Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1224

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2011 tat- 28 ta’ Novembru 2011 għall-finijiet tal-Artikoli 66 sa 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazji doganali (kodifikazzjoni)

    ĠU L 314, 29.11.2011, p. 14–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1224/oj

    29.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 314/14


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1224/2011

    tat-28 ta’ Novembru 2011

    għall-finijiet tal-Artikoli 66 sa 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazji doganali

    (kodifikazzjoni)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazji doganali (1),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2289/83 tad-29 ta’ Lulju 1983 li jniżżel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 70 sa 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabilixxi sistema Komunitarja ta’ arranġamenti mingħajr dazju (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

    (2)

    Il-miżuri li hemm dispożizzjoni għalihom f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    TITOLU I

    KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jniżżel dispożizzjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 66 sa 73 tar-Regolament (KEE) Nru 1186/2009.

    TITOLU II

    DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL IMPORTAZZJONIJIET ESEGWITI MINN ISTITUZZJONIJIET JEW ORGANIZZAZZJONIJIET

    KAPITOLU I

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Taqsima 1

    Obligazzjonijiet min-naħa tal-istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet lil min jiġu konsenjati l-oġġetti

    Artikolu 2

    1.   Id-dħul mingħajr dazji ta’ materjal imsemmi f’Artikoli 67 u 68 u tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 għandu jkollu l-obbligazzjonijiet li ġejjin min naħa tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni li lilhom jiġu kunsinjati l-oġġetti:

    (a)

    li jibgħatu l-oġġetti msemmija direttament lill-post ta’ destinazzjoni dikjarat;

    (b)

    li jinżamm rendikont tagħhom fl-inventarju tagħha;

    (c)

    li jintużaw esklussivament għall-skopijiet speċifikati fl-Artikoli msemmijin;

    (d)

    li jiffaċilitaw kull verifika li l-awtoritajiet kompetenti jidhrilhom meħtieġa sabiex jiżguraw li l-kundizzjonijiet għal konċessjoni ta’ dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni huma sodisfatti, jew jibqgħu sodisfatti.

    2.   Il-kap tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jiġu kkonsenjati, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jfornu lill-awtoritajiet kompetenti b’ dikjarazzjoni li tgħid li huwa konxju tal-obbligazzjonijiet varji elenkati fil-paragrafu 1 u tinkludi obbligazzjoni sabiex jikkonforma magħhom.

    L-awtoritajiiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li d-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tiġi prodotta għal kull importazzjoni, jew għal diversi importazzjonijiet jew għall-importazzjonijiet kollha esegwiti mill-istituzzjoni jew organiazzjoni lil min jiġu kkonsenjati l-oġġetti.

    Taqsima 2

    Dispożizzjonijiet li jiġu applikati fil-każ li l-oġġetti jinsilfu, jinkrew jew jiġu trasferiti

    Artikolu 3

    1.   Fejn it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 72(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009jiġu applikati, l-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jinsilef, jinkera jew jiġi trasferit oġġett għall-użu ta’ persuni b’diżabilità għandha, mid-data ta’ meta irċeviet l-oġġett, tikkonforma mal-istess obbligazzjonijiet bħal dwak stipulati fl-Artikolu 2.

    2.   Meta l-istabiliment jew organizzazzjoni li lilhom l-oġġetti jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti jkun jinsab fi Stat Membru minbarra dak li fih l-istabiliment li jsellef, jikri jew jitrasferixxi l-oġġetti jkun qiegħed, mat-tluq ta’ dak l-oġġett l-uffiċċju tad-dwana ta’ dak l-Istat Membru tad-dispaċċ għandu joħroġ kopja tal-kopja ta’ kontroll T 5 konformi mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli minn 912a sa 912g fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4) sabiex jassigura li dak l-oġġett jintuża billi jintitolah li jkompli jikkwalifika għal dħul mingħajr ħlas tad-drittijiet ta’ importazzjoni.

    Għal dan il-għan, il-kopja ta’ kontroll T 5 għandha tinkludi, fil-kaxxa 104 taħt l-intestatura “oħrajn”, waħda mid-daħliet imniżżla fl-Anness I.

