Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0054

    2012/54/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta’ Jannar 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 29, 1.2.2012, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/54(1)/oj

    1.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 29/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-23 ta’ Jannar 2012

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

    (2012/54/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100(2) u 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artiklu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), (“il-Ftehim taż-ŻEE”) fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi fir-rigward tat-trasport.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

    (3)

    L-Anness XIII għall-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

    (4)

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni li għandha titieħed fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma din id-Deċiżjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. GJERSKOV


    (1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

    (2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

    (3)  ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10.


    ABBOZZ TA’

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

    ta’…

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat l-aħħar b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’… (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 66wh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

    “66wi.

    32010 R 0255: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

    Dan ir-Regolament m’għandux ikun applikabbli għal-Liechtenstein.”.

    Artikolu 2

    It-test tar-Regolament (UE) Nru 255/2010 li għandu jiġi ppubblikat fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE għal Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-…, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, … .

    Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

    Il-President

    Is-Segretarji Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


    (1)  ĠU L …

    (2)  ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10.

    (*)  [Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.] [Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.]


    Top