Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1277

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1277/2011 tat- 8 ta’ Diċembru 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 327, 9.12.2011, p. 42–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1277/oj

    9.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 327/42


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1277/2011

    tat-8 ta’ Diċembru 2011

    li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli li jikkonċernaw iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmijin fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    (2)

    L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tkun riveduta regolarment, u mill-inqas kull tliet xhur, filwaqt li għandhom jitqiesu, minn tal-inqas, is-sorsi ta’ informazzjoni msemmijin f’dak l-Artikolu.

    (3)

    L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti tal-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Għalf u għall-Ikel (RASFF), is-sejbiet tal-missjonijiet f’pajjiżi terzi li jitwettqu mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta’ kull tliet xhur dwar il-konsenji ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali sottomessi lill-Kummissjoni mill-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista teħtieġ li tkun emendata.

    (4)

    B’mod partikolari, il-lista għandha tkun emendata bit-tħassir tal-entrati dwar il-prodotti li għalihom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw grad ġenerali sodisfaċenti ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti ta’ sigurtà previsti fil-liġijiet tal-Unjoni u li għalihom, għalhekk, livell ogħla ta’ kontroll uffiċjali ma għadux ġustifikat.

    (5)

    Bl-istess mod, il-lista għandha tiġi emendata bit-tnaqqis tal-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali tal-prodotti li għalihom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw grad ġenerali ta’ titjib fil-konformità mal-ħtiġijiet rilevanti previsti fil-liġi tal-Unjoni u li għalihom għalhekk il-livell ogħla ta’ kontroll uffiċjali attwali ma għadux ġustifikat.

    (6)

    Għalhekk l-entrati fil-lista ta’ ċerti importazzjonijiet mill-Arġentina, ir-Repubblika Domenikana, l-Eġittu u l-Indja għandhom jiġu emendati skont dan.

    (7)

    Biex il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tkun aktar ċara, jeħtieġ ukoll li fil-lista jiġu speċifikati l-entrati għall-importazzjonijiet ta’ bżar frisk mit-Tajlandja u addittivi tal-għalf u taħlitiet magħmula minn qabel mill-Indja, u li tiġi ċċarata n-natura tal-bżar mir-Repubblika Domenikana, l-Eġittu u t-Tajlandja.

    (8)

    L-emenda fil-lista li tikkonċerna t-tħassir tar-referenzi għall-prodotti, u t-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli, għandha tapplika mill-aktar fis possibbli peress li t-tħassib oriġinali dwar is-sigurtà ġie indirizzat. Bl-istess mod, dawk l-emendi għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    (9)

    Minħabba n-numru ta’ emendi li hemm bżonn li jsiru fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, huwa xieraq li jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (10)

    Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (11)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

    Madankollu, l-emendi tal-entrati li ġejjin fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    (a)

    It-tħassir tal-entrati li ġejjin dwar:

    (i)

    Karawett (bil-qoxra jew bla qoxra), butir tal-karawett u karawett ippreparat modi oħra u ppriżervat (ikel u għalf) mill-Arġentina;

    (ii)

    Qargħa twila (ikel) mir-Repubblika Domenikana;

    (iii)

    Fażola ħadra (ikel) mill-Eġittu;

    (b)

    It-tnaqqis fil-frekwenza ta’ kontrolli fiżiċi u tal-identità għall-ħwawar imnixxfa (ikel) mill-Indja.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    (2)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


    ANNESS

    “ANNESS I

    (A)   Għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huwa soġġett għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

    Għalf u ikel

    (l-użu maħsub)

    Kodiċi tan- NM (1)

    Pajjiż ta’ oriġini

    Periklu

    Frekwenza ta’ kontrolli fiżiċi u tal-identità

    (%)

    Ġellewż

    (bil-qoxra jew bla qoxra)

    0802 21 00 ; 0802 22 00

    L-Azerbajġan (AZ)

    Aflatossini

    10

    (Għalf u Ikel)

    Karawett, bil-qoxra

    1202 41 00

    Il-Brażil (BR)

    Aflatossini

    10

    Karawett, bla qoxra

    1202 42 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett, ippreparat jew ippreżervat b’xi modi oħra

    2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

    (Għalf u Ikel)

     

    Taljarini mnixxfa

    ex 1902

    Iċ-Ċina (CN)

    Aluminju

    10

    (Ikel)

    Pomelos

    ex 0805 40 00

    Iċ-Ċina (CN)

    Residwi ta’ pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwali bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singoli (11)

    20

    (Ikel – frisk)

    Weraq tat-tè (suwed u ħodor)

    0902

    Iċ-Ċina (CN)

    Residwi ta’ pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwali bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singoli (10)

    10

    (Ikel)

    Fażola twila jarda

    (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

    ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00

    Ir-Repubblika Dominikana (DO)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwali bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singoli (3)

    50

    Bettieħa morra

    (Momordica charantia)

    ex 0709 99 90 ; ex 0710 80 95

    Bżar (ħelu u mhux)

    (Capsicum spp.)

