EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0212

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/212/PESK tat- 23 ta' April 2012 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

ĠU L 113, 25.4.2012, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/212(1)/oj

25.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/212/PESK

tat-23 ta' April 2012

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK (1).

(2)

Jeħtieġ li tiġi inkluża deroga għall-iffriżar ta' assi fid-Deċiżjoni 2010/639/PESK sabiex jiġi żgurat li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu jistgħu jiġu rilaxxati jew isiru disponibbli għall-finijiet uffiċjali ta' missjonijiet diplomatiċi jew konsulari jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet skont il-liġi internazzjonali.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3(1) tad-Deċizjoni 2010/639/PESK, jiżdied il-punt li ġej:

“(e)

biex jitħallsu fi jew jinħargu minn, kont ta’ missjoni diplomatika jew konsulari jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ April 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.


Top