This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0043
2012/43/EU: Commission Implementing Decision of 25 January 2012 authorising the Kingdom of Denmark to conclude agreements with Greenland and the Faroe Islands for transfers of funds between Denmark and each of these territories to be treated as transfers of funds within Denmark, pursuant to Regulation (EC) No 1781/2006 of the European Parliament and of the Council (notified under document C(2012) 141)
2012/43/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Jannar 2012 li tawtorizza lir-Renju tad-Danimarka jikkonkludi ftehimiet mal-Groenlandja u l-Gżejjer Faeroe għat-trasferimenti ta’ fondi bejn id-Danimarka u kull wieħed minn dawn it-territorji li għandhom jiġu ttrattati bħala trasferimenti ta’ fondi fid-Danimarka, skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2012) 141)
2012/43/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Jannar 2012 li tawtorizza lir-Renju tad-Danimarka jikkonkludi ftehimiet mal-Groenlandja u l-Gżejjer Faeroe għat-trasferimenti ta’ fondi bejn id-Danimarka u kull wieħed minn dawn it-territorji li għandhom jiġu ttrattati bħala trasferimenti ta’ fondi fid-Danimarka, skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2012) 141)
ĠU L 24, 27.1.2012, pp. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 16/10/2019; Imħassar b' 32019D1738
|
27.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/12 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Jannar 2012
li tawtorizza lir-Renju tad-Danimarka jikkonkludi ftehimiet mal-Groenlandja u l-Gżejjer Faeroe għat-trasferimenti ta’ fondi bejn id-Danimarka u kull wieħed minn dawn it-territorji li għandhom jiġu ttrattati bħala trasferimenti ta’ fondi fid-Danimarka, skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 141)
(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)
(2012/43/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-applikazzjoni mir-Renju tad-Danimarka,
Billi:
|
(1) |
F'April 2011, id-Danimarka temmet l-applikazzjoni tagħha, imnedija f'Diċembru 2006, għal deroga skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006 għat-trasferimenti ta’ fondi bejn id-Danimarka u l-Groenlandja u bejn id-Danimarka u l-Gżejjer Faeroe. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006, it-trasferimenti ta’ fondi bejn id-Danimarka u l-Groenlandja u bejn id-Danimarka u l-Gżejjer Faeroe ġew provviżorjament ittrattati bħala trasferimenti ta’ fondi fid-Danimarka minn Diċembru 2006. |
|
(3) |
Fis-27 ta’ April 2011, l-Istati Membri ġew informati li l-Kummissjoni qieset li kienet irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tivvaluta t-talbiet li għamlet id-Danimarka. |
|
(4) |
La l-Groenlandja u lanqas il-Gżejjer Faeroe ma jiffurmaw parti mit-territorju tal-Unjoni Ewropea kif iddeterminat skont l-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) iżda jiffurmaw parti miż-żona monetarja tad-Danimarka. Għalhekk il-Groenlandja u l-Gżejjer Faeroe jikkonformaw mal-kriterju stabbilit fl-Artikolu 17(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006. |
|
(5) |
Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlasijiet fil-Groenlandja u l-Gżejjer Faeroe jipparteċipaw direttament f'sistemi ta’ ħlasijiet u saldu fid-Danimarka, jiġifieri jew Kronos inkella Sumclearing. Għaldaqstant huma jikkonformaw mal-kriterju stabbilit fl-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006. |
|
(6) |
Kemm il-Groenlandja kif ukoll il-Gżejjer Faeroe inkorporaw fl-ordnijiet ġuridiċi tagħhom dispożizzjonijiet li jikkorrispondu għal dawk fir-Regolament (KE) Nru 1781/2006, b'mod partikolari, għall-Groenlandja permezz tal-Att nru 399 tal-21 ta’ April 2010 dwar l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u l-Att nru 6 tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi, u għall-Gżejjer Faeroe permezz tal-Att nru 467 tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi, b'emendi għall-Att nru 579 tal-1 ta’ Ġunju 2010. |
|
(7) |
Il-Groenlandja u l-Gżejjer Faeroe ħarġu leġiżlazzjoni li tikkontribwixxi għall-bini ta’ sistema soda kontra l-ħasil tal-flus. Fil-Groenlandja, din il-leġiżlazzjoni tikkonsisti b'mod partikolari mid-Digriet Irjali nru 1034 tat-30 ta’ Awwissu 2010 dwar Miżuri għall-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u tal-Iffinanzjar tat-Terroriżmu u l-Att nru 5 tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar Miżuri għall-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u tal-Iffinanzjar tat-Terroriżmu. Fil-Gżejjer Faeroe, il-leġiżlazzjoni kontra l-ħasil tal-flus tinkludi b'mod partikolari d-Digriet Irjali nru 79 tad-29 ta’ Jannar 2010 dwar Miżuri għall-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u tal-Iffinanzjar tat-Terroriżmu u l-Att dwar Miżuri għall-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u tal-Iffinanzjar tat-Terroriżmu, l-Att nru 56 tad-9 ta’ Ġunju 2008 bl-emendi tas-26 ta’ Mejju 2010. |
|
(8) |
Il-Groenlandja u l-Gżejjer Faeroe għandhom implimentata leġiżlazzjoni xierqa biex jimponu sanzjonijiet finanzjarji vis-à-vis entitajiet jew persuni elenkati min-Nazzjonijiet Uniti jew l-Unjoni Ewropea. |
|
(9) |
Għalhekk, kemm il-Groenlandja kif ukoll il-Gżejjer Faeroe adottaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 u jesiġu li l-fornituri tas-servizzi ta’ ħlasijiet rispettivi tagħhom japplikawhom u b'hekk jissodisfaw il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 17(1)(c) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(10) |
Għalhekk huwa xieraq li d-Danimarka tingħata d-deroga mitluba. |
|
(11) |
Il-ftehimiet li se jiġu konklużi bejn id-Danimarka u l-Groenlandja għandhom jipprovdu biex jiżguraw il-konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewrope u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [dejta] (2) u b'mod partikolari l-Artikoli 25 u 26. |
|
(12) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Renju tad-Danimarka għandu jingħata l-awtorizzazzjoni li jikkonkludi ftehimiet mal-Groenlandja u l-Pajjiżi Faeroe, bil-għan li t-trasferimenti ta’ fondi bejn id-Danimarka u l-Groenlandja u bejn id-Danimarka u l-Gżejjer Faeroe jiġu trattati bħala trasferimenti ta’ fondi fid-Danimarka għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Michel BARNIER
Membru tal-Kummissjoni