EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0283

2012/283/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ April 2012 dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea tal-Kostituzzjoni u r-Regoli ta’ Proċedura emendati tal-Grupp Internazzjonali ta’ Studju fuq il-Gomma

ĠU L 141, 31.5.2012, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/283/oj

31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ April 2012

dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea tal-Kostituzzjoni u r-Regoli ta’ Proċedura emendati tal-Grupp Internazzjonali ta’ Studju fuq il-Gomma

(2012/283/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(3) u (4), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Wara sensiela ta’ negozjati, fl-14 ta’ Lulju 2011 il-Kapijiet ta’ Delegazzjoni tal-Grupp Internazzjonali ta’ Studju fuq il-Gomma (“il-Grupp”) qablu dwar it-test tal-emendi fil-Kostituzzjoni u r-Regoli ta’ Proċedura tal-Grupp.

(2)

L-Unjoni hija parti mill-Grupp.

(3)

Dawk l-Istati Membri tal-Unjoni li kienu membri tal-Grupp ressqu avviżi formali ta’ rtirar u rtiraw mill-Grupp mill-1 ta’ Lulju 2011.

(4)

L-adozzjoni tal-Kostituzzjoni u r-Regoli ta’ Proċedura emendati tal-Grupp hija indispensabbli sabiex ikunu kkonfermati l-Kwartieri Ġenerali l-ġodda tal-Grupp u sabiex isiru dispożizzjonijiet espliċiti dwar l-istatus tal-Unjoni ġewwa l-Grupp, kif ukoll biex jiġu allinjati mill-ġdid l-istruttura organizzattiva, il-kontribuzzjonijiet baġitarji u l-proċeduri deċiżjonali.

(5)

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Kostituzzjoni u r-Regoli ta’ Proċedura emendati tal-Grupp ġie awtorizzat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/664/UE (1) li tipprevedi wkoll għall-applikazzjoni tagħhom fuq bażi provviżorja, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tagħhom.

(6)

Il-Kostituzzjoni u r-Regoli ta’ Proċedura emendati tal-Grupp għandhom jiġu approvati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kostituzzjoni u r-Regoli ta’ Proċedura emendati tal-Grupp Internazzjonali ta’ Studju fuq il-Gomma (“il-Grupp”) huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni.

It-testi tal-Kostituzzjoni u tar-Regoli ta’ Proċedura emendati ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jagħżel il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jikkonfermaw bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali tal-Grupp il-qbil tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Kostituzzjoni u r-Regoli ta’ Proċedura emendati.

Artikolu 3

L-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-laqgħat tal-Kapijiet ta’ Delegazzjoni tal-Grupp kif stabbilit bl-Artikolu IX tal-Kostituzzjoni emendata.

L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw bħala parti mid-delegazzjoni tal-Unjoni fil-laqgħat tal-Kapijiet ta’ Delegazzjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ April 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 264, 8.10.2011, p. 12.

(2)  ĠU L 264, 8.10.2011, p. 14.


Top