    3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandha tapplika mutatis mutandis għas-self, kirja jew trasferiment ta’ partijiet ta’ rikambju jew aċċessorji speċifikament għal oġġetti għall-użu minn persuni b’diżabilità u għal għodda għal manutenzjoni, kontroll, kalibrazzjoni jew tiswija tal-oġġetti msemmijin li jkunu ddaħħlu mingħajr dazji taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikoli 67(2) u 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.

    KAPITOLU II

    Dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mad-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009

    Artikolu 4

    1.   Sabiex jinkiseb dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta’ oġġett għall-użu tal-għomja skont l-Artikolu 67(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-kap tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett, jew rappreżentanti awtorizzati tagħhom, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew organizzazzjoni.

    Tali applikazzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn kull tagħrif li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġa sabiex jiġi ddtereminat jekk il-kundizzjonijiet stipulati għall-konċessjoni ta’ dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni humiex sodisfatti.

    2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett għandu jieħu deċiżjoni diretta dwar l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

    KAPITOLU III

    Dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-importazzjoni mingħajr dazji fuq l-importazzjoni tal-oġġetti msemmijin fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009

    Artikolu 5

    1.   Sabiex jinkiseb dħul mingħajr dazji ta’ oġġett għall użu minn persuni b’diżabilità skont tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 l-kap tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetnenti tal-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzzjoni jew organizzazzjoni.

    2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-oġġett imsemmi:

    (a)

    id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża tal-oġġett użat mill-fabbrikant, il-klassifikazzjoni tan-nomenklatura magħquda preżunta tagħha u l-karattersitiċi tekniċi oġġettivi li jindika li dan ikun disinjat speċifikament għat-titjib edukattiv, ta’ impjieg jew soċjali ta’ persuni b’diżabilità;

    (b)

    l-isem jew l-isem kummerċjali u indirizz tal-fabbrikant u, jekk applikabbli, ta’ min ibiegħ;

    (c)

    il-pajjiż ta’ oriġini tal-oġġett;

    (d)

    il-post ta’ destinazzjoni tal-oġġett;

    (e)

    l-użu preċiż li għalih l-oġġett ikun intiż;

    (f)

    il-prezz tal-oġġett jew il-valur tiegħu għal finijiet ta’ dwana;

    (g)

    il-kwantità tal-oġġett msemmi.

    Xhieda dokumentata li tipprovdi kull informazzjoni meħtieġa dwar il-karatteristiċi u speċifikazzjonijiet tekniċi ta’l-oġġett għandha tingħata mal-applikazzjoni.

    Artikolu 6

    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab l-istituzzjoni jew organizzazzjoni li lilha jiġu kunsinnati l-oġġetti għandha tieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet skont l-Artikolu 5.

    Artikolu 7

    Awtorizzazzjonijiet għal dħul mingħajr dazji għandhom jibqgħu validi għal perijodu ta’ sitt xhur.

    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, madankollu, jħejju perijodu itwal fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari ta’ kull każ.

    KAPITOLU IV

    Dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mad-dħul mingħajr dazji ta’ partijiet ta; rikambju, komponenti, aċċessorji speċifiċi jew għodda taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 67(2) u l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009

    Artikolu 8

    Għall-għanijiet tal-Artikolu 67(2) u l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, “aċċessorji speċifiċi” jfisser oġġetti ddiżinjati speċifikatament għall-użu ma’ oġġett speċifiku għall-għan li jtejjeb il-prestazzjoni u l-iskop tiegħu.

    Artikolu 9

    Sabiex jinkiseb dħul mingħajr dazji ta’ partijiet ta’ rikambju, komponenti, aċċessorji speċifiċi jew għodda taħt tal-Artikolu 67(2) jew l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-kap tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jiġu kkonsenjati l-oġġetti, jew rappreżentanti awtorizzati tagħhom, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-iIstat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew organizzazzjoni.

    Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mit-tagħrif kollu meqjus meħtieġ mill-awtorità kompetenti għall-għan li jiġu determinati l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 67(2) jew fl-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 humiex sodisfatti.

