Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1204

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1204/2011 tat- 18 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 305, 23.11.2011, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1204/oj

    23.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 305/14


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1204/2011

    tat-18 ta’ Novembru 2011

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

    (3)

    Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

    (4)

    Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

    (5)

    Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien li ta l-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

    Artikolu 2

    Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalitá tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    1.

    Apparat interkambjabbli li jinżamm fl-idejn magħmul minn lampa tal-flash, lenti, buttuna li tazzjona u bozza li tindika (dak li jissejjaħ "apparat li jinżamm fl-idejn li jemetti vibrazzjoni intensiva ta' dawl (IPL)").

    L-apparat jiġġenera vibrazzjoni intensiva ta' dawl f'meded differenti ta' rati ta' vibrazzjonijiet li jlaħħqu l-100 ms, wavelength ta' 650-1 200  nm, dabra b'daqs ta' 16 x 46 mm u fluwenza massima ta' 45 J/cm2.

    Dan jaħdem biss flimkien ma' magna ("l-unità prinċipali") li minnha jirċievi l-enerġija, is-sinjali ta' kontroll u l-likwidu li jkessaħ. L-unità prinċipali għandha provvista tal-enerġija, unità ta' kontroll bi skrin u unità li tkessaħ, u hija wkoll kapaċi taħdem ma' "apparati tal-lejżer li jinżammu fl-idejn".

    Meta mqabbad mal-"unità prinċipali", l-apparat huwa użat għal kura kożmetika speċifika, per eżempju, it-tneħħija permanenti tax-xagħar.

    8543 90 00

    Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2(b) għas-Sezzjoni XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8543 u 8543 90 00 .

    Minħabba li l-vibrazzjoni intensiva ta' dawl iġġenerata mill-lampa tal-flash mhijiex raġġ tal-lejżer, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9013 bħala lejżer hija eskluża.

    Minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-apparat, jiġifieri l-kostruzzjoni ta' natura elettronika li għandu, huwa mhux bħal biċċa għodda interkambjabbli (ara nota 1(o) ta' Sezzjoni XVI). L-apparat meta jkun mqabbad mal-"unità prinċipali" jiġi identifikat bħala magna tax-xogħol li għandha funzjoni individwali mhux speċifika jew inkluża x'imkien ieħor f'Kapitolu 85.

    L-apparat huwa essenzjali għall-ħidma tal-magna, għaliex il-magna mingħajru ma tistax tiffunzjona.

    Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8543 90 00 bħala parti minn magni u apparat tal-elettriku oħrajn, b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor f'Kapitolu 85.

    2.

    Apparat interkambjabbli li jinżamm fl-idejn li għandu lejżer fi stat solidu, lenti, swiċċ li jbiddel id-daqs tad-dabra skont l-għażla, u buttuna li tazzjona (hekk msejjaħ "apparat li jinżamm fl-idejn tal-lejżer").

    L-apparat jiġġenera dawl tal-lejżer fuq meded differenti ta' rati ta' vibrazzjonijiet li jlaħħqu l-100 ms, wavelength ta' 1 064  nm, dbabar ta' qisien varjabbli b'dijametru ta' 1.5, 3, 6 u 9 mm u fluwenza massima ta' 700 J/cm2.

    Dan jaħdem biss flimkien ma' magna ("l-unità prinċipali") li minnha jirċievi l-enerġija, is-sinjali ta' kontroll u l-likwidu li jkessaħ. L-unità prinċipali għandha provvista tal-enerġija, unità ta' kontroll bi skrin u unità li tkessaħ, u hija wkoll kapaċi taħdem ma' "appart li jinżamm fl-idejn li jemetti vibrazzjoni intensiva ta' dawl (IPL)".

    Meta mqabbad mal-"unità prinċipali", l-apparat huwa użat speċifikament biex jikkura kożmetikament il-vini fir-riġlejn.

    8543 90 00

    Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2(b) għas-Sezzjoni XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8543 u 8543 90 00 .

    Minħabba li l-lejżer huwa ddisinjat speċifikament sabiex jiġġenera dawl tal-lejżer fuq ċerti meded ta' vibrazzjonijiet u qisien ta' dbabar, l-apparat huwa magħmul sabiex jopera funzjoni speċifika. Meta l-apparat ikun mqabbad mal-"unità prinċipali", jiġi identifikat bħala magna tax-xogħol li għandha funzjoni individwali mhux speċifika jew inkluża x'imkien ieħor f'Kapitolu 85.

    Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9013 bħala lejżer hija għaldaqstant eskluża (ara ukoll in-Nota ta' Spjegazzjoni (HS) għall-intestatura 9013 (2), ir-raba' paragrafu).

    Minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-apparat, jiġifieri l-kostruzzjoni ta' natura elettronika li għandu, huwa mhux bħal biċċa għodda interkambjabbli (ara nota 1(o) ta' Sezzjoni XVI).

    L-apparat huwa essenzjali għall-ħidma tal-magna, għaliex il-magna mingħajru ma tistax tiffunzjona.

    Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8543 90 00 bħala parti minn magni u apparat tal-elettriku oħrajn, b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor f'Kapitolu 85.


    Top