Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0005

    2012/5/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali, biex jindirizza ħtiġijiet ta’ finanzjament addizzjonali tal-proġett tal-ITER

    ĠU L 4, 7.1.2012, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32013Q1220(01)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/5(1)/oj

    7.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 4/12


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-13 ta’ Diċembru 2011

    li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali, biex jindirizza ħtiġijiet ta’ finanzjament addizzjonali tal-proġett tal-ITER

    (2012/5/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1),

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fil-laqgħa tat-trilogu tal-1 ta’ Diċembru 2011, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ftehmu dwar il-modalitajiet biex jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-proġett ITER; Il-forniment ta’ dan il-finanzjament jeżiġi rieżami tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013 b’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, sabiex jogħla l-limitu massimu fir-rigward tal-approprjazzjonijiet għall-impenji taħt is-Subintestatura 1 A b’EUR 650 miljun għas-sena 2012 u b’EUR 190 miljun għas-sena 2013 fi prezzijiet attwali.

    (2)

    Iż-żieda tal-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet għall-impenji taħt is-Subintestatura 1a għas-snin 2012 u 2013 se tkun kompletament ikkumpensata bit-tnaqqis tal-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet għall-impenji għas-sena 2011 taħt l-Intestatura 2 u tal-approprjazzjonijiet għall-impenji għas-snin 2011 u 2012 taħt l-Intestatura 5.

    (3)

    Sabiex tinżamm relazzjoni adegwata bejn l-impenji u l-ħlasijiet, il-limiti massimi annwali tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu aġġustati. L-aġġustament se jkun newtrali f’termini ta’ obbligi ta’ ħlas matul il-perjodu 2007-2013.

    (4)

    L-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq (2),

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu Uniku

    L-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba huwa sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    J. BUZEK

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. SZPUNAR


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  Għal dan il-għan, iċ-ċifri li jirriżultaw mill-ftehim imsemmi hawn fuq huma maqluba għal prezzijiet tal-2004.


    ANNESS

    QAFAS FINANZJARJU 2007-2013

    (EUR miljun – prezzijiet tal-2004 kostanti)

    APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-IMPENJI

    2007

    2008

    2009

    2010

    2011

    2012

    2013

    Total 2007-2013

    1.

    Tkabbir sostenibbli

    50 865

    53 262

    55 879

    56 435

    55 693

    57 708

    58 696

    388 538

    1a

    Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

    8 404

    9 595

    12 018

    12 580

    11 306

    12 677

    13 073

    79 653

    1b

    Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi

    42 461

    43 667

    43 861

    43 855

    44 387

    45 031

    45 623

    308 885

    2.

    Konservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali

    51 962

    54 685

    51 023

    53 238

    52 136

    51 901

    51 284

    366 229

    li minnhom: nefqa relatata mas-suq u ħlasijiet diretti

    43 120

    42 697

    42 279

    41 864

    41 453

    41 047

    40 645

    293 105

    3.

    Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

    1 199

    1 258

    1 375

    1 503

    1 645

    1 797

    1 988

    10 765

    3a

    Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

    600

    690

    785

    910

    1 050

    1 200

    1 390

    6 625

    3b

    Ċittadinanza

    599

    568

    590

    593

    595

    597

    598

    4 140

    4.

    EU bħala attur globali

    6 199

    6 469

    6 739

    7 009

    7 339

    7 679

    8 029

    49 463

    5.

    Amministrazzjoni  (1)

    6 633

    6 818

    6 816

    6 999

    7 044

    7 274

    7 610

    49 194

    6.

    Kumpens

    419

    191

    190

    0

    0

    0

    0

    800

    APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-IMPENJI TOTAL

    117 277

    122 683

    122 022

    125 184

    123 857

    126 359

    127 607

    864 989

    bħala perċentwal tad-DNG

    1,08  %

    1,09  %

    1,06  %

    1,06  %

    1,03  %

    1,03  %

    1,01  %

    1,049  %

     

    APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-ĦLASIJIET TOTALI

    115 142

    119 805

    109 091

    119 245

    116 394

    120 649

    120 418

    820 744

    bħala perċentwal tad-DNG

    1,06  %

    1,06  %

    0,95  %

    1,01  %

    0,97  %

    0,98  %

    0,96  %

    1,00  %

    Marġini disponibbli

    0,18  %

    0,18  %

    0,29  %

    0,22  %

    0,26  %

    0,25  %

    0,27  %

    0,23  %

    Limitu massimu tar-riżorsi proprji bħala perċentwal tad-DNG

    1,24  %

    1,24  %

    1,24  %

    1,23  %

    1,23  %

    1,23  %

    1,23  %

    1,23  %


    (1)  In-nefqa tal-pensjonijiet inkluża taħt il-limitu massimu ta’ din l-Intestatura hija kkalkulata netta mill-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema rilevanti, fi ħdan il-limitu ta’ EUR 500 miljun fil-prezzijiet tal-2004 għall-perjodu 2007-2013.


    Top