EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1267

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1267/2011 tas- 6 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

ĠU L 324, 7.12.2011, p. 9–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1267/oj

7.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1267/2011

tas-6 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda [jħassar] ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 33(3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2), il-Kummissjoni għandha tħejji lista ta’ korpi tal-kontroll u awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-iskop ta’ ekwivalenza u għandha tippubblika dik il-lista fl-Anness IV għal dak ir-Regolament.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet għall-inklużjoni f’dik il-lista li waslulha sal-31 ta’ Ottubru 2009 u kkunsidrat biss it-talbiet kompluti. Il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll ikkonċernati ntalbu jipprovdu informazzjoni addizzjonali fi żmien xahrejn sabiex il-Kummissjoni setgħet tivverifika jekk huma kinux konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jew le. Huma biss dawk il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll li għalihom l-analiżi sussegwenti tal-informazzjoni kollha mibgħuta wasslet għall-konklużjoni li huma kienu konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li għandhom jiġu inklużi fil-lista mogħtija fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(3)

Minħabba l-għadd kbir ta’ talbiet min-naħa tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li għalihom intalbet informazzjoni addizzjonali, il-valutazzjoni tat-talbiet u l-istabbiliment tal-ewwel lista ħadu aktar żmien milli mistenni. Fid-dawl tal-esperjenza, l-Istati Membri għandhom jitħallew ikomplu jagħtu awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni, iżda dawk l-awtorizzazzjonijiet għandu jkollhom perjodu massimu ta’ validità, u l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu itwal li matulu jkunu jistgħu jkomplu jagħtu dawk l-awtorizzazzjonijiet.

(4)

Matul il-valutazzjoni tat-talbiet, jistgħu jinqalgħu diffikultajiet meta wieħed jipprova jifhem iċ-ċirkustanzi li bihom korp tal-kontroll u awtorità tal-kontroll jistgħu jiġu rtirati mil-lista skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jeħtieġ li jiġu ċċarati dawk iċ-ċirkustanzi. Madankollu, dawk il-kjarifiki ma għandhom jimponu l-ebda obbligu ġdid fuq il-korpi tal-kontroll jew l-awtoritajiet tal-kontroll.

(5)

L-esperjenza wriet li jistgħu jinqalgħu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-konsegwenzi tal-irregolaritajiet jew tal-ksur li jaffettwaw l-istat organiku ta’ prodott. Sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet u tiġi ċċarata r-rabta bejn ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 kif emendat minn dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet l-oħrajn fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi, jidher għalhekk li huwa meħtieġ li jitfakkru d-dmirijiet tal-korp tal-kontroll jew tal-awtorità tal-kontroll tal-Istati Membri fir-rigward ta’ prodotti mhux konformi importati skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Madankollu, dik il-kjarifika ma għandha timponi l-ebda obbligu ġdid fuq il-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll u fuq l-Istati Membri.

(6)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mis-sistema ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali għal-lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-iskop ta’ ekwivalenza, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju dwar il-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll, jew referenza għal kategorija speċifika ta’ prodotti jew għal pajjiż terz speċifiku b’rabta ma’ dak il-korp tal-kontroll jew ma’ dik l-awtorità tal-kontroll, jistgħu jiġu rtirati mil-lista msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk ir-rapport annwali tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1(b) ma jkunx wasal għand il-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu;

(b)

jekk huma ma jinnotifikawx lill-Kummissjoni fil-ħin dwar il-bidliet fid-dossier tekniku tagħhom;

(c)

jekk ma jipprovdux informazzjoni lill-Kummissjoni matul l-investigazzjonijiet ta’ każ ta’ irregolarità;

(d)

jekk jonqsu milli jieħdu miżuri korrettivi adegwati bi tweġiba għall-irregolaritajiet u l-ksur osservati;

(e)

jekk ma jaqblux ma’ eżami fuq il-post mitlub mill-Kummissjoni, jew jekk eżami fuq il-post iwassal għal riżultat negattiv minħabba nuqqas ta’ funzjonament sistematiku tal-miżuri ta’ kontroll;

(f)

fi kwalunkwe sitwazzjoni li tippreżenta r-riskju għall-konsumaturi li huma jiġu mqarrqa dwar in-natura vera tal-prodotti ċċertifikati mill-korp tal-kontroll jew mill-awtorità tal-kontroll.

