Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0078

2012/78/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (notifikata bid-dokument numru C(2012) 645) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 38, 11.2.2012, pp. 48–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/78(1)/oj

11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2012

dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 645)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/78/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2), jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

(2)

Għal għadd ta’ taħlitiet ta’ tipi ta’ sustanzi/prodotti inklużi f’dik il-lista, jew il-parteċipanti kollha waqqfu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta’ reviżjoni, jew ma wasal l-ebda dossier komplut fil-perjodu taż-żmien speċifikat fl-Artikoli 9 u 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 mill-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni.

(3)

Konsegwentement, u skont l-Artikoli 11(2), 12(1) u 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri skont dan. Dak it-tagħrif ġie ppubblikat ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi.

(4)

Fi żmien il-perjodu ta’ tliet xhur minn dawk il-pubblikazzjonijiet, għadd ta’ kumpaniji wrew interess li jassumu r-rwol ta’ parteċipant għal ċerti sustanzi u tipi ta’ prodotti konċernati. Madankollu, dawk il-kumpaniji sussegwentement naqsu milli jissottomettu dossier komplut.

(5)

Skont l-Artikoli 12(4) u 12(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti kkonċernati ma għandhomx għalhekk jiġu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

(6)

Fl-interess taċ-ċertezza legali, huwa xieraq li tiġi speċifikata d-data li warajha l-prodotti bijoċidali elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni li fihom sustanzi attivi elenkati f’dak l-Anness ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sustanzi indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu inklużi għat-tipi ta’ prodotti konċernati fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

Artikolu 2

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, prodotti bioċidali tat-tipi ta’ prodotti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni li fihom sustanzi attivi elenkati f’dak l-Anness ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq b’effett mill-1 ta’ Frar 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)   ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

Sustanzi u tipi ta’ prodotti li ma għandhomx jiġu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE

Isem

Numru tal-KE

Numru tas-CAS

Tip ta’ Prodott

Stat Membru rapporteur

Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju

 

66603-10-9

6

AT

Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju

 

66603-10-9

7

AT

Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju

 

66603-10-9

9

AT

Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju

 

66603-10-9

10

AT

Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju

 

66603-10-9

12

AT

Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju

 

66603-10-9

13

AT

Difenossarsin-10-il ossidu

200-377-3

58-36-6

9

FR

Glijossal

203-474-9

107-22-2

12

FR

1,3-dikloro-5,5-dimetilidantoina

204-258-7

118-52-5

12

NL

Sodju tat-tosilklorammid

204-854-7

127-65-1

11

ES

Tetraborat tad-disodju, anidru

215-540-4

1330-43-4

11

NL

Ram

231-159-6

7440-50-8

2

FR

Ram

231-159-6

7440-50-8

4

FR

Ram

231-159-6

7440-50-8

5

FR

Ram

231-159-6

7440-50-8

11

FR

Sulfat tar-ram

231-847-6

7758-98-7

1

FR

Sulfat tar-ram

231-847-6

7758-98-7

4

FR

Ipoklorit tal-kalċju

231-908-7

7778-54-3

1

IT

Aċidu boriku

233-139-2

10043-35-3

22

NL

Difosfid tat-trimanjeżju

235-023-7

12057-74-8

20

DE

Kloralożju

240-016-7

15879-93-3

15

PT

Kloralożju

240-016-7

15879-93-3

23

PT

Fosfid tal-aluminju

244-088-0

20859-73-8

20

DE

1,3-dikloro-5-etil-5-metilimidażolidin-2,4-djon

401-570-7

89415-87-2

12

NL

Neodekanammid tal-metil

414-460-9

105726-67-8

19

ES

Kumpless tat-tetraklordekaossidu

420-970-2

92047-76-2

5

DE

3-benzo(b)tjen-2-il-5,6-didro-1,4,2-ossatizina,4-ossidu

431-030-6

163269-30-5

9

PT

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

2

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

2

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

3

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

3

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

4

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

4

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

7

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

7

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

9

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

9

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

10

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

10

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

11

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

11

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

12

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

12

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

20

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

20

FR


Top