Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1281

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1281/2011 tat- 8 ta’ Diċembru 2011 dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011

    ĠU L 327, 9.12.2011, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1281/oj

    9.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 327/60


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1281/2011

    tat-8 ta’ Diċembru 2011

    dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2011/2012 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 b’dazju doganali mnaqqas.

    (2)

    Skont L-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011, fid-dawl tal-offerti riċevuti bi tweġiba għall-istedina parzjali għall-offerta, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li jew tiffissa dazju doganali minimu jew li ma tiffissax dazju doganali minimu għal kodiċi NM bi tmien ċifri.

    (3)

    Abbażi tal-offerti riċevuti għall-ewwel stedina parzjali għall-offerta, għandu jiġi ffissat dazju doganali minimu għall-kodiċijiet kollha bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt in-NM 1701 u ma għandu jiġi ffissat ebda dazju doganali minimu għall-kodiċijiet bi tmien ċifri l-oħra għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM.

    (4)

    Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (5)

    Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-ewwel stedina parzjali għall-offerta fil-proċedura tal-offerti li nfetħet permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fis-7 ta’ Diċembru 2011, ġie ffissat dazju doganali minimu jew ma ġie ffissat l-ebda dazju doganali, kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-kodiċijiet bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 4.


    ANNESS

    Dazji doganali minimi

    (EUR/tunnellata)

    Il-kodiċi NM bi tmien ċifri

    Dazji doganali minimi

    1

    2

    1701 11 10

    252,50

    1701 11 90

    1701 12 10

    X

    1701 12 90

    X

    1701 91 00

    X

    1701 99 10

    1701 99 90

    X

    (—)

    l-ebda dazju doganali minimu ffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

    (X)

    l-ebda offerta


    Top