EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0114

2012/114/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Frar 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tat-talba għal deroga tad-WTO fuq il-preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-Pakistan

ĠU L 52, 24.2.2012, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/114/oj

24.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Frar 2012

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tat-talba għal deroga tad-WTO fuq il-preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-Pakistan

(2012/114/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni attwalment qiegħda fil-proċess li tadotta leġiżlazzjoni biex tagħti preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali lill-Pakistan. Fin-nuqqas ta’ deroga mill-obbligi tal-Unjoni skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu I u l-Artikolu XIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT 1994), safejn hu possibbli, ikun jeħtieġ li t-trattament ipprovdut minn dawk il-preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali jiġi estiż għall-Membri l-oħra kollha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Għaldaqstant huwa xieraq li tintalab deroga mill-paragrafu 1 tal-Artikolu I u l-Artikolu XIII GATT 1994, safejn hu possibbli, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu IX tal-Ftehim Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(2)

L-Unjoni ressqet tali talba għal deroga fit-18 ta’ Novembru 2010, u rrivedietha fis-26 ta’ Ottubru 2011 u d-19 ta’ Jannar 2012, u li l-Kunsill Ġenerali tad-WTO għandu jiddiskutiha.

(3)

Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita pożizzjoni meħuda mill-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tad-WTO dwar din it-talba,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ hija li tapprova d-deroga tad-WTO fuq preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-Pakistan

Din il-pożizzjoni għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LIDEGAARD


Top