    0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; ex 0710 80 59

    Brunġiel

    0709 30 00 ; ex 0710 80 95

    (Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

     

    Larinġ (frisk jew imnixxef)

    0805 10 20 ; 0805 10 80

    L-Eġittu (EG)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwali bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singoli (7)

    10

    Ħawħ (inkluż in-nuċiprisk)

    0809 30 90

    Rummien

    ex 0810 90 75

    Frawli

    0810 10 00

    (Ikel – frott u ħxejjex friski)

     

    Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

    0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; ex 0710 80 59

    L-Eġittu (EG)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwali bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singoli (12)

    10

    (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat)

    Karawett, bil-qoxra

    1202 41 00

    Il-Gana (GH)

    Aflatossini

    50

    Karawett, bla qoxra

    1202 42 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    (Għalf u Ikel)

     

    Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii)

    ex 1211 90 85

    L-Indja (IN)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwali bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singoli (5)

    10

    (Ikel – ħwawar friski)

    Capsicum annuum, sħiħ

    0904 21 10

    L-Indja (IN)

    Aflatossini

    20

    Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

    ex 0904 22 00

    Kari (prodotti mill-bżar aħmar)

    0910 91 05

    Noċemuskata

    (Myristica fragrans)

    0908 11 00 , 0908 12 00

    Il-qoxra barranija tan-noċemuskata

    (Myristica fragrans)

    0908 21 00 , 0908 22 00

    Ġinġer

    (Zingiber officinale)

    0910 11 00 , 0910 12 00

    Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

    0910 30 00

    (Ikel – ħwawar imnixxfin)  (13)

     

    Karawett, bil-qoxra

    1202 41 00

    L-Indja (IN)

    Aflatossini

    20

    Karawett, bla qoxra

    1202 42 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett, ippreparat jew ippreżervat mod ieħor

    2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

    (Għalf u Ikel)

     

    Addittivi tal-għalf u taħlitiet minn qabel

    ex 2309 ; 2917 19 90 ; ex 2817 00 00 ; ex 2820 90 10 ; ex 2820 90 90 ; ex 2821 10 00 ; ex 2825 50 00 ; ex 2833 21 00 ; ex 2833 25 00 ; ex 2833 29 20 ; ex 2833 29 80 ; ex 2835 ; ex 2836 ; ex 2839 ; 2936

    L-Indja (IN)

    Kadmju u ċomb

    10

    (Għalf)

    (Ikel)

    ex 0709 99 90

    L-Indja (IN)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwali bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singoli (2)

    10

    (Ikel - frisk)

    Dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) iż-żerriegħa u prodotti dderivati minnu

    ex 1207 99 96 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99

    In-Niġerja (NG)

    Aflatossini

    50

    (Ikel)

    Capsicum annuum, sħiħ

    0904 21 10

    Il-Perù (PE)

    Aflatossini u Okratossina A

    10

    Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

    ex 0904 22 00

    (Ikel – ħwawar imnixxfin)

     

    Bżar (għajr dak ħelu) (Capsicum spp.)

    ex 0709 60 99

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwali bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singoli (9)

    10

    (Ikel - frisk)

    Weraq tal-kosbor

    ex 0709 99 90

    It-Tajlandja (TH)

    Salmonella( (6)

    10

    Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

    ex 1211 90 85

    Nagħniegħ

    ex 1211 90 85

    (Ikel – ħwawar friski)

     

    Weraq tal-kosbor

    ex 0709 99 90

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwali bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singoli (4)

    20

    Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

    ex 1211 90 85

    (Ikel – ħwawar friski)

     

    Fażola twila jarda

    (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

    ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwali bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singoli (4)

    50

    Brunġiel

    0709 30 00 ; ex 0710 80 95

    Ħxejjex tal-brassika

    0704 ; ex 0710 80 95

    (Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

     

    Bżar ħelu (Capsicum annuum)

    0709 60 10 ; 0710 80 51

    it-Turkija (TR)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwali bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singoli (8)

    10

    Tadam

    0702 00 00 ; 0710 80 70

    ((Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat))

     

    Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

    0806 20

    L-Uzbekistan (UZ)

    Okratossina A

    50

    (Ikel)

    Karawett, bil-qoxra

    1202 41 00

    L-Afrika ta’ Isfel (ZA)

