This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0205
Council Decision 2012/205/CFSP of 23 April 2012 amending Decision 2010/413/CFSP concerning restrictive measures against Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/205/PESK tat- 23 ta' April 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/205/PESK tat- 23 ta' April 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
ĠU L 110, 24.4.2012, p. 35–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
24.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/205/PESK
tat-23 ta' April 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(2) |
Il-Kunsill iqis li m'għadx hemm raġunijiet biex persuna u żewġ entitajiet jinżammu fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(3) |
Il-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuna u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan imħassra mil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ April 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
ANNESS
Persuna u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1
A Sedghi
Walship SA
Morison Menon Chartered Accountant