Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1355

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2011 tal- 20 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    ĠU L 338, 21.12.2011, p. 39–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1509

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1355/oj

    21.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 338/39


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1355/2011

    tal-20 ta’ Diċembru 2011

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi ntgħażlu mill-Kunsill, huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

    (2)

    Fid-19 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill iddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għaldaqstant, l-Anness V għandu jiġi aġġornat.

    (3)

    Sabiex jiġi garantit li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa hawnhekk mibdul bl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


    (1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


    ANNESS

    “ANNESS V

    Lista ta’ persuni, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)

    A.   Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)

    #

    Isem (u alternattivi possibbli)

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    CHANG Song-taek (alias JANG Song-Taek)

    Data tat-twelid:

    jew 2.2.1946 jew 6.2.1946 jew 23.2.1946 (il-provinċja ta' Hamgyong tat-Tramuntana)

    Numru tal-passaport (fl-2006): PS 736420617

    Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. Direttur tad-Dipartiment Amministrattiv tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

    2.

    CHON Chi Bu

     

    Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, qabel kien direttur tekniku ta' Yongbyon.

    3.

    CHU Kyu-Chang (alias JU Kyu-Chang)

    Data tat-twelid: bejn l-1928 u l-1933 -{}-

    Prim Deputat Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tad-Difiża (programm ballistiku), Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

    4.

    HYON Chol-hae

    Data tat-twelid 1934 (Manchuria, iċ-Ċina)

    Deputat Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari (konsulent militari ta' Kim Jong-Il).

    5.

    JON Pyong-ho

    Data tat-twelid 1926

    Segretarju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Kap tal-Kumitat Ċentrali tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Provvisti Militari li jikkontrolla t-Tieni Kumitat Ekonomiku tal-Kumitat Ċentrali, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

    6.

    Logutenent Ġenerali KIM Yong Chol

    (alias: Kim Yong-Chol; Kim Young-Chol; Kim Young-Cheol; Kim Young-Chul)

    Data tat-twelid 1946

    (Pyongan-Pukto, il-Korea ta' Fuq)

    Kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB).

    7.

    KIM Yong-chun (alias Young-chun)

    Data tat-twelid: 4.3.1935

    Numru tal-passaport: 554410660

    Deputat President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, Ministru tal-Forzi Armati Popolari, konsulent speċjali ta' Kim Jong-Il għall-istrateġija nukleari.

    8.

    O Kuk-Ryo

    Data tat-twelid 1931

    (il-provinċja ta' Jilin, iċ-Ċina)

    Deputat President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li jissorvelja l-akkwiżizzjoni barra l-pajjiż tat-teknoloġiji moderni għall-programmi nukleari u dawk ballistiċi.

    9.

    PAEK Se-bong

    Data tat-twelid 1946

    President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

    10.

    PAK Jae-gyong (alias Chae-Kyong)

    Data tat-twelid 1933

    Numru tal-passaport: 554410661

    Deputat Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari u Deputat Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari ta' Kim Jong-Il).

    11.

    PAK To-Chun

    Data tat-twelid: 9.3.1944

    (Jagang, Rangrim)

    Membru tal-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurtà. Responsabbli mill-industrija tal-armi u huwa rrappurtat li jikkmanda l-uffiċċju għall-enerġija nukleari. Din l-istituzzjoni hija deċiżiva għall-programm nukleari tat- trasport tar-RDPK.

    12.

    PYON Yong Rip (alias Yong-Nip)

    Data tat-twelid: 20.9.1929

    Numru tal-passaport: 645310121 (maħruġ fit-13.09.2005)

    President tal-Akkademja tax-Xjenzi, li kienet involuta f'riċerka bijoloġika relatata mal-AQM (Armi għall-Qerda tal-Massa)

    13.

    RYOM Yong

     

    Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti), responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali.

    14.

    SO Sang-kuk

    Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938

    Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.


    B.   Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)

     

    Isem (u alternattivi possibbli)

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    Green Pine Associated Corporation (alias: Chongsong Yonhap; Ch’o’ngsong Yo’nhap; Saengpil Associated Company; General Precious Metal Complex (GPM); Myong Dae Company; Twin Dragon Trading (TDT))

    c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, Hyongjesan-Guyok, Pjongjang / Nungrado, Pjongjang

    Ch’o’ngsong Yo’nhap ġiet identifikata għal sanzjonijiet talli esportat armi jew materjal relatat lejn il-Korea ta' Fuq. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' bastimenti u armamenti marittimi militari, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi tal-missili, u esportat torpidows u assistenza teknika lejn ditti Iranajani relatati mad-difiża. Green Pine hija responsabbli għal madwar nofs l-armi u materjal relatat esportat mill-Korea ta' Fuq u ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-KOMID wara li din intagħżlet mill-UNSC.

