Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1297

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1297/2011 tad- 9 ta' Diċembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Seggiano (DPO)]

    ĠU L 330, 14.12.2011, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1297/oj

    14.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 330/5


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1297/2011

    tad-9 ta' Diċembru 2011

    li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Seggiano (DPO)]

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari t-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 7(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 6(2) u f'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Seggiano” kienet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

    (2)

    Ir-Renju Unit ressaq oġġezzjoni kontra r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. L-oġġezzjoni tqieset ammissibbli skont l-Artikolu 7 (3) ta’ dak ir-Regolament.

    (3)

    Fl-oġġezzjoni, ir-Renju Unit indika li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni konċernata tmur kontra l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u se thedded l-eżistenza ta’ trejdmarks reġistrati fit-territorju tiegħu.

    (4)

    Bl-ittra bid-data tat-18 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri konċernati biex jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom.

    (5)

    Billi l-Italja u r-Renju Unit laħqu ftehim bejniethom fiż-żmien stipulat, b'modifiki żgħar fl-ispeċifikazzjoni u bl-ebda modifika fid-dokument uniku ppubblikat skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-isem “Seggiano” għandu jiddaħħal fir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Dacian CIOLOȘ

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

    (2)  ĠU C 77, 26.03.2010, p. 6.


    ANNESS

    Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

    Klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

    L-ITALJA

    Seggiano (DPO)


    Top