This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0100
2012/100/EU: Commission Decision of 17 February 2012 on a method for the collection of premiums for excess CO 2 emissions from new passenger cars pursuant to Regulation (EC) No 443/2009 of the European Parliament and of the Council Text with EEA relevance
2012/100/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Frar 2012 dwar metodu għall-ġbir tal-primjums għal emissjonijiet eċċessivi tas-CO 2 minn vetturi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE
2012/100/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Frar 2012 dwar metodu għall-ġbir tal-primjums għal emissjonijiet eċċessivi tas-CO 2 minn vetturi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 47, 18.2.2012, pp. 71–72
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/71 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Frar 2012
dwar metodu għall-ġbir tal-primjums għal emissjonijiet eċċessivi tas-CO2 minn vetturi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/100/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment [prestazzjoni]għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Meta l-Kummissjoni, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, tikkonferma u, skont l-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament, tagħmilha pubblika, li manifattur ikun naqas milli jikkonforma mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont l-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha timponi primjums għal emissjonijiet eċċessivi fuq dak il-manifattur, jew fil-każ ta’ konsorzju, fuq l-amministratur tal-konsorzju. |
|
(2) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-metodi għall-ġbir ta’ dawk il-primjums għal emissjonijiet eċċessivi. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, l-ammonti tal-primjums għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jiġu mdaħħla u riservati fit-Titolu 7 tal-baġit ġenerali. Għalhekk, huwa xieraq li bħala metodu ta’ġbir jiġu applikati r-regoli għall-irkupru tal-ammonti riċevibbli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3). |
|
(4) |
Għall-iskop li jiġi stabbilit l-ammont riċevibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, għandu jiġi kkunsidrat li skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-manifattur għandu jiġi nnotifikat mill-Kummissjoni bil-kalkoli provviżorji tal-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu ta’ CO2 fis-sena kalendarja preċedenti, dwar il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi u d-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu u l-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi għal dik is-sena, u skont l-Artikolu 8(5) ta’ dak ir-Regolament għandu jingħata l-possibbiltà li jivverifika dawk il-kalkoli u li jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żbalji fi żmien tliet xhur minn meta jiġi nnotifikat dwar il-kalkoli provviżorji. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-iskambju tal-fehmiet li jseħħ bejn il-Kummissjoni u l-manifattur qabel il-konferma tal-prestazzjoni tal-manifattur skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u l-possibbiltà mogħtija lill-manifattur biex iqajjem oġġezzjonijiet kontra l-kalkolu tal-prestazzjoni tiegħu, għandu jitqies li meta l-Kummissjoni tikkonferma l-prestazzjoni, hija tkun uriet li d-dejn jeżisti u li l-ammont riċevibbli żgur huwa skont it-tifsira tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. |
|
(6) |
Il-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandu jiġi kkalkulat skont il-formuli stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u għandu jsir pubbliku skont l-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, l-ammont riċevibbli għandu jitqies bħala ammont fiss li huwa dovut skont it-tifsira tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni għandha tipproċedi bl-irkupru tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi kkalkulat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 billi tistabbilixxi ordni għall-irkupru u billi toħroġ nota ta’ debitu indirizzata lill-manifattur ikkonċernat skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 71 sa 74 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikoli 78 sa 89 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO