Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0086

2012/86/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Frar 2012 li taħtar membru supplenti Finlandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 41, 15.2.2012, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/86(1)/oj

15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Frar 2012

li taħtar membru supplenti Finlandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/86/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Finlandiż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara tmiem il-mandat tas-Sinjura Riitta MYLLER,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sinjura Sanna PARKKINEN, Liperin kunnanvaltuuston jäsen.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ANTORINI


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Top