    2.

    Hesong Trading Corporation

    Post: Pjongjang

    Ikkontrollata mill-Korea Mining Development Corporation (KOMID) (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); negozjant tal-armi ewlieni u esportatur ewlieni ta’ merkanzija u tagħmir relatat ma’ missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

    Hesong Trading Corporation hija involuta f‘akkwisti għal użu potenzjali fil-programm ta' missili ballistiċi.

    3.

    Korea Complex Equipment Import Corporation

    Post: Distrett ta' Rakwon-dong, Pothonggang, Pjongjang

    Ikkontrollata mill-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwiżizzjoni għall-industriji tad-difiża tal-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

    4.

    Korea Heungjin Trading Company

    Post: Pjongjang

    Entità bbażata fi Pjongjang użata minn Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għall-finijiet kummerċjali (KOMID li ġiet iddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Korea Heungjin Trading Company hija ssuspettata wkoll li involviet ruħha fil-forniment ta' merkanzija relatata mal-missli lejn is-Shahid Hemmat Industrial Group tal-Iran.

    5.

    Korea International Chemical Joint Venture Company

    (alias Choson International Chemicals Joint Operation Company; Chosun International Chemicals Joint Operation Company; International Chemical Joint Venture Corporation)

    Post: Hamhung, Provinċja ta' Hamgyong tan-Nofsinhar; Man gyongdae-kuyok, Pjongjang; Mangyungdae-gu, Pjongjang

    Ikkontrollata mill-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwiżizzjoni għall-industriji tad-difiża tal-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

    6.

    Korea Kwangsong Trading Corporation

    Post: Distrett ta' Rakwon-dong, Pothonggang, Pjongjang

    Ikkontrollata mill-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwiżizzjoni għall-industriji tad-difiża tal-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

    7.

    Korea Pugang mining and machinery Corporation ltd

     

    Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); topera faċilitajiet għall-produzzjoni tat-trab tal-aluminju, li jista' jintuża għall-missili.

    8.

    Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation

    (alias: Chosun Yunha Machinery Joint Operation Company; Korea Ryenha Machinery J/V Corporation; Ryonha Machinery Joint Venture Corporation)

    Post: Distrett Ċentrali, Pjongjang; Mangungdae-gu, Pjongjang; Distrett ta' Mangyongdae, Pjongjang;

    Ikkontrollata mill-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwiżizzjoni għall-industriji tad-difiża tal-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

    Is-siti ta' produzzjoni tal-Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation dan l-aħħar ġew immodernizzati u huma parzjalment maħsuba għall-ipproċessar tal-materjali rilevanti għall-produzzjoni nukleari.

    9.

    Korea Taesong Trading Company

    Post: Pjongjang

    Entità bbażata fi Pjongjang użata mill-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għall-finijiet kummerċjali (KOMID ġiet iddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Il-Korea Taesong Trading Company aġixxiet f'isem il-KOMID f'negozjati mas-Sirja.

    10.

    Munitions Industry Department

    (alias: Military Supplies Industry Department) -{}-

    Post: Pjongjang

    Responsabbli għall-attivitajiet ta' superviżjoni tal-industrji militari tal-Korea ta' Fuq, inkluż it-Tieni Kumitat Ekonomiku (TKE) u l-KOMID. Dan jinkludi s-superviżjoni tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi u l-programmi nukleari tal-Korea ta' Fuq.

    Sa ftit żmien ilu, Munitions Industry Department kien immexxi minn Jon Pyong Ho; skont it-tagħrif disponibbli, dak li qabel kien l-ewwel viċi direttur tal-Munitions Industry Department (MID), Chu Kyu-ch’ang (Ju Gyu-chang), huwa d-diretturt ta' bħalissa ta' MID, li hija magħrufa pubblikament bħala l-Machine Building Industry Department. Chu serva bħala s-superviżur ġenerali għall-iżvilupp tal-missili tal-Korea ta' Fuq, inkluża s-superviżjoni tat-tfigħ tal-missila Taepo Dong-2 (TD-2) fil-5 ta' April 2009 u t-tfigħ tal-missila TD-2, li ma rnexxiex, f'Lulju 2006.