    Aflatossini

    10

    Karawett, bla qoxra

    1202 42 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett, ippreparat jew ippreżervat mod ieħor

    2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

    (Għalf u Ikel)

     

    Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

    ex 0904 22 00

    Il-pajjiżi terzi kollha

    Żebgħat tas-Sudan

    10

    Kari (prodotti mill-bżar aħmar)

    0910 91 05

    Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

    0910 30 00

    (Ikel – ħwawar imnixxfin)

     

    Żejt aħmar tal-palm

    ex 1511 10 90

     

     

     

    (Ikel)

    (B)   Definizzjonijiet

    Għall-fini ta’ dan l-Anness, “Żebgħat tas-Sudan” tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin:

    (i)

    Is-Sudan I (Numru CAS 842-07-9);

    (ii)

    Is-Sudan II (Numru CAS 3118-97-6);

    (iii)

    Is-Sudan III (Numru CAS 85-86-9);

    (iv)

    L-Aħmar Skarlat; jew Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).”


    (1)  Fejn ikun meħtieġ li jkunu eżaminati biss ċerti prodotti li huma elenkati taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika taħt dak il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM ikun immarkat “ex” (pereżempju ex 1006 30: ir-ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem biss huwa inkluż).

    (2)  Partikolarment ir-residwi ta’: Aċefat, Metamidofos, Triażofos, Endosulfan, Monokrotofos.

    (3)  Partikolarment ir-residwi ta’: Amitraz, Aċefat, Aldikarb, Benomil, Karbendażim, Klorfenapir, Klorpirifos, CS2 (Ditjokarbamati), Diafentjuron, Diażinon, Diklorvos, Dikofol, Dimetoat, Endosulfan, Fenamidon, Imidakloprid, Malatjon, Metamidofos, Metjokarb, Metomil, Monokrotofos, Ometoat, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tiabendażol, Tiakloprid.

    (4)  Partikolarment ir-residwi ta’: Aċefat, Karbaril, Karbendażim, Karbofuran, Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat, Etjon, Malatjon, Metalaksil, Metamidofos, Metomil, Monokrotofos, Ometoat, Profenofos, Protjofos, Kwinalfos, Triadimefon, Triażofos, Dikrotofos, EPN, u Triforin.

    (5)  Partikolarment ir-residwi ta’: Triażofos, Ossidemeton-metil, Klorpirifos, Aċetamiprid, Tiametoksam, Klotianidin, Metamidofos, Aċefat, Proparġit, Monokrotofos.

    (6)  Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.).

    (7)  Partikolarment ir-residwi ta’: Karbendażim, Ċiflutrin, Ċiprodinil, Diażinon, Dimetoat, Etjon, Fenitrotjon, Fenpropatrin, Fludioksonil, Ħessaflumuron, Lambda-ċialotrin, Metjokarb, Metomil, Ometoat, Ossamil, Fentoat, Tijofanat-metil.

    (8)  Partikolarment ir-residwi ta’: Metomil, Ossamil, Karbendażim, Klofenteżin, Diafenturon, Dimetoat, Formetanat, Malatjon, Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.

    (9)  Partikolarment ir-residwi ta’: Karbofuran, Metomil, Ometoat, Dimetoat, Triażofos, Malatjon, Profenofos, Protjofos, Etjon, Karbendażim, Triforina, Proċimidon, Formetanat.

    (10)  Partikolarment ir-residwi ta’: Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvaletat u Esfenvalerat (Is-somma tal-iżomeri RS u SR); Profenofos; Trifluralin; Triażofos; Triadimefon u Triadimenol (is-somma tat-triadimefon u t-triadimenol), Ċipermetrin (ċipermetrin inklużi taħlitiet oħra ta’ iżomeri kostitwenti (is-somma tal-iżomeri)).

    (11)  Partikolarment ir-residwi ta’: Triażofos, Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta’ triadimefon u triadimenol), Paratijon-metil, Fentoat.

    (12)  Partikolarment ir-residwi ta’: Karbofuran (is-somma), Klorpirifos, Ċipermetrin (is-somma), Ċiprokonażol, Dikofol (is-somma), Difenokonażol,Dinotefuran, Etjon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż, Propikonażol, Tjofanat-metil u Triforin.

    (13)  Il-kodiċijiet NM li ġejjin għandhom jintużaw bejn id-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni u meta tibda tapplika (1 ta’ Jannar 2012):

    Capsicum annuum, whole: 0904 20 10

    Capsicum annuum, crushed or ground: ex 0904 20 90

    Nutmeg (Myristica fragrans): 0908 10 00

    Mace (Myristica fragrans): 0908 20 00

    Ginger (Zingiber officinale): 0910 10 00


    Top