    201 540

    181 386

    DK/12/15

    100 770

    100 770

    90 693

    DK/12/17

    134 360

    134 360

    120 924

    DK/12/18

    134 360

    134 360

    120 924

    Subtotal

    2 992 462

    2 320 663

    2 048 289

    Il-Ġermanja

    DE/12/11

    310 300

    310 300

    0

    DE/12/12

    100 000

    100 000

    0

    DE/12/13

    300 000

    300 000

    0

    DE/12/14

    50 000

    50 000

    0

    DE/12/15

    290 600

    290 600

    0

    DE/12/16

    590 000

    590 000

    0

    DE/12/17

    925 000

    925 000

    0

    DE/12/18

    400 000

    400 000

    0

    DE/12/21

    1 875 000

    1 875 000

    0

    Subtotal

    4 840 900

    4 840 900

    0

    L-Irlanda

    IE/12/01

    70 000

    70 000

    63 000

    IE/12/03

    200 000

    200 000

    100 000

    IE/12/04

    1 200 000

    1 200 000

    0

    Subtotal

    1 470 000

    1 470 000

    163 000

    Il-Greċja

    EL/12/03

    90 000

    90 000

    45 000

    EL/12/05

    2 400 000

    0

    0

    Subtotal

    2 490 000

    90 000

    45 000

    Spanja

    ES/12/01

    207 080

    84 200

    75 780

    Subtotal

    207 080

    84 200

    75 780

    Franza

    FR/12/02

    725 000

    570 000

    513 000

    FR/12/03

    293 855

    185 000

    166 500

    FR/12/05

    150 000

    150 000

    135 000

    FR/12/06

    42 000

    0

    0

    Subtotal

    1 210 855

    905 000

    814 500

    L-Italja

    IT/12/01

    700 000

    700 000

    630 000

    IT/12/02

    500 000

    500 000

    450 000

    IT/12/03

    900 000

    900 000

    810 000

    IT/12/04

    700 000

    0

    0

    IT/12/05

    900 000

    900 000

    810 000

    IT/12/07

    500 000

    0

    0

    IT/12/08

    100 000

    100 000

    90 000

    IT/12/09

    312 000

    312 000

    156 000

    IT/12/10

    135 000

    0

    0

    IT/12/11

    130 000

    0

    0

    Subtotal

    4 877 000

    3 412 000

    2 946 000

    Ċipru

    CY/12/01

    15 000

    15 000

    13 500

    CY/12/02

    50 000

    50 000

    25 000

    Subtotal

    65 000

    65 000

    38 500

    Il-Latvja

    LV/12/01

    6 676

    6 676

    3 338

    LV/12/02

    11 180

    11 180

    10 062

    Subtotal

    17 856

    17 856

    13 400

    Il-Litwanja

    LT/12/01

    237 488

    237 488

    213 740

    LT/12/02

    37 651

    37 651

    33 885

    LT/12/03

    9 800

    9 800

    8 820

    Subtotal

    284 939

    284 939

    256 445

    Malta

    MT/12/01

    92 000

    92 000

    82 800

    Subtotal

    92 000

    92 000

    82 800

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    NL/12/01

    245 000

    245 000

    220 500

    NL/12/02

    395 000

    395 000

    355 500

    NL/12/04

    240 000

    240 000

    216 000

    NL/12/05

    85 000

    0

    0

    Subtotal

    965 000

    880 000

    792 000

    Il-Polonja

    PL/12/01

    2 674 000

    0

    0

    Subtotal

    2 674 000

    0

    0

    Il-Portugall

    PT/12/01

    90 900

    90 900

    81 810

    PT/12/03

    314 579

    314 579

    283 121

    PT/12/06

    60 000

    60 000

    54 000

    Subtotal

    465 479

    465 479

    418 931

    Ir-Rumanija

    RO/12/02

    30 000

    30 000

    27 000

    RO/12/03

    50 000

    50 000

    25 000

    RO/12/04

    350 000

    350 000

    315 000

    Subtotal

    430 000

    430 000

    367 000

    Is-Slovenja

    SI/12/01

    20 000

    20 000

    18 000

    SI/12/02

    20 000

    20 000

    18 000

    SI/12/04

    40 000