    11.

    Korean Ryengwang Trading corporation

    Distrett ta' Rakwon-dong, Pothonggang, Pjongjang, il-Korea ta' Fuq

    Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

    12.

    Reconnaissance General Bureau (RGB)

    (alias: Chongch’al Ch’ongguk; RGB; KPA Unit 586)

    Post: Hyongjesan-Guyok, Pjongjang, il-Korea ta' Fuq; Nungrado, Pjongjang, il-Korea ta' Fuq

    Ir-Reconnaissance General Bureau (RGB) huwa l-organizzazzjoni ewlenija tal-intelligence għall-Korea ta' Fuq, maħluqa fil-bidu tal-2009 bl-amalgamazzjoni tal-organizzazzjonijiet eżistenti tal-intelligence mill-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, id-Dipartiment tal-Operati u Uffiċċju 35, u r-Reconnaissance Bureau tal-Armata Popolari tal-Korea. Hija taqa' taħt il-kmand dirett tal-Ministeru tad-Difiża u hija primarjament responsabbli għall-ġbir tal-intelligence militari. L-RGB tinnegozja f'armi konvenzjonali u tikkontrolla l-impriża tal-armi konvenzjonali Green Pine Associated Corporation (Green Pine) tal-Korea ta' Fuq.

    13.

    It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali

     

    It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa involut f'aspetti ewlenin fil-programm tal-missili tal-Korea ta' Fuq. It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa responsabbli mis-superviżjoni tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq. Imexxi wkoll l-attivitajiet tal-KOMID (il-KOMID ġie magħżul min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Huwa organizzazzjoni fuq livell nazzjonali responsabbli mir-riċerka u mill-iżvilupp tas-sistemi avvanzati tal-armi tal-Korea ta' Fuq, fosthom missili u x'aktarx armi nukleari. Il-Kumitat juża għadd ta' organizzazzjonijiet subordinati biex tikseb teknoloġija, tagħmir u tagħrif minn barra l-pajjiż, fosthom mill-Korea Tangun Trading Corporation, biex jintużaw fi programmi ta' missili u x'aktarx armi nukleari fil-Korea ta' Fuq.

    14.

    Sobaeku United Corp. (alias Sobaeksu United Corp.)

     

    Kumpanija Statali, involuta fir-riċerka jew fl-akkwiżizzjoni ta' prodotti jew ta' tagħmir sensittiv. Hija għandha bosta depożiti ta' grafita naturali li jipprovdu bil-materja prima lil żewġ fabbriki ta' proċessar li jipproduċu partikolarment blokki tal-grafita li jistgħu jintużaw fil-qasam ballistiku.

    15.

    Tosong Technology Trading Corporation

    Post: Pjongjang

    Ikkontrollata mill-Korea Mining Development Corporation (KOMID) (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); negozjant tal-armi ewlieni u esportatur ewlieni ta’ merkanzija u tagħmir relatat ma’ missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

    16.

    Ċentru ta' Riċerka Nukleari ta' Yongbyon

     

    Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 16.7.2009).


    C.   Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)

    #

    Isem (u alternattivi possibbli)

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    JON Il-chun

    Data tat-twelid: 24.8.1941

    Fi Frar 2010 KIM Tong-un tneħħa mill-kariga tiegħu ta' direttur ta' Office 39 li. fost affarijiet oħrajn, huwa responsabbli mill-akkwiżizzjoni ta' merkanzija permezz tar-rappreżentanzi diplomatiċi tal-RDPK b’mod li jiġu evitati s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Jingħad li JON Il-chun huwa wkoll wieħed mill-persuni ewlenin tal-Bank tal-Iżvilupp tal-Istat.

    2.

    KIM Tong-un

     

    Qabel kien direttur ta' "Office 39" tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema, li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni.

    3.

    KIM Tong-Myo'ng

    (alias: Kim Chin-so'k)

    Data tat-twelid 1964

    Nazzjonalità: tal-Korea ta’ Fuq

    Kim Tong-Myo'ng jaġixxi f'isem Tanchon Commercial Bank (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

    Kim Dong Myong kellu bosta karigi f'Tanchon sa mill-inqas l-2002 u bħalissa huwa l-president ta' Tanchon. Kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta' Amroggang (proprjetà jew ikkontrollata minn Tanchon Commercial Bank) bl-alias Kim Chin-so'k.


