This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1352
Commission Implementing Regulation (EU) No 1352/2011 of 20 December 2011 amending Council Regulation (EC) No 1236/2005 concerning trade in certain goods which could be used for capital punishment, torture or other cruel, inhuman or degrading treatment or punishment
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2011 tal- 20 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2011 tal- 20 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti
ĠU L 338, 21.12.2011, p. 31–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 19/02/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0125
21.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/31 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1352/2011
tal-20 ta’ Diċembru 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jistabbilixxi projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti li m’għandhom l-ebda użu prtikolari ħlief għall-iskop tal-piena kapitali, tat-tortura u t-trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti u kontrolli fuq l-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għal skop bħal dan. Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari r-rispett u l-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja u l-projbizzjoni ta’ tortura u trattament jew kastig inuman u degradanti. |
(2) |
F’ċerti każijiet riċenti prodotti mediċinali esportati lejn pajjiżi terzi ġew żvijati u użati għall-piena kapitali, notevolment bl-amministrazzjoni ta’ doża eċċessiva letali permezz ta’ injezzjoni. L-Unjoni ma tapprovax il-piena kapitali fiċ-ċirkustanzi kollha u taħdem favur l-abolizzjoni universali tagħha. L-esportaturi oġġezzjonaw għall-assoċjazzjoni involontarja tagħhom mal-użu tal-prodotti li żviluppaw għall-użu mediku. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li wieħed jipprovdi l-lista tal-prodotti skont ir-restrizzjonijiet tal-kummerċ sabiex jiġi evitat l-użu ħażin ta’ ċerti prodotti mediċinali għall-piena kapitali u jassigura li l-esportaturi ta’ prodotti mediċinali huma soġġetti għal kundizzjonijiet uniformi f’dan ir-rigward. Il-prodotti mediċinali relevanti ġew żviluppati, fost oħrajn, għall-anestesija u l-loppju u l-esportazzjoni tagħhom m’għandhiex għalhekk tkun soġġetta għal projbizzjoni sħiħa. |
(4) |
Jeħtieġ ukoll li titwessa’ l-projbizzjoni fuq il-kummerċ ta’ ċintorini għax-xokkijiet elettriċi biex ikopru apparat simili li jintlibes fuq il-ġisem bħal kmiem u manetti għax-xokkijiet elettriċi li għandhom l-istess impatt bħaċ-ċintorini għax-xokkijiet elettriċi. |
(5) |
Jeħtieġ li jiġi projbit il-kummerċ ta’ lembubi bil-ponot li mhumiex permessi għall-infurzar tal-liġi. Filwaqt li l-ponot kapaċi jikkawżaw uġigħ jew tbagħtija fiżika sinifikanti, il-lembubi bil-ponot ma jidhrux aktar effettivi għall-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża minn lembubi ordinarji u l-uġigħ jew it-tbagħtija fiżika kkawżati mill-ponot huma għalhekk krudili u mhux bilfors jinħtieġu għall-iskop tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża. |
(6) |
Bidliet fin-numerar ta’ ċerti partijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) seħħew wara li ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 u l-kodiċi relevanti tan-NM għandhom jiġu aġġornati kif jixraq. |
(7) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar ir-regoli komuni għall-esportazzjoni tal-prodotti. |
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Anness II u Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 se jiġu mibdula bit-testi f’Anness I u Anness II, rispettivament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan m’għandux japplika għal prodotti mniżżla fil-punt 4.1 tal-Anness III li għalih ġiet ippreżentata dikjarazzjoni tal-esportazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.
ANNESS I
“ANNESS II
Lista ta’ prodotti msemmijin fl-Artikoli 3 u 4
Nota Introduttorja:
Il-‘kodiċi tan-NM’ f’dan l-Anness jirreferu għall-kodiċi speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1).
Fejn ‘ex’ tippreċedi l-kodiċi tan-NM, il-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jikkostitwixxu biss parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f’dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM.
Nota: din il-lista ma tkoprix il-prodotti tekniċi mediċi
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
||
1. Prodotti maħsubin għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin, kif ġej: |
|||
ex 4421 90 98 ex 8208 90 00 |
|
||
ex 8543 70 90 ex 9401 79 00 ex 9401 80 00 ex 9402 10 00 ex 9402 90 00 |
|
||
ex 9406 00 38 ex 9406 00 80 |
|
||
ex 8413 81 00 ex 9018 90 50 ex 9018 90 60 ex 9018 90 84 |
|
||
2. Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej: |
|||
ex 8543 70 90 |
|
||
3. Tagħmir li jista’ jinġarr maħsub skont kif qed jingħad għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet, kif ġej: |
|||
ex 9304 00 00 |
|
ANNESS II
“ANNESS III
Lista ta’ prodotti msemmijin fl-Artikolu 5
Nota Introduttorja:
Il-kodiċi tan-NM f’dan l-Anness jirreferu għall-kodiċi speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.
Fejn ‘ex’ tippreċedi l-kodiċi tan-NM, il-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jikkostitwixxu biss parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f’dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM.
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
||||||||||||||||||
1. Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej: |
|||||||||||||||||||
ex 9401 61 00 ex 9401 69 00 ex 9401 71 00 ex 9401 79 00 ex 9401 80 00 ex 9402 90 00 ex 9403 20 20 ex 9403 20 80 ex 9403 50 00 ex 9403 70 00 ex 9403 81 00 ex 9403 89 00 |
Nota: Dan il-punt ma jikkontrollax is-siġġijiet għat-trażżin maħsubin għal persuni b’diżabbiltà |
||||||||||||||||||
ex 7326 90 98 ex 8301 50 00 ex 3926 90 97 |
Nota: Dan il-punt ma jikkontrollax ‘manetti ordinarji’. Il-manetti ordinarji huma manetti li għandhom qies ġenerali inkluża katina imkejla mix-xifer ta’ barra ta’ manetta waħda sax-xifer ta’ barra tal-manetta l-oħra, bejn 150 u 280 mm meta jinqaflu u li ma ġewx modifikati biex jikkawżaw uġigħ jew tbagħtija fiżika |
||||||||||||||||||
ex 7326 90 98 ex 8301 50 00 ex 3926 90 97 |
|
||||||||||||||||||
2. Tagħmir li jista’ jinġarr maħsub għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża, kif ġej: |
|||||||||||||||||||
ex 8543 70 90 ex 9304 00 00 |
|
||||||||||||||||||
3. Tagħmir li jista’ jinġarr għad-disseminazzjoni tas-sustanzi għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża u sustanzi relatati, kif ġej: |
|||||||||||||||||||
ex 8424 20 00 ex 9304 00 00 |
Nota: Dan il-punt ma jikkontrollax tagħmir individwali li jista’ jinġarr, anki jekk ikun fih sustanza kimika, meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess. |
||||||||||||||||||
ex 2924 29 98 |
|
||||||||||||||||||
ex 2939 99 00 |
|
||||||||||||||||||
4. Prodotti li jistgħu jintużaw għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin permezz ta’ injezzjoni letali, kif ġej: |
|||||||||||||||||||
ex 2933 53 90 [(a) to (f)] ex 2933 59 95 [(g) and (h)] |
Nota: Dan il-punt jikkontrolla wkoll il-prodotti li fihom wieħed mill-aġenti anestetiċi mniżżlin taħt l-aġenti anestetiċi barbiturati qosra u li jaġixxu bħala intermedji.” |