This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1186
Commission Regulation (EU) No 1186/2011 of 15 November 2011 establishing a prohibition of fishing for herring in EU and Norwegian waters of IV north of 53° 30′ N by vessels flying the flag of France
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1186/2011 tal- 15 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1186/2011 tal- 15 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
ĠU L 302, 19.11.2011, pp. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011
|
19.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1186/2011
tal-15 ta’ Novembru 2011
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011. |
|
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNESS
|
Nru |
75/T&Q |
|
Stat Membru |
Franza |
|
Stokk |
HER/4AB. |
|
Speċi |
Aringa (Clupea harengus) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N |
|
Data |
23.10.2011 |