This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0077
2012/77/EU: Commission Decision of 9 February 2012 concerning the non-inclusion of flufenoxuron for product type 18 in Annex I, IA or IB to Directive 98/8/EC of the European Parliament and of the Council concerning the placing of biocidal products on the market (notified under document C(2012) 621) Text with EEA relevance
2012/77/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-flufenossuron għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (notifikata bid-dokument numru C(2012) 621) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2012/77/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-flufenossuron għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (notifikata bid-dokument numru C(2012) 621) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 38, 11.2.2012, p. 47–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Frar 2012
dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-flufenossuron għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 621)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/77/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-flufenossuron. |
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-flufenossuron (CAS Nru 101463-69-8; KE Nru 417-680-3) ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) għad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra, kif definiti fl-Anness V għal dik id-Direttiva. |
(3) |
Franza nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fis-17 ta’ Marzu 2009 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
(4) |
Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-22 ta Settembru 2011, f’rapport ta’ valutazzjoni. |
(5) |
Il-valutazzjoni tar-riskji għall-partijiet ambjentali ta’ tħassib, li saru bl-użu ta’ approċċ realistiku, urew effetti mhux aċċettabbli għall-partijiet akkwatiċi. Barra minn hekk, il-karatteristiċi tal-flufenossuron jagħmluh persistenti, suxxettibbli għall-bijoakkumulazzjoni u tossiku, kif ukoll persistenti ħafna u suxxettibbli ħafna għall-bijoakkumulazzjoni, b’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għalhekk, mhuwiex xieraq li l-flufenossuron jiddaħħal għall-użu fil-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. |
(6) |
Id-data li minnha l-prodotti bijoċidali tal-prodotti tat-tip 18 li fihom il-flufenossuron ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq għandha tkun raġjonevoli skont ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju kif ukoll id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-flufenossuron (CAS Nru 101463-69-8; KE Nru 417-680-3) ma għandux jiddaħħal fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE għall-prodotti tat-tip 18.
Artikolu 2
Għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, prodotti bijoċidali tal-prodott tat-tip 18 li fihom il-flufenossuron ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(2) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.
(3) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.