This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0255
Council Decision 2012/255/CFSP of 14 May 2012 amending Decision 2011/427/CFSP extending the mandate of the European Union Special Representative in Afghanistan
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/255/PESK tal- 14 ta' Mejju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/427/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/255/PESK tal- 14 ta' Mejju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/427/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan
ĠU L 126, 15.5.2012, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2012
15.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/255/PESK
tal-14 ta' Mejju 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2011/427/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/168/PESK (1) li taħtar lis-Sur Vygaudas USACKAS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (‘RSUE’) fl-Afganistan. |
(2) |
Fit-18 ta' Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/427/PESK (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sat-30 ta' Ġunju 2012. L-ammont ta' referenza finanzjarja previst biex tkun koperta n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE sa dik id-data ġie stabbilit għal EUR 3 560 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja għandu jiżdied sabiex jippermetti għall-ħtiġijiet operattivi addizzjonali tar-RSUE. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2011/427/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2011/427/PESK għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 għandu jkun ta’ EUR 3 860 000.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 75, 23.3.2010, p. 22.
(2) ĠU L 188, 19.7.2011, p. 34.