Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1379

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1379/2011 tal- 20 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (UE) Nru 1178/2010 u (UE) Nru 90/2011 fir-rigward tal-kodiċijiet tan-NM u l-kodiċijiet tal-prodotti tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur

    ĠU L 343, 23.12.2011, p. 20–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1379/oj

    23.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 343/20


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1379/2011

    tal-20 ta’ Diċembru 2011

    li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (UE) Nru 1178/2010 u (UE) Nru 90/2011 fir-rigward tal-kodiċijiet tan-NM u l-kodiċijiet tal-prodotti tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 134, 161 (3), 170 u 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (2), (UE) Nru 1178/2010 (3) u (UE) Nru 90/2011 (4) jistabbilixxu regoli għas-sistema tal-liċenzji tal-esportazzjoni b’rabta mar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur rispettivament. Dawk ir-Regolamenti jirreferu għall-kodiċijiet tan-NM u l-kodiċijiet tal-prodotti tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni sabiex jindikaw il-prodotti li huma soġġetti, jew li mhumiex soġġetti, għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja għall-esportazzjoni meta tintalab rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

    (2)

    L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (5) kien emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (6).

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 tas-17 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni (7) kien emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1334/2011 (8).

    (4)

    Bħala konsegwenza, il-kodiċijiet tan-NM u l-kodiċijiet tal-prodotti użati fir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (UE) Nru 1178/2010 u (UE) Nru 90/2011 jeħtieġ li jiġu adattati għal dawk użati fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1006/2011 u fir-Regolament (KEE) Nru 3846/87 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1334/2011.

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 382/2008 wkoll juża l-kodiċijiet tan-NM fil-qafas tal-liċenżji tal-importazzjoni. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, huwa xieraq li dawk il-kodiċijiet jiġu emendati wkoll.

    (6)

    Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (UE) Nru 1178/2010 u (UE) Nru 90/2011 għandhom jiġu emendati skont dan.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 382/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2(2), “il-kodiċi[jiet] NM bin-numri minn 0102 90 05 sa 0102 90 49” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM bin-numri minn 0102 29 10 sa 0102 29 49, ex 0102 39 10 b’piż li ma jaqbiżx 300 kg u ex 0102 90 91 b’piż li ma jaqbiżx 300 kg”;

    (2)

    L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-punt (a) tal-paragrafu 1, “il-kodiċi NM bin-numru 0102 10” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0102 21, 0102 31 00 u 0102 90 20”; u “il-kodiċi NM bin-numru 0102 90 u dawk li qabel kienu jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM bin-numru 1602” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0102 29, 0102 39 10, 0102 90 91 u ex 1602”;

    (b)

    Fil-punt (a) tal-paragrafu 2, “il-kodiċi NM bin-numru 0102 10” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0102 21, 0102 31 00 u 0102 90 20”;

    (c)

    Fil-paragrafu 3, “il-kodiċi NM bin-numru 0102 10” għandha tiġi sostitwita bil-frażi”il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0102 21, 0102 31 00 u 0102 90 20”;

    (3)

    L-Anness I għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

    (4)

    Fl-Anness V, l-ewwel grupp tal-kategoriji tal-prodotti għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Il-kategorija tal-prodott

    Il-kodiċi tan-NM

    110

    0102 29 10 , ex 0102 39 10 b’piż li ma jaqbiżx 80 kg u ex 0102 90 91 b’piż li ma jaqbiżx 80 kg

    120

    0102 29 21 u 0102 29 29 , ex 0102 39 10 b’piż li jaqbeż 80 kg iżda li ma jaqbiżx 160 kg u ex 0102 90 91 b’piż li jaqbeż 80 kg iżda li ma jaqbiżx 160 kg.

    130

    0102 29 41 u 0102 29 49 , ex 0102 39 10 b’piż li jaqbeż 160 kg iżda li ma jaqbiżx 300 kg u ex 0102 90 91 b’piż li jaqbeż 160 kg iżda li ma jaqbiżx 300 kg

    140

    0102 29 51 sa 0102 29 99 , ex 0102 39 10 b’piż li jaqbeż 300 kg u ex 0102 90 91 b’piż li jaqbeż 300 kg”;

    (5)

    Fl-Anness VI, l-ewwel grupp tal-kategoriji tal-prodotti għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Kategorija

    Il-kodiċi tal-prodott

    011

    0102 21 10 9140 , 0102 21 30 9140 , 0102 31 00 9100 , 0102 90 20 9100 , 0102 31 00 9200 u 0102 90 20 9200

    021

    0102 21 10 9150 , 0102 21 30 9150 , 0102 21 90 9120 , 0102 31 00 9150 , 0102 31 00 9250 , 0102 31 00 9300 , 0102 90 20 9150 , 0102 90 20 9250 u 0102 90 20 9300