    D.   Persuni ġuridiċi, entitatjiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)

    #

    Isem (u alternattivi possibbli)

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    Amroggang Development Banking Corporation

    (alias: Amroggang Development Bank; Amnokkang Development Bank)

    Indirizz: Tongan-dong, Pjongjang

    Entità proprjetà jew ikkontrollata minn Tanchon Commercial Bank (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

    Stabbilita fl-2006, Amroggang Development Banking Corporation hija ġestita mill-uffiċjali ta' Tanchon Commercial Bank, li għandu rwol fl-iffinanzjar tal-bejgħ min-naħa ta’ KOMID (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009) ta' missili ballistiċi u li kien involut ukoll fit-tranżizzjonijiet ta' missili ballistiċi minn KOMID għal għand Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran.

    2.

    Bank of East Land

    (alias: Dongbang Bank; Tongbang U’nhaeng; Tongbang Bank)

    Indirizz: PO Box 32, BEL Building, Jonseung-Dung, Distrett ta' Moranbong, Pjongjang

    Istituzzjoni finanzjarja tal-Korea ta' Fuq li tiffaċilita t-tranżizzjonijiet relatati mal-armi għal, u appoġġ ieħor lil Green Pine Associated Corporation (Green Pine), li hija manifattur u esportatur iddenotat tal-armi. Bank of East Land ħadem b'mod attiv ma' Green Pine biex jiġu ttrasferiti fondi b'mod li jiġu evitati s-sanzjonijiet.

    Fl-2007 u fl-2008, Bank of East Land iffaċilita t-tranżizzjonijiet li jinvolvu lil Green Pine u lil istituzzjonijiet finanzjarji Iranjani ddenotati, inkluż Bank Melli u Bank Sepah. Bank of East Land iffaċilita wkoll it-tranżizzjonijiet finanzjarji għall-benefiċċju tal-programmi tal-armi ta' Reconnaissance General Bureau’s (RGB) tal-Korea ta' Fuq.

    3.

    Korea Daesong Bank

    (alias: Choson Taesong Unhaeng; Taesong Bank)

    Indirizz: Segori-dong, Gyongheung St., Distrett ta' Potonggang, Pjongjang

    Tel: 850 2 381 8221

    Tel: 850 2 18111 ext. 8221

    Faks: 850 2 381 4576

    Istituzzjoni finanzjarja tal-Korea ta' Fuq li taqa’ direttament taħt Office 39 u li hija involuta fl-iffaċilitar ta' proġetti ta' finanzjament għall-proliferazzjoni tal-Korea ta' Fuq.

    4.

    Korea Daesong General Trading Corporation

    (alias: Daesong Trading; Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Corporation)

    Indirizz: Pulgan Gori Dong 1, Distrett ta' Potonggang, Pjongjang

    Tel: 850 2 18111 ext. 8204/8208

    Tel: 850 2 381 8208/4188

    Faks: 850 2 381 4431/4432

    Kumpanija li taqa’ taħt Office 39 u li tintuża għall-iffaċilitar ta' tranżizzjonijiet barranin f'isem Office 39.

    Id-Direttur ta' Office 39, Kim Tong-un, huwa elenkat fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 329/2007.’

    5.

    Korea Kwangson Banking Corp. (KKBC)

    (alias: Korea Kwangson Banking Corp; KKBC)

    Indirizz: Jungson-dong, Sungri Street, Distrett Ċentrali, Pjongjang

    Subordinarja li taġixxi f'isem ta' jew fuq ordni ta', u hija wkoll proprjetà jew ikkontrollata mill-Korea Ryonbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

    Tipprovdi servizzi finanzjarji biex tappoġġa kemm lil Tanchon Commercial Bank (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009) u kemm Korea Hyoksin Trading Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 16.7.2009);

    Sa mill-2008, Tanchon Commercial Bank kien qiegħed juża lil KKBC biex jiffaċilita t-trasferimenti ta' fondi li x'aktarx jammontaw għal miljuni ta' dollari, inklużi trasferimenti li jinvolvu fondi relatati ma’ Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009) minn Burma lejn iċ-Ċina fl-2009.