    40 000

    36 000

    SI/12/05

    12 000

    12 000

    10 800

    SI/12/06

    3 000

    0

    0

    SI/12/07

    5 000

    0

    0

    SI/12/08

    1 800

    1 800

    900

    SI/12/09

    3 000

    3 000

    1 500

    SI/12/11

    49 000

    49 000

    24 500

    SI/12/12

    40 000

    40 000

    36 000

    Subtotal

    193 800

    185 800

    145 700

    Il-Finlandja

    FI/12/01

    400 000

    400 000

    360 000

    FI/12/03

    10 000

    10 000

    5 000

    FI/12/05

    500 000

    500 000

    250 000

    FI/12/06

    500 000

    0

    0

    FI/12/07

    400 000

    400 000

    360 000

    FI/12/08

    400 000

    400 000

    360 000

    Subtotal

    2 210 000

    1 710 000

    1 335 000

    L-Isvezja

    SE/12/01

    11 177 397

    11 177 397

    0

    SE/12/02

    55 443

    55 443

    27 722

    SE/12/03

    110 887

    110 887

    99 798

    SE/12/04

    20 403

    20 403

    18 363

    Subtotal

    11 364 130

    11 364 130

    145 883

    Ir-Renju Unit

    UK/12/01

    1 478 365

    1 478 365

    1 330 528

    UK/12/41

    14 215

    0

    0

    UK/12/42

    10 235

    10 235

    9 211

    UK/12/43

    8 506

    8 506

    4 253

    UK/12/44

    284 301

    284 301

    142 151

    UK/12/46

    454 881

    454 881

    409 393

    UK/12/47

    56 860

    56 860

    28 430

    UK/12/50

    9 098

    0

    0

    UK/12/38

    2 019

    0

    0

    UK/12/39

    1 700

    0

    0

    UK/12/40

    796

    0

    0

    Subtotal

    2 320 976

    2 293 148

    1 923 966

    Total

    39 627 042

    13 948 384

    11 842 203


    ANNESS II

    TAGĦMIR GĦAL-LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKA

    (EUR)

    Stat Membru u kodiċi tal-proġett

    Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

    Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

    Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni

    Il-Ġermanja

    DE/12/03

    16 000

    0

    0

    DE/12/06

    4 000

    0

    0

    DE/12/08

    25 000

    25 000

    22 500

    DE/12/09

    493 500

    0

    0

    Subtotal

    538 500

    25 000

    22 500

    Il-Greċja

    EL/12/08

    3 250 000

    3 250 000

    2 925 000

    Subtotal

    3 250 000

    3 250 000

    2 925 000

    Franza

    FR/12/07

    1 085 000

    1 000 000

    900 000

    Subtotal

    1 085 000

    1 000 000

    900 000

    L-Italja

    IT/12/06

    1 000 000

    1 000 000

    900 000

    Subtotal

    1 000 000

    1 000 000

    900 000

    Malta

    MT/12/03

    25 000

    12 500

    11 250

    Subtotal

    25 000

    12 500

    11 250

    Il-Portugall

    PT/12/07

    2 057 000

    0

    0

    Subtotal

    2 057 000

    0

    0

    Ir-Rumanija

    RO/12/01

    75 000

    0

    0

    RO/12/05

    110 000

    0

    0

    Subtotal

    185 000

    0

    0

    Is-Slovenja

    SI/12/03

    5 000

    0

    0

    Subtotal

    5 000

    0

    0

    Il-Finlandja

    FI/12/04

    15 000

    12 500

    11 250

    Subtotal

    15 000

    12 500

    11 250

    Ir-Renju Unit

    UK/12/02

    653 892

    575 000

    517 500

    UK/12/03

    557 230

    490 000

    441 000

    UK/12/32

    45 488

    40 000

    36 000

    UK/12/33

    309 888

    272 500

    245 250

    UK/12/45

    468 528

    412 500

    371 250

    Subtotal

    2 035 026

    1 790 000

    1 611 000

    Total

    10 195 526

    7 090 000

    6 381 000


    ANNESS III

    SISTEMI ELETTRONIĊI TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR

    (EUR)