    Artikolu 10

    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni lil min jiġu kkonsenjati tali oġġetti għandha tieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet taħt l-Artikolu 9.

    TITOLU III

    DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL IMPORTAZZJONI LI JSIRU MINN GĦOMJA U PERSUNI OĦRA B’DIŻABILITA

    Artikolu 11

    L-Artikoli 4, 8, 9 u 10 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni tal-oġġetti msemmijin tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 impurtati minn persuni għomja nnifishom jew għall-użu tagħhom.

    Artikolu 12

    Dan li ġej japplika mutatis mutandis għal eżenzjoni minn drittijiet ta’ importazzjoni t’ oġġetti importati minn persuni b’diżabilità nfushom għall-użu tagħhom stess:

    (a)

    l-Artikolu 5, 6 u 7 fil-każ ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009,

    (b)

    l-Artikolu 8, 9 u 10 fil-każ ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.

    Artikolu 13

    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu l-applikazzjoni msemmija fl-Artikoli 4 u 5 issir f’forma simplifikata, fejn din tirreferi għal oġġetti mportati taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 11 u 12.

    TITOLU IV

    DISPOSIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 14

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2289/83 hu mħassar.

    Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

    Artikolu 15

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    This Regulation shall be binding in its entirety and directly applicable in all Member States.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.

    (2)  ĠU L 220, 11.8.1983, p. 15.

    (3)  Ara l-Anness II.

    (4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


    ANNESS I

    Intestaturi msemmija fl-Artikolu 3(2)

    “Артикул за лицата с увреждания: продължаването на митническите освобождавания подлежи на спазване на член 72, параграф 2, втора алинея от Регламент (ЕО) № 1186/2009”;

    “Objeto para personas minusválidas: se mantiene la franquicia subordinada al respeto del artículo 72, apartado 2, segundo párrafo, del Reglamento (CE) no 1186/2009”;

    “Zboží pro postižené osoby: zachování osvobození za předpokladu splnění podmínek čl. 72 odst. 2 druhého pododstavce nařízení (ES) č. 1186/2009”;

    “Genstand til handicappede personer: Fortsat fritagelse betinget af overholdelse af artikel 72, stk. 2, andet afsnit, i forordning (EF) nr. 1186/2009”;

    “Gegenstand für Behinderte: Weitergewährung der Zollbefreiung abhängig von der Voraussetzung des Artikels 72 Absatz 2 zweiter Unterabsatz der Verordnung (EG) Nr. 1186/2009”;

    “Kaubaartiklid puuetega inimestele: impordimaksudest vabastamise jätkamine, tingimusel et täidetakse määruse (EÜ) nr 1186/2009 artikli 72 lõike 2 teist lõiku”;

    “Αντικείμενα προοριζόμενα για μειονεκτούντα άτομα: Διατήρηση της ατέλειας εξαρτώμενη από την τήρηση του άρθρου 72 παράγραφος 2 δεύτερο εδάφιο του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1186/2009”;

    “Article for the handicapped: continuation of relief subject to compliance with the second subparagraph of Article 72(2) of Regulation (EC) No 1186/2009”;

    “Objet pour personnes handicapées: maintien de la franchise subordonné au respect de l’article 72, paragraphe 2, deuxième alinéa, du règlement (CE) no 1186/2009”;

    “Oggetto per persone disabili: la franchigia è mantenuta a condizione che venga rispettato l’articolo 72, paragrafo 2, secondo comma del regolamento (CE) n. 1186/2009”;

    “Invalīdiem paredzētas preces: atbrīvojuma turpmāka piemērošana atkarīga no atbilstības Regulas (EK) Nr.1186/2009 72. panta 2. punkta otrajai daļai”;

    “Neįgaliesiems skirtas daiktas: atleidimo nuo muitų taikymo pratęsimas laikantis Reglamento (EB) Nr. 1186/2009 72 straipsnio 2 dalies antrosios pastraipos nuostatų”;

