Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0144

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/144/PESK tat- 8 ta’ Marzu 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

    ĠU L 71, 9.3.2012, p. 50–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0917

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/144/oj

    9.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 71/50


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/144/PESK

    tat-8 ta’ Marzu 2012

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta’ Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u (2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

    (2)

    Abbażi ta’ reviżjoni tal-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/656/PESK, il-Kunsill iqis li m’għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni jinżammu fuq dik il-lista.

    (3)

    Barra minn hekk, l-informazzjoni relatata ma’ persuna fil-lista fl-Anness I u mal-persuni fil-lista fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha tiġi aġġornata,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK, l-entrata għall-persuna li ġejja:

    Désiré Tagro

    għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tinsab fl-Anness I ta’din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness II ta’din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BØDSKOV


    (1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.


    ANNESS I

    Entrata msemmija fl-Artikolu 1

    Isem (u psewdonomi possibbli)

    Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità eċċ.)

    Raġunijiet għall-indikazzjoni

    Data tal-Indikazzjoni min-NU

    Désiré Tagro

    Numru tal-passaport: PD–AE 065FH08

    Data tat-twelid: 27 ta’ Jannar 1959

    Post tat-twelid: Issia, Côte d’Ivoire

    Miet fit-12 ta’ April 2011 f’Abidjan

    Segretarju-Ġenerali fl-hekk imsejħa “presidenza” tas-Sur GBAGBO: parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur GBAGBO, ostakolu għall-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni, rifjut tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali, parteċipazzjoni f’ripressjonijiet vjolenti ta’ movimenti popolari.

    Data tal-indikazzjoni min-NU: 30.3.2011

    (Indikazzjoni mill-Unjoni Ewropea: 22.12.2010)


    ANNESS II

    “ANNESS II

    Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 5(1)(b)

     

    Isem (u psewdonomi)

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet għall-indikazzjoni

    1.

    Kadet Bertin

    Mwieled fl-1957 f’Mama

    Konsulent Speċjali dwar is-sigurtà, id-difiża u t-tagħmir militari ta’ Laurent Gbagbo, ex Ministru tad-Difiża ta’ Laurent Gbagbo.

    Neputi ta’ Laurent Gbagbo.

    Eżiljat fil-Gana. Soġġett għal mandat ta’ arrest internazzjonali.

    Involut attivament f’inċidenti ta’ abbuż u ta’ għejbien forzat, u fil-finanzjament u l-armament tal-milizzji u tal-“Patrijotti Żgħażagħ” (COJEP).

    Involut fil-finanzjament u t-traffikar ta’ armi u fl-evitar tal-embargo.

    Kellu rapporti mill-qrib mal-milizzji tal-punent u kien il-punt ta’ kuntatt f’isem Gbagbo ma’ dawn il-gruppi. Involut fil-ħolqien tal-iskwadri tal-mewt imsejħin “Forza Lima”.

    Matul l-eżilju tiegħu fil-Gana baqa’ jagħmel pjanijiet għall-kisba mill-ġdid tal-poter bil-forza. Qed isejjaħ ukoll għall-ħelsien immedjat ta’ Gbagbo.

    Minħabba r-riżorsi finanzjarji tiegħu, il-familjarità tiegħu mat-traffikanti illegali tal-armi u l-kuntatti kontinwi tiegħu mal-gruppi tal-milizzji li għadhom attivi partikolarment fil-Liberja, Kadet Bertin għadu ta’ theddida reali ferm għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Côte d’Ivoire.

    2.

    Oulaï Delafosse

    Mwieled fit-28 ta’ Ottubru 1968

    Ex sotto prefett ta’ Toulepleu. Kap tal-Unjoni Patrijottika ta’ Reżistenza tal-Grand Ouest.

    Bħala Kap tal-milizzja, huwa responsabbli minn vjolenzi u reati, partikolarment fiż-żona ta’ Toulepleu.

    Filwaqt li ħa l-ordnijiet tiegħu direttament minn Kadet Bertin, huwa kien attiv ferm fir-reklutaġġ ta’ merċenarji Liberjani, kif ukoll fit-traffikar illegali ta’ armi ġejjin mil-Liberja matul il-kriżi postelettorali. It-truppi tiegħu firxu t-terrur matul il-kriżi postelettorali, fejn eliminaw mijiet ta’ nies oriġinarji mit-Tramuntana tal- Côte d’Ivoire

    Minħabba l-estremiżmu politiku tiegħu, ir-relazzjonijiet mill-qrib ma’ Kadet Bertin u l-kollegamenti mill-qrib li kellu mal-milizzji tal-merċenarji Liberjani, huwa għadu theddida għall-istabbiltà tal-pajjiż.

    3.

    Pasteur Gammi

     

    Kap tal-milizzja “Moviment Ivorjan għal-Liberazzjoni tal-Punent” (MILOCI), stabbilita fl-2004. Bħala kap tal-MILOCI, milizzja favur Gbagbo, huwa kien involut f’ħafna massakri u atti ta’ brutalità.