    Stat Membru u kodiċi tal-proġett

    Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

    Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

    Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni

    Il-Belġju

    BE/12/01

    120 000

    120 000

    108 000

    Subtotal

    120 000

    120 000

    108 000

    Id-Danimarka

    DK/12/02

    335 900

    335 900

    302 310

    Subtotal

    335 900

    335 900

    302 310

    Il-Ġermanja

    DE/12/19

    81 000

    81 000

    72 900

    DE/12/20

    75 000

    75 000

    67 500

    Subtotal

    156 000

    156 000

    140 400

    Franza

    FR/12/04

    255 100

    247 500

    222 750

    Subtotal

    255 100

    247 500

    222 750

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    NL/12/03

    700 000

    700 000

    630 000

    Subtotal

    700 000

    700 000

    630 000

    Il-Portugall

    PT/12/05

    74 500

    74 500

    67 050

    Subtotal

    74 500

    74 500

    67 050

    Il-Finlandja

    FI/12/02

    250 000

    250 000

    225 000

    Subtotal

    250 000

    250 000

    225 000

    L-Isvezja

    SE/12/05

    55 443

    55 443

    49 899

    Subtotal

    55 443

    55 443

    49 899

    Total

    1 946 943

    1 939 343

    1 745 409


    ANNESS IV

    TAGĦMIR ELETTRONIKU TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR

    (EUR)

    Stat Membru u kodiċi tal-proġett

    Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

    Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

    Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni

    Il-Greċja

    EL/12/09

    2 700 000

    2 700 000

    2 430 000

    Subtotal

    2 700 000

    2 700 000

    2 430 000

    Il-Finlandja

    FI/12/09

    25 000

    15 000

    13 500

    Subtotal

    25 000

    15 000

    13 500

    Total

    2 725 000

    2 715 000

    2 443 500


    ANNESS V

    PROĠETTI PILOTA

    (EUR)

    Stat Membru u kodiċi tal-proġett

    Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

    Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

    Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni

    Il-Belġju

    BE/12/05

    60 000

    60 000

    30 000

    Subtotal

    60 000

    60 000

    30 000

    Id-Danimarka

    DK/12/16

    134 360

    0

    0

    Subtotal

    134 360

    0

    0

    Ir-Renju Unit

    UK/12/49

    341 161

    341 161

    170 581

    Subtotal

    341 161

    341 161

    170 581

    Total

    535 521

    401 161

    200 581


    ANNESS VI

    AMMONTI RELATATI MAT-TAĦRIĠ, INIZJATTIVI GĦAS-SENSIBILIZZAZZJONI DWAR IR-REGOLI TAL-PKS U L-AKKWIST JEW IL-MODERNIZZAZZJONI TA’ BASTIMENTI U INĠENJI TAL-GĦASSA LI ĠEW MIĊĦUDA

    (EUR)

    Tip ta’ nefqa

    Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

    Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

    Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni

    Programmi ta’ taħriġ u ta’ skambju:

     

     

     

    Subtotal

    825 931

    0

    0

    Inizjattivi għas-sensibilizzazzjoni dwar ir-regoli tal-PKS:

     

     

     

    Subtotal

    849 713

    0

    0

    Bastimenti u inġenji tal-ajru tal-għassa

     

     

     

    Subtotal

    60 528 109

    0

    0

    Total

    62 203 753

    0

    0


    Top