Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1020

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1020/2011 tal- 14 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-ammont massimu tal-appoġġ għall-irtirar mis-swieq tan-nuċiprisk u l-ħawħ

    ĠU L 270, 15.10.2011, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1020/oj

    15.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 270/14


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1020/2011

    tal-14 ta’ Ottubru 2011

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-ammont massimu tal-appoġġ għall-irtirar mis-swieq tan-nuċiprisk u l-ħawħ

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 103h, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (2) jipprovdu regoli dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri għall-ġestjoni u l-prevenzjoni ta’ kriżijiet b’rabta mal-frott u l-ħaxix, li l-produzzjoni tagħhom verament mhix prevedibbli.

    (2)

    Jista’ jkun hemm ammont żejjed fis-suq tal-frott u l-ħaxix u dan jista’ jfixkel is-suq b’mod sinifikanti. F’dan il-każ, il-miżuri għall-ġestjoni u l-prevenzjoni ta’ kriżijiet jistgħu jinkludu rtirar mis-suq kif imsemmi fl-Artikolu 103c(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fl-Artikolu 75 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet għall-produtturi.

    (3)

    Skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-Anness XI għal dak ir-Regolament jistipula l-ammonti massimi tal-appoġġ għall-prodotti rtirati mis-suq msemmija fih. Dawk l-