    Ħarab lejn il-Gana (probabbilment qiegħed Takoradi). Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.

    Mill-eżilju tiegħu ’l hawn, huwa ngħaqad mal-Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal-Côte d’Ivoire (CILCI) li tħeġġeġ l-użu tar-reżistenza armata biex Gbagbo jerġa’ jkun fil-poter.

    4.

    Marcel Gossio

    Mwieled fit-18 ta’ Frar 1951 f’Adjamé

    Numru tal-passaport: 08AA14345 (li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2013)

    Maħrub ‘il barra mill-Côte d’Ivoire. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.Involut fil-frodi tal-fondi pubbliċi u fil-finanzjament u l-armament tal-milizzji.

    Persuna li serviet għall-finanzjament tal-klann Gbagbo u tal-milizzji. Huwa anke persunaġġ ċentrali fil-qafas tat-traffikar illegali ta’ armi.

    Minħabba l-fondi sostanzjali li kiseb illegalment, u l-familjarità tiegħu man-netwerks illegali ta’ armamenti, huwa baqa’ theddida kontinwa għas-sigurtà u stabbiltà tal-Côte d’Ivoire.

    5.

    Justin Koné Katina

     

    Maħrub fil-Gana. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.

    Involut fis-serqa armata tal-Bank Ċentrali tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (BCEAO).

    Mill-post ta’ eżilju tiegħu, għadu jqis lilu nnifsu bħala l-kelliem ta’ Gbagbo. Fi stqarrija għall-istampa tat-12 ta’ Diċembru 2011, huwa saħaq li Ouattara qatt ma rebaħ l-elezzjonijiet u jqis ir-reġim ġdid bħala illeġittimu. Jappella għar-reżistenza, filwaqt li jqis li Gbagbo ser jieħu lura l-poter.

    6.

    Ahoua Don Mello

    Mwieled fit-23 ta’ Ġunju 1958 f’Bongouanou

    Numru tal-passaport: PD-AE/044GN02 (li jiskadi fit-23 ta’ Frar 2013)

    Kelliem ta’ Laurent Gbagbo. Ex Ministru tal-Infrastruttura u Sanità fil-gvern illeġittimu.

    Eżiljat fil-Gana. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.

    Mill-post ta’ eżilju tiegħu, huwa baqa’ jiddikjara li l-elezzjoni tal-President Ouattara hija frawdolenti u ma jirrikonoxxix l-awtorità tiegħu. Huwa rrifjuta li jwieġeb għall-appell tal-Gvern Ivorjan għar-rikonċiljazzjoni u jappella regolarment għall-insurrezzjoni fl-istampa, idur il-kampjijiet tar-refuġjati fil-Gana biex iħeġġeġ il-“mobilizzazzjoni”.

    F’Diċembru 2011, huwa ddikjara li l-Côte d’Ivoire huwa “stat tribali taħt assedju” u li “r-reġim ta’ Ouattara” ser “jintemm”.

    7.

    Moussa Touré Zéguen

    Mwieled fid-9 ta’ Settembru 1944

    Passaport qadim: AE/46CR05

    Kap tar-Raggruppament tal-Patrijotti għall-Paċi (GPP)

    Fundatur tal-Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal- Côte d’Ivoire (CILCI)

    Sar kap ta’ milizzja fl-2002 u ilu jmexxi l-GPP mill-2003. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-GPP sar l-id armata ta’ Gbagbo f’Abidjan u fin-nofsinhar tal-pajjiż.

    Mal-GPP huwa sar responsabbli ta’ bosta atti ta’ vjolenza, immirati prinċipalment lejn il-popli oriġinarji mit-tramuntana u dawk li jopponu r-reġim.

    Involut personalment fi vjolenza postelettorali (partikolarment fil-kwartieri ta’ Abobo u Adjamé).

    Waqt li kien eżiljat f’Accra, Touré Zéguen ħoloq il-“Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal-Côte d’Ivoire”, bil-għan li Gbagbo jerġa’ jikseb il-poter.

    Mill-post ta’ eżilju tiegħu, huwa għamel bosta dikjarazzjonijiet provokatorji (pereżempju, il-konferenza stampa tad-9 ta’ Diċembru 2011), filwaqt li baqa’ jżomm pożizzjoni ta’ kunflitt u ta’ vendetta bl-armi. Huwa jqis li l-Côte d’Ivoire taħt Ouattara hija illeġittima u li ġiet “ikkolonizzata mill-ġdid” u għamel sejħa li “tistieden lill-Ivorjani biex ikeċċu lill-imposturi” (Jeune Afrique, Lulju 2011).

    Iżomm blogg li jsejjaħ għall-insurrezzjoni vjolenti tal-poplu Ivorjan kontra Ouattara.”


    Top