Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0018

    2012/18/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li se tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tas-Samoa mad-WTO

    ĠU L 6, 10.1.2012, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/18(1)/oj

    10.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 6/7


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-14 ta’ Diċembru 2011

    li tistabbilixxi l-pożizzjoni li se tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tas-Samoa mad-WTO

    (2012/18/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 91, 100(2), u 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fil-15 ta’ April 1998, il-Gvern tas-Samoa applika għall-adeżjoni mal-Ftehim ta’ Marrakech li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), skont l-Artikolu XII ta’ dak il-Ftehim.

    (2)

    Fil-15 ta’ Lulju 1998 twaqqaf Grupp ta’ Ħidma dwar l-adeżjoni tas-Samoa biex jintlaħaq ftehim dwar it-termini tal-adeżjoni aċċettabbli għas-Samoa u l-Membri kollha tad-WTO.

    (3)

    Il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, innegozjat serje komprensiva ta’ impenji fir-rigward tal-ftuħ tas-suq min-naħa tas-Samoa li jissodisfaw it-talbiet tal-Unjoni u huma skont il-livell ta’ żvilupp tas-Samoa.

    (4)

    Dawn l-impenji huma issa inkorporati fil-Protokoll ta’ Adeżjoni tas-Samoa mad-WTO.

    (5)

    L-adeżjoni mad-WTO hi mistennija tagħti kontribut pożittiv u dejjiemi fil-proċess ta’ riforma ekonomika u żvilupp sostenibbli fis-Samoa.

    (6)

    Il-Protokoll ta’ Adeżjoni għandu għalhekk jiġi approvat.

    (7)

    L-Artikolu XII tal-Ftehim li jistabbilixxi d-WTO jistipula li t-termini tal-adeżjoni għandhom jaqblu dwarhom il-Membru tal-adeżjoni u d-WTO, u li l-Konferenza Ministerjali tad-WTO tapprova t-termini tal-adeżjoni min-naħa tad-WTO.

    (8)

    Għalhekk, hu meħtieġ li tkun stabbilita l-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni fi ħdan id-WTO fil-Konferenza Ministerjali fuq l-adeżjoni tas-Samoa mad-WTO,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tas-Samoa mad-WTO hija li tapprova l-adeżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul f’Ġinevra, l-14 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. NOGAJ


    Top