Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1048

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1048/2011 tal- 20 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

    ĠU L 276, 21.10.2011, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/10/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1048/oj

    21.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 276/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1048/2011

    tal-20 ta’ Ottubru 2011

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/603/PESK tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar aktar miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 (2) jimplimenta d-Deċiżjoni 2010/603/PESK billi jiffriża l-assi ta’ ċerti individwi, b’sostenn għall-mandat tal-ICTY.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2010/603/PESK skadiet fl-10 ta’ Ottubru 2011.

    (3)

    Ikun għalhekk xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1763/2004 jitħassar b’effett immedjat.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1763/2004 huwa b’dan imħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ottubru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. SAWICKI


    (1)  ĠU L 265, 8.10.2010, p. 15.

    (2)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 14.


    Top