This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0170
Council Decision 2012/170/CFSP of 23 March 2012 amending Decision 2010/573/CFSP concerning restrictive measures against the leadership of the Transnistrian region of the Republic of Moldova
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/170/PESK tat- 23 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/170/PESK tat- 23 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
ĠU L 87, 24.3.2012, pp. 92–94
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/92 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/170/PESK
tat-23 ta’ Marzu 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1). |
|
(2) |
Sabiex jitħeġġeġ il-progress fil-kisba ta' ftehim politiku għall-konflitt Transnistrijan u r-restawr tal-libertà ta' moviment tal-persuni matul il-konfini amministrattivi tar-reġjun Transnistrijan, il-miżuri restrittivi li japplikaw fir-rigward tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandhom jibqgħu sospiżi sat-30 ta' Settembru 2012. Fi tmiem dak il-perijodu, il-Kunsill għandu jirrevedi dawk il-miżuri restrittivi fid-dawl tal-iżviluppi fiż-żewġ oqsma msemmija hawn fuq. |
|
(3) |
Sabiex jitħeġġeġ il-progress fl-indirizzar tal-problemi pendenti tal-iskejjel li jgħallmu bl-alfabett Latin, il-miżuri restrittivi li japplikaw fir-rigward tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandhom jibqgħu sospiżi sat-30 ta' Settembru 2012. Fit-tmien dak il-perijodu, il-Kunsill għandu jirrevedi dawk il-miżuri restrittivi bil-ħsieb li jiġi żgurat l-issodisfar tal-kondizzjonijiet għal ritorn effettiv u sostenibbli tal-funzjonament normali tal-iskejjel li jgħallmu bl-alfabett Latin fir-reġjun Transnistrijan, jiġifieri permezz tat-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq ir-reġistrazzjoni tagħhom mill-amministrazzjoni de facto Transnistrijana, id-dispożizzjoni għall-kondizzjonijiet ta' funzjonament deċenti għalihom kollha, u s-sostenibbiltà ta' tali kondizzjonijiet ta' funzjonament matul iż-żmien. |
|
(4) |
L-informazzjoni marbuta ma' ċerti persuni inklużi fil-listi fl-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandha tiġi aġġornata. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. Il-miżuri restrittivi previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom ikunu sospiżi sat-30 ta' Settembru 2012. Fi tmiem dak il-perijodu, il-Kunsill għandu jirrevedi dawk il-miżuri restrittivi."
Artikolu 2
1. L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.
2. L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandhu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS I
L-entrati għall-persuni msemmija hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jidhru hawn taħt:
|
1. |
SMIRNOV, Igor Nikolayevich, dak li qabel kien “President”, imwieled fit-23 ta’ Ottubru 1941 f’Khabarovsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 50No0337530. |
|
2. |
SMIRNOV, Vladimir Igorevich, iben in-Nru 1 u dak li qabel kien “President tal-Kumitat Doganali tal-Istat”, imwieled fit-3 ta’ April 1961 f’Kupiansk, Kharkovskaya oblast jew Novaya Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukraina, passaport Russu Nru 50No00337016. |
|
3. |
KHAZHEYEV, Stanislav Galimovich, dak li qabel kien “Ministru tad-Difiża”, imwieled fit-28 ta’ Diċembru 1941 f’Chelyabinsk, il-Federazzjoni Russa. |
|
4. |
ANTYUFEYEV, Vladimir Yuryevich, magħruf ukoll bħala SHEVTSOV, Vadim, dak li qabel kien “Ministru għas-Sigurtà tal-Istat”, imwieled fl-1951 f’Novosibirsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu. |
|
5. |
KOROLYOV, Alexandr Ivanovich, dak li qabel kien “Viċi-President”, imwieled fl-24 ta' Ottubru 1958 f' Wroclaw, il-Polonja, passaport Russu. |
|
6. |
KRASNOSELSKY, Vadim Nikolayevich, dak li qabel kien “Ministru tal-Affarijiet Interni”, imwieled fl-14 ta' April 1970, f'Dauriya, Zabaykalskyi rayon, Chitinskaya oblast, il-Federazzjoni Russa. |
|
7. |
ATAMANIUK, Vladimir, dak li qabel kien “Viċi Ministru tad-Difiża”. |
ANNESS II
L-entrati għall-persuni msemmija hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jidhru hawn taħt:
|
1. |
MAZUR, Igor Leonidovich, dak li qabel kien “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Dubossary Rayon”, imwieled fid-29 ta’ Jannar 1967 f’Dubossary, ir-Repubblika tal-Moldova. |
|
2. |
PLATONOV, Yuri Mikhailovich, magħruf bħala Yury PLATONOV, dak li qabel kien “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat fi Rybnitsa Rayon u Rybnitsa City” imwieled fis-16 ta’ Jannar 1948 fi Klimkovo, Poddorsky rayon, Novgorodskaya oblast, passaport Russu Nru 51No0527002, maħruġ mill-Ambaxxata Russa f’Chisinau fl-4 ta’ Mejju 2001. |
|
3. |
KOGUT, Vecheslav Vasyilevich, dak li qabel kien “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Bender”, imwieled fis-16 ta’ Frar 1950 f’Taraclia, Chadir-Lunga rayon, Repubblika tal-Moldova. |
|
4. |
KOSTIRKO, Viktor Ivanovich, dak li qabel kien “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Tiraspol”, imwieled fl-24 ta’ Mejju 1948, Komsomolsk na Amure, Habarovsky kray, il-Federazzjoni Russa. |