This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1247
Commission Implementing Regulation (EU) No 1247/2011 of 29 November 2011 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2011 tad- 29 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2011 tad- 29 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 319, 2.12.2011, p. 34–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/34 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1247/2011
tad-29 ta’ Novembru 2011
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta’ prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li tagħrif tariffarju li jorbot u li jkun inħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li hu marbut mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, ikompli jkun invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
||
(1) |
(2) |
(3) |
||
|
8538 90 99 |
Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 (c) għas-Sezzjoni XVI u l-mod tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8538 , 8538 90 u 8538 90 99 . Minħabba li l-modulu huwa interfaċċja bejn apparati esterni u apparat numeriku ta’ kontroll tat-titolu 8537 , klassifikazzjoni skont it-titolu 8471 bħala unità tal-input hija eskluża. Ladarba l-modulu jirċievi, jikkonverti, jiproċessa u jibgħat sinjali elettriċi lill-PLC, klassifikazzjoni skont it-titolu 8536 bħala swiċċ jew rilej biex jagħmel konnessjonijiet ma’ jew f’ċirkwiti elettriċi hija eskluża. Minħabba li l-modulu ma jikkontrollax waħdu l-apparat estern, iżda jikkostitwixxi biss interfaċċja bejn tali apparat u l-PLC, klassifikazzjoni taħt it-titolu 8537 bħala apparat elettriku ta’ kontroll hija eskluża. Ladarba l-konverżjoni minn analog għal diġitali hija proċess intermedju biss, klassifikazzjoni taħt it-titolu 8543 bħala magni u apparat elettriku b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi bnadi oħra fil-Kapitolu 85 hija eskluża. Minħabba li l-użu intenzjonat tal-modulu hu li jirċievi, jikkonverti u jipproċessa sinjali li jjirrappreżentaw il-kejl irċevut minn apparat estern u jibgħathom lill-PLC, il-modulu huwa essenzjali għall-operazzjoni tal-PLC tat-titlu 8537 . L-artiklu għandu għalhekk ikun klassifikat taħt it-titlu 8538 bħala parti mill-apparat tat-titli 8535 sa 8537 |
||
|
8538 90 99 |
Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 (c) għas-Sezzjoni XVI u l-mod tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8538 , 8538 90 u 8538 90 99 . Minħabba li l-modulu huwa interfaċċja bejn apparati esterni u apparat numeriku ta’ kontroll tat-titolu 8537 , klassifikazzjoni skont it-titolu 8471 bħala unità tal-output hija eskluża. Ladarba l-modulu jirċievi, jipproċessa u jibgħat sinjali elettriċi lil apparati esterni, klassifikazzjoni skont it-titolu 8536 bħala swiċċ jew rilej biex jagħmel konnessjonijiet ma’ jew f’ċirkwiti elettriċi hija eskluża. Punti ta’ konnessjoni tal-output (magħmula minn rilejs elettromanjetiċi) huma biss parti mill-modulu li jikkonsisti, flimkien mal-punti ta’ konnessjoni, mill-interfaċċja tat-tip bus, il-proċessur u l-konvertitur minn diġitali għal analog. Addizzjonalment, il-modulu ma jikkontrollax waħdu l-apparat estern, iżda jikkostitwixxi biss l-interfaċċja bejn il-PLC u apparat simili. Klassifikazzjoni skont it-titlu 8537 bħala apparat elettriku ta’ kontroll hija b’hekk eskluża. Ladarba l-konverżjoni minn diġitali għal analog hija proċess intermedju biss, klassifikazzjoni taħt it-titolu 8543 bħala magni u apparat elettriku b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi bnadi oħra fil-Kapitolu 85 hija eskluża. Minħabba li l-użu intenzjonat tal-modulu hu li jirċievi, jipproċessa u jikkonverti sinjali li jjirrappreżentaw is-sinjal mixgħul/mitfi li jkun irċevut mill-PLC u jibgħathom lil apparat estern, il-modulu huwa essenzjali għall-operazzjoni tal-PLC tat-titlu 8537 . L-artiklu għandu għalhekk ikun klassifikat taħt it-titlu 8538 bħala parti mill-apparat tat-titli 8535 sa 8537 |