    031

    0102 29 91 9000 , 0102 39 10 9350 u 0102 90 91 9350

    041

    0102 29 41 9100 , 0102 29 51 9000 , 0102 29 59 9000 , 0102 29 61 9000 , 0102 29 69 9000 , 0102 29 99 9000 , 0102 39 10 9100 , 0102 39 10 9150 , 0102 39 10 9200 , 0102 39 10 9250 , 0102 39 10 9400 , 0102 90 91 9100 , 0102 90 91 9150 , 0102 90 91 9200 , 0102 90 91 9250 , 0102 90 91 9300 u 0102 90 91 9400 ”.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2010 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1, “il-kodiċi[jiet] NM 0407 00 11 u 0407 00 19” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM 0407 11 00, 0407 19 11 u 0407 19 19”;

    (2)

    Fl-Artikolu 8(1), “il-kodiċijiet NM 0407 00 11 u 0407 00 19” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM 0407 11 00, 0407 19 11 u 0407 19 19”;

    (3)

    L-Anness I għandu jiġi sostitwit bit-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Ir-Regolament (UE) Nru 90/2011 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1, “il-kodiċi[jiet] NM 0105 11, 0105 12 u 0105 19” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM 0105 11, 0105 12 00, 0105 13 00, 0105 14 00 u 0105 15 00”;

    (2)

    Fl-Artikolu 8(1), “il-kodiċijiet NM 0105 11, 0105 12 u 0105 19” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM 0105 11, 0105 12 00, 0105 13 00, 0105 14 00 u 0105 15 00”;

    (3)

    L-Anness I għandu jiġi sostitwit bit-test tal-Anness III għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Dacian CIOLOȘ

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.

    (3)  ĠU L 328, 14.12.2010, p. 1.

    (4)  ĠU L 30, 4.2.2011, p. 1.

    (5)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (6)  ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1.

    (7)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.

    (8)  ĠU L 336, 20.12.2011, p. 35.


    ANNESS I

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 382/2008 jinbidel kif ġej:

    “ANNESS I

    Il-lista msemmija fl-Artikolu 5(1)

    0102 29 10, ex 0102 39 10 b’piż li ma jaqbiżx 80 kg u ex 0102 90 91 b’piż li ma jaqbiżx 80 kg

    0102 29 21, 0102 29 29, ex 0102 39 10 b’piż li jaqbeż 80 kg iżda li ma jaqbiżx 160 kg u 0102 90 91 b’piż li jaqbeż 80 kg iżda li ma jaqbiżx 160 kg.

    0102 29 41 sa 0102 29 49, ex 0102 39 10 b’piż li jaqbeż 160 kg iżda li ma jaqbiżx 300 kg u ex 0102 90 91 b’piż li jaqbeż 160 kg iżda li ma jaqbiżx 300 kg

    0102 29 51 sa 0102 29 99, ex 0102 39 10 b’piż li jaqbeż 300 kg u ex 0102 90 91 b’piż li jaqbeż 300 kg

    0201 10 00, 0201 20 20,

    0201 20 30,

    0201 20 50,

    0201 20 90,

    0201 30 00, 0206 10 95,

    0202 10 00, 0202 20 10,

    0202 20 30,

    0202 20 50,

    0202 20 90,

    0202 30 10,

    0202 30 50,

    0202 30 90,

    0206 29 91,

    0210 20 10,

    0210 20 90, 0210 99 51, 0210 99 90,

    1602 50 10, 1602 90 61,

    1602 50 31,

    1602 50 95,

    1602 90 69”


    ANNESS II

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1178/2010 jinbidel kif ġej:

    “ANNESS I

    Kodiċi tal-prodott tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni (1)

    Kategorija

    Rata tal-garanzija

    (EUR/100 kg piż nett)

    040719119000

    1

    040711009000

    040719199000

    2

    040721009000

    040729109000

    040790109000

    3

    3  (2)

    2  (3)

    040811809100

    4

    10

    040819819100

    040819899100

    5

    5

    040891809100

    6

    15

    040899809100

    7

    4


    (1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), il-parti 8.

    (2)  Għad-destinazzjonijiet murija fl-Anness V.

    (3)  Destinazzjonijiet oħrajn.”


    ANNESS III

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 90/2011 jinbidel kif ġej:

    “ANNESS I

    Kodiċi tal-prodott tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni (1)

    Kategorija

    Rata tal-garanzija

    (EUR/100 kg piż nett)

    010511119000

    010511199000

    010511919000

    010511999000

    1

    010512009000

    010514009000

    2

    020712109900

    3

    6  (2)

    020712909990

    6  (3)

    020712909190

    6  (4)

    020725109000

    020725909000

    5

    3

    020714209900

    020714609900

    020714709190

    020714709290

    6(a) (4)

    2

    020714209900

    020714609900

    020714709190

    020714709290

    6(b) (5)

    2

    020727109990

    7

    3

    020727609000

    020727709000

    8

    3


    (1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), il-parti 7.

    (2)  Għad-destinazzjonijiet murija fl-Anness VII.

    (3)  Destinazzjonijiet apparti dawk murija fl-Annessi VII u VIII.

    (4)  Destinazzjonijiet murija fl-Anness VIII.

    (5)  Destinazzjonijiet apparti dawk murija fl-Anness VIII.”


    Top