Jekk korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll jonqsu milli jieħdu azzjoni korrettiva xierqa u f’waqtha wara talba mill-Kummissjoni f’perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni skont is-severità tal-problema u li ġeneralment ma jistax ikun ta’ inqas minn 30 ġurnata, il-Kummissjoni għandha tirtirahom mil-lista mingħajr dewmien skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Dik id-deċiżjoni ta’ rtirar għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-lista emendata mill-aktar fis possibbli għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bi kwalunkwe mezz tekniku xieraq, inkluż il-pubblikazzjoni fuq l-Internet.”

(2)

L-Artikolu 15 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 15

Prodotti li mhumiex konformi

1.   Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura jew azzjoni meħuda skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u/jew skont ir-Regolament (KE) Nru 889/2008, ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni ta’ prodotti li mhumiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandu jkun jiddependi fuq it-tneħħija tar-referenzi għall-produzzjoni organika mit-tikketta, mir-riklami u mid-dokumenti ta’ akkumpanjament.

2.   Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura jew azzjoni li għandha tittieħed skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, f’każ ta’ suspett ta’ ksur u ta’ irregolaritajiet fir-rigward tal-konformità tal-prodotti importati skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 mar-rekwiżiti stipulati f’dak ir-Regolament, l-importatur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa skont l-Artikolu 91(1) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

L-importatur u l-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll li jkunu ħarġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament għandhom jinfurmaw minnufih lill-korpi tal-kontroll, lill-awtoritajiet tal-kontroll u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u tal-pajjiżi terzi involuti fil-produzzjoni organika tal-prodotti kkonċernati u, fejn ikun xieraq, lill-Kummissjoni. L-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll jistgħu jeħtieġu li l-prodott ma jitqiegħedx fis-suq b’indikazzjonijiet li jsemmu l-metodu tal-produzzjoni organika sakemm ikunu ġew issodisfati, bl-informazzjoni li tkun waslet mingħand l-operatur jew minn sorsi oħrajn, li ma jkun baqa’ l-ebda dubju dwar dan.

3.   Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura jew azzjoni li għandha tittieħed skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, meta awtorità tal-kontroll jew korp tal-kontroll ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz ikollhom suspett sostanzjat ta’ ksur jew ta’ irregolaritajiet fir-rigward tal-konformità tal-prodotti importati skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 mar-rekwiżiti stipulati f’dak ir-Regolament, huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa skont l-Artikolu 91(2) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 u għandhom jinfurmaw minnufih lill-korpi tal-kontroll, lill-awtoritajiet tal-kontroll u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u tal-pajjiżi terzi involuti fil-produzzjoni organika tal-prodotti kkonċernati u lill-Kummissjoni.”

(3)

L-Artikolu 19 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“L-awtorizzazzjonijiet għandhom jiskadu sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li jingħataw, għajr dawk li jkunu diġà ngħataw għal perjodu itwal qabel l-1 ta’ Lulju 2012”.

(b)

Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Mill-1 ta’ Lulju 2013 ‘il quddiem, l-Istati Membri m’għandhomx jagħtu iktar l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sakemm:

il-prodotti importati kkonċernati ma jkunux oġġetti li l-produzzjoni organika tagħhom fil-pajjiż terz tkun ġiet ikkontrollata minn korp tal-kontroll jew minn awtorità tal-kontroll li mhumiex fuq il-lista stabbilita skont l-Artikolu 10; jew

il-prodotti importati kkonċernati ma jkunux oġġetti li l-produzzjoni organika tagħhom fil-pajjiż terz tkun ġiet ikkontrollata minn korp tal-kontroll jew minn awtorità tal-kontroll li tinsab fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 10, iżda li ma jkunux jaqgħu f’waħda mill-kategoriji tal-prodotti msemmija fl-Anness IV għall-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll ta’ dak il-pajjiż terz.”;

(c)

Fil-paragrafu 5, il-frażi “l-1 ta’ Jannar 2013” għandha tinbidel bil-frażi “l-1 ta’ Lulju 2014”.