    Barra minn hekk, Hyoksin, li n-NU jiddeskrivuha bħala li hija involuta fl-iżvilupp tal-armi tal-qerda tal-massa, pruvat tuża lil KKBC b'rabta mal-akkwiżizzjoni ta' tagħmir b'użu doppju fl-2008. KKBC għandha mill-inqas fergħa waħda barra mill-pajjiż f'Dandong, iċ-Ċina.

    6.

    Office 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea

    (alias: Office #39; Office Nru 39; Bureau 39; Central Committee; Third Floor, Division 39.)

    Indirizz: Second KWP Government Building (Korean: Ch’o’ngsa), Chungso’ng, Urban Tower (Korean’Dong), Chung Ward, Pjongjang; Chung-Guyok (Distrett Ċentrali), Sosong Street, Kyongrim-Dong, Pjongjang; Changgwang Street, Pjongjang.

    Office 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea jipparteċipa f'attivitajiet ekonomiċi illeċiti biex jappoġġa lill-Gvern tal-Korea ta' Fuq. Għandu fergħat madwar in-nazzjon kollu li jiġbru u jiġġestixxu fondi u huwa responsabbli għall-ġbir ta' munità barranija għall-mexxejja ta' livell għoli tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea fil-Korea ta' Fuq permezz ta' attivitajiet illeċiti bħat-traffikar tan-narkotiċi. Office 39 jikkontrolla għadd ta' entitajiet fil-Korea ta' Fuq u barra mill-pajjiż li permezz tagħhom iwettaq bosta attivitajiet illeċiti inklużi l-produzzjoni, il-kuntrabandu u t-tixrid ta' narkotiċi. Office 39 kien involut ukoll fit-tentattiv biex tiġi akkwistata merkanzija lussuża u biex din tiġi ttrasferita lejn il-Korea ta' Fuq.

    Office 39 jinsab fost l-organizzazzjonijiet l-aktar importanti inkarigati bl-akkwiżizzjoni tal-munità u tal-merkanzija. Jingħad li din l-entità hija taħt il-kontroll dirett ta' KIM Jong-il; l-uffiċċju jikkontrolla bosta kumpaniji kummerċjali li wħud minnhom huma attivi f’attivitajiet illeċiti, fosthom, Daesong General Bureau, li jagħmel parti mill-grupp Daesong, l-akbar grupp ta' kumpaniji tal-pajjiż. Skont ċerti sorsi Office 39 għandu uffiċċju ta’ Rappreżentanza f'Ruma, f’Beijing, f’Bangkok, f’Singapor, f’Hongkong u f’Dubai. Għad-dinja esterna Office 39 ibiddel l-isem u l-apparenza b'mod regolari. Id-direttur ta' Office 39, JON Il-chun, huwa diġà elenkat fil-lista tal-UE dwar is-sanzjonijiet.

    Office 39 ipproduċa metamfetamina f'Sangwon, fil-Provinċja ta' Pyongan tan-Nofsinhar, u kien involut wkoll fit-tixrid ta' amfetamina lil kuntrabandisti żgħar tal-Korea ta' Fuq għat-tixrid fiċ-Ċina u fil-Korea ta' Isfel. Office 39 jopera wkoll irziezet li jkabbru l-peprin fil-Provinċa ta' Hamkyo’ng tat-Tramuntana u jipproduċi oppju u eroina f'Hamhu’ng u f’Nachin.

    Fl-2009, Office 39 kien involut fl-attentat, li falla, biex jinxtraw u jiġu esportati lejn il-Korea ta' Fuq, minn ġoċ-Ċina – żewġ jottijiet lussużi magħmula l-Italja li jiswew aktar minn $15-il miljun. It-tentattiv, li twaqqaf mill-awtoritajiet Taljani, biex il-jottijiet destinati għal Kim Jong-il kienet qiegħda tikser is-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti kontral-Korea ta' Fuq skont l-UNSCR 1718, li jirrikjedi b'mod speċifiku li l-Istati Membri jipprevjenu l-fornitura, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' merkanzija lussuża lejn il-Korea ta' Fuq.

    Preċedentament, Office 39 kien jintuża minn Banco Delta Asia giex jaħsel rikavat illeċitu. Banco Delta Asia ġie identifikat mid-Dipartiment tat-Teżor f'Settembru 2005 bħala “tħassib ewlieni dwar il-ħasil tal-flus” skont it-Taqsima 311 tal-att USA PATRIOT, għax irrappreżentat riskju mhux aċċettabbli ta' ħasil ta' flus u ta' reati finanzjarji oħrajn.”


    Top