    “Áru behozatala fogyatékos személyek számára: a vámmentesség fenntartása az 1186/2009/EK rendelet 72. cikke (2) bekezdésének második albekezdésében foglalt feltételek teljesítése esetén”;

    “Oġġett għal nies b’xi diżabilità: tkomplija ta’ ħelsien mid-dazju suġġett għal osservanza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 72(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009”;

    “Voorwerp voor gehandicapten: handhaving van de vrijstelling is afhankelijk van de nakoming van artikel 72, lid 2, tweede alinea van Verordening (EG) nr. 1186/2009”;

    “Artykuł przeznaczony dla osób niepełnosprawnych: kontynuacja zwolnienia z zastrzeżeniem zachowania warunków określonych w art. 72 ust. 2 akapit drugi rozporządzenia (WE) nr 1186/2009”;

    “Objectos destinados às pessoas deficientes: é mantida a franquia desde que seja respeitado o n.o 2, segundo parágrafo do artigo 72.o do Regulamento (CE) n.o 1186/2009”;

    “Articole pentru persoane cu handicap: menținerea scutirii este condiționată de respectarea dispozițiilor articolului 72 alineatul (2) al doilea paragraf din Regulamentul (CE) Nr. 1186/2009”;

    “Tovar pre postihnuté osoby: naďalej oslobodený, ak spĺňa podmienky ustanovené v článku 72 odseku 2 druhom pododseku nariadenia (ES) č. 1186/2009”;

    “Predmet za invalide: ohranitev oprostitve v skladu z drugim pododstavkom člena 72(2) Uredbe (ES) št. 1186/2009”;

    “Vammaisille tarkoitetut tavarat: tullittomuus jatkuu, edellyttäen että asetuksen (EY) N:o 1186/2009 72 artiklan 2 kohdan toisen alakohdan ehtoja noudatetaan”;

    “Föremål för funktionshindrade: Fortsatt tullfrihet under förutsättning att villkoren i artikel 72.2 andra stycket i förordning (EG) nr 1186/2009 uppfylls”.


    ANNESS II

    Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2289/83

    (ĠU L 220, 11.8.1983, p. 15)

     

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1746/85

    (ĠU L 167, 27.6.1985, p. 23)

     

    Punt I.18 tal-Anness I tal-Att tal-Adeżjoni 1985

    (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 139)

     

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3399/85

    (ĠU L 322, 3.12.1985, p. 10)

    l-Artikolu 1, punt 3 biss

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 735/92

    (ĠU L 81, 26.3.1992, p. 18)

     

    Punt XIII A.II.4 tal-Anness I tal-Att tal-Adeżjoni 1994

    (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 274)

     

    Punt 19.B.1 tal-Anness II tal tal-Att tal-Adeżjoni 2003

    (OJ L 236, 23.9.2003, p. 771)

     

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006

    (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1)

    punt 11.B.1 tal-Anness biss


    ANNESS III

    Tabella Ta’ Korrelazzjoni

    Regolament (KEE) Nru 2289/83

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2(1), frażi tal-bidu

    Artikolu 2(1), frażi tal-bidu

    Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż

    Artikolu 2(1)(a)

    Artikolu 2(1), it-tieni inċiż

    Artikolu 2(1)(b)

    Artikolu 2(1), it-tielet inċiż

    Artikolu 2(1)(c)

    Artikolu 2(1), ir-raba’ inċiż

    Artikolu 2(1)(d)

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 3(2) l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 3(2) l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu, frażi tal-bidu

    Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu

    Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, lista ta’ daħliet

    Anness I

    Artikolu 3(3)

    Artikolu 3(3)

    Artikolu 4

    Artikolu 4

    Artikolu 6

    Artikolu 5

    Artikolu 7

    Artikolu 6

    Artikolu 10

    Artikolu 7

    Artikolu 13

    Artikolu 8

    Artikolu 14

    Artikolu 9

    Artikolu 15

    Artikolu 10

    Artikolu 16

    Artikolu 11

    Artikolu 17

    Artikolu 12

    Artikolu 18

    Artikolu 13

    Artikolu 19

    Artikolu 14

    Artikolu 20

    Artikolu 15

    Anness II

    Anness III


    Top