(4)

L-Anness IV għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.


ANNESS

“ANNESS IV

LISTA TAL-KORPI TAL-KONTROLL U TAL-AWTORITAJIET TAL-KONTROLL GĦALL-ISKOP TA’ EKWIVALENZA U L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET RILEVANTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10

Għall-iskop ta’ dan l-anness, il-kategoriji tal-prodotti huma murija bil-kodiċijiet li ġejjin:

A

:

Prodotti tal-pjanti mhux ipproċessati

B

:

Annimali ħajjin jew prodotti tal-annimali mhux ipproċessati

C

:

Prodotti tal-akkwakultura

D

:

Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel (*)

E

:

Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala għalf (*)

F

:

Żrieragħ u materjal għat-tnissil

Is-sit elettroniku, skont l-Artikolu 10(2)(e), fejn tinsab il-lista tal-operaturi li huma suġġetti għas-sistema ta’ kontroll, kif ukoll punt ta’ kuntatt fejn hija disponibbli faċilment l-informazzjoni dwar l-istatus taċ-ċertifikazzjoni tagħhom, il-kategoriji tal-prodotti kkonċernati, u l-operaturi u l-prodotti sospiżi u li tkun tneħħitilhom iċ-ċertifikazzjoni, jinsabu fl-indirizz elettroniku msemmi fil-punt 2 għal kull korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

‘Organska Kontrola’

1.

Indirizz: Hamdije Čemerlića 2/10, 71000 Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina

2.

Indirizz elettroniku: http://www.organskakontrola.ba

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

BA

BA-BIO-101

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘CCPB Srl’

1.

Indirizz: Via Jacopo Barozzi N.8, 40126 Bologna, l-Italja

2.

Indirizz elettroniku: http://www.ccpb.it

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

HR

HR-BIO-102

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Organic Food Development Center’

1.

Indirizz: 8 Jiang-Wang-Miao St., Nanjing 210042, iċ-Ċina

2.

Indirizz elettroniku: http://www.ofdc.org.cn

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

CN

CN-BIO-103

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Certificadora Mexicana de productos y procesos ecológicos S.C.’

1.

Indirizz: Calle 16 de septiembre N° 204, Ejido Guadalupe Victoria, Oaxaca, il-Messiku, C.P. 68026

2.

Indirizz elettroniku: http://www.certimexsc.com

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

MX

MX-BIO-104

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘California Certified Organic Farmers’

1.

Indirizz: 2155 Delaware Avenue, Suite 150, Santa Cruz, CA 95060, l-Istati Uniti tal-Amerika

2.

Indirizz elettroniku: http://www.ccof.org

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

MX

MX-BIO-105

x

x

x

US

US-BIO-105

x

x

x

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Organic Certifiers’

1.

Indirizz: 6500 Casitas Pass Road, Ventura, CA 93001, l-Istati Uniti tal-Amerika

2.

Indirizz elettroniku: http://www.organiccertifiers.com

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

KR

KR-BIO-106

x

x

MX

MX-BIO-106

x

PH

PH-BIO-106

x

x

US

US-BIO-106

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Australian Certified Organic’

1.

Indirizz: PO Box 530 - 766 Gympie Rd, Chermside QLD 4032, l-Awstralja

2.

Indirizz elettroniku: http://www.australianorganic.com.au

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

CK

CK-BIO-107

x

FJ

FJ-BIO-107

x

x

FK

FK-BIO-107

x

HK

HK-BIO-107

x

x

KR

KR-BIO-107

x

MG

MG-BIO-107

x

x

PG

PG-BIO-107

x

x

TH

TH-BIO-107

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Organic Standard’

1.

Indirizz: 51-B, Bohdana Khmelnytskoho str., Kiev, 01030, l-Ukraina

2.

Indirizz elettroniku: http://www.organicstandard.com.ua

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

UA

UA-BIO-108

x

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Ekolojik Tarim Kontrol Organizasyonu’

1.

Indirizz: 160 Sok. 13/7 Bornova, 35040 Izmir, it-Turkija

2.

Indirizz elettroniku: http://www.etko.org

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

AZ

AZ-BIO-109

x

x

GE

GE-BIO-109

x

KZ

KZ-BIO-109

x

x

RU

RU-BIO-109

x

x

RS

RS-BIO-109

x

x

TR

TR-BIO-109

x

x

x

UA

UA-BIO-109

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Organización Internacional Agropecuaria’

1.

Indirizz: Av. Santa Fe 830 - (B1641ABN) – Acassuso, Buenos Aires – l-Arġentina

2.

Indirizz elettroniku: http://www.oia.com.ar

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

UY

UY-BIO-110

x

BR

BR-BIO-110

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘International Certification Services, Inc.’

1.

Indirizz: 301 5th Ave SE Medina, ND 58467, l-Istati Uniti tal-Amerika

2.

Indirizz elettroniku: http://www.ics-intl.com

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

MX

MX-BIO-111

x

PF

PF-BIO-111

x

US

US-BIO-111

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Ecoglobe’

1.

Indirizz: 1, A. Khachaturyan Str., apt. 66, 0033 Jerevan, l-Armenja

2.

Indirizz elettroniku: http://www.ecoglobe.am

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

AM

AM-BIO-112

x

x

RU

RU-BIO-112

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Quality Assurance International’

1.

Indirizz: 9191 Town Centre Road, Suite 200, San Diego, CA 92122, l-Istati Uniti tal-Amerika

2.

Indirizz elettroniku: http://www.qai-inc.com

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

MX

MX-BIO-113

x

x

PY

PY-BIO-113

x

x

US

US-BIO-113

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘LibanCert’

1.

Indirizz: Chiah-Boulevard Kamil Chamoun – Baaklini Center – 4th floor, Bejrut, il-Libanu

2.

Indirizz elettroniku: http://www.libancert.org

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

JO

JO-BIO-114

x

x

LB

LB-BIO-114

x

x

SY

SY-BIO-114

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Istituto Certificazione Etica e Ambientale’

1.

Indirizz: Via Nazario Sauro 2, 40121 Bologna, l-Italja

2.

Indirizz elettroniku: http://www.icea.info

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

AE

AE-BIO-115

x

x

AL

AL-BIO-115

x

x

LA

LA-BIO-115

x

LB

LB-BIO-115

x

MD

MD-BIO-115

x

x

MG

MG-BIO-115

x

x

MX

MX-BIO-115

x

x

MY

MY-BIO-115

x

SN

SN-BIO-115

x

SY

SY-BIO-115

x

x

TH

TH-BIO-115

x

TR

TR-BIO-115

x

x

UY

UY-BIO-115

x

x

VN

VN-BIO-115

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Oregon Tilth’

1.

Indirizz: 260 SW Madison Ave, Ste 106, Corvallis, OR 97333, l-Istati Uniti tal-Amerika

2.

Indirizz elettroniku: http://tilth.org

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

US

US-BIO-116

x

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Caucacert Ltd’

1.

Indirizz: 2, Marshal Gelovani Street, 5th floor, Suite 410, Tbilisi 0159, il-Ġeorġja

2.

Indirizz elettroniku: http://www.caucascert.ge

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

GE

GE-BIO-117

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Bio Latina Certificadora’

1.

Indirizz: Av. Alfredo Benavides 330, Ofic. 203, Miraflores, Lima 18, il-Perù

2.

Indirizz elettroniku: http://www.biolatina.com

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

PE

PE-BIO-118

x

BO

BO-BIO-118

x

NI

NI-BIO-118

x

HN

HN-BIO-118

x

CO

CO-BIO-118

x

GT

GT-BIO-118

x

PA

PA-BIO-118

x

MX

MX-BIO-118

x

VE

VE-BIO-118

x

SV

SV-BIO-118

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘The national association for sustainable agriculture, Awstralja’

1.

Indirizz: Unit 7/3 Mount Barker Road, Stirling SA 5152, l-Awstralja

2.

Indirizz elettroniku: http://www.nasaa.com.au

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

ID

ID-BIO-119

x

LK

LK-BIO-119

x

NP

NP-BIO-119

x

PG

PG-BIO-119

x

SB

SB-BIO-119

x

TL

TL-BIO-119

x

WS

WS-BIO-119

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Organic crop improvement association’

1.

Indirizz: 1340 North Cotner Boulevard, Lincoln, NE 68505-1838, l-Istati Uniti tal-Amerika

2.

Indirizz elettroniku: http://www.ocia.org

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

GT

GT-BIO-120

x

x

MX

MX-BIO-120

x

x

NI

NI-BIO-120

x

x

PE

PE-BIO-120

x

x

SV

SV-BIO-120

x

x

US

US-BIO-120

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Organic agriculture certification Thailand’

1.

Indirizz: 619/43 Kiatngamwong Building, Ngamwongwan Rd., Tambon Bangkhen, Muang District, Nonthaburi 11000, it-Tajlandja

2.

Indirizz elettroniku: http://www.actorganic-cert.or.th

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

ID

ID-BIO-121

x

x

LA

LA-BIO-121

x

x

TH

TH-BIO-121

x

x

VN

VN-BIO-121

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Instituto Biodinamico Certificações’

1.

Indirizz: Rua Dr. Costa Leite, 1351, 18 602 110, Botucatu SP, il-Brażil

2.

Indirizz elettroniku: http://www.ibd.com.br

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

BR

BR-BIO-122

x

x

x

x

CN

CN-BIO-122

x

x

MX

MX-BIO-122

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘IMO Control Latinoamérica Ltda.’

1.

Indirizz: Calle Pasoskanki 2134, Cochabamba, il-Bolivja

2.

Indirizz elettroniku: http://www.imo.ch

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

BO

BO-BIO-123

x

x

DO

DO-BIO-123

x

GT

GT-BIO-123

x

MX

MX-BIO-123

x

x

NI

NI-BIO-123

x

PE

PE-BIO-123

x

x

PY

PY-BIO-123

x

x

SV

SV-BIO-123

x

VE

VE-BIO-123

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Uganda Organic Certification Ltd.’

1.

Indirizz: P.O. Box 33743, Kampala, l-Uganda

2.

Indirizz elettroniku: http://www.ugocert.org

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

UG

UG-BIO-124

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Center of Organic Agriculture in Egypt’

1.

Indirizz: 14 Ibrahim Shawarby St. New Nozha, P.O.Box 1535 Alf Maskan 11777, il-Kajr, l-Eġittu

2.

Indirizz elettroniku: http://www.coae-eg.com

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

EG

EG-BIO-125

x

x

x

SA

SA-BIO-125

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Bolicert Ltd.’

1.

Indirizz: Street Colon 756, floor 2, office 2 A, Edif. Valdivia Casilla 13030, La Paz, il-Bolivja

2.

Indirizz elettroniku: http://www.bolicert.org

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

BO

BO-BIO-126

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Washington State Department of Agriculture’

1.

Indirizz: 1111 Washington Street, PO Box 42560 Olympia WA 98504-2560, l-Istati Uniti tal-Amerika

2.

Indirizz elettroniku: http://agr.wa.gov

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

US

US-BIO-127

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Certisys’

1.

Indirizz: Rue Joseph Bouché 57/3, 5310 Bolinne, il-Belġju

2.

Indirizz elettroniku: http://www.certisys.eu

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

BF

BF-BIO-128

x

x

GH

GH-BIO-128

x

x

ML

ML-BIO-128

x

x

SN

SN-BIO-128

x

x

VN

VN-BIO-128

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘Doalnara Certified Organic Korea, LLC’

1.

Indirizz: 192-3 Jangyang-ri, Socho-myeon, Wonju-si, Gangwon, il-Korea t’Isfel

2.

Indirizz elettroniku: http://dcok.systemdcok.or.kr

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

KR

KR-BIO-129

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015

‘BioGro New Zealand Limited’

1.

Indirizz: PO Box 9693 Marion Square, Wellington 6141, in-New Zealand

2.

Indirizz elettroniku: http://www.biogro.co.nz

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

Ċ

D

E

F

VU

VU-BIO-130

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015.”


(*)  L-ingredjenti għandhom jiġu ċċertifikati minn korp tal-kontroll jew minn awtorità tal-kontroll irrikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3) jew jiġu prodotti u ċċertifikati fl-ambitu ta’ pajjiż terz irrikonoxxut skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew jiġu prodotti u ċċertifikati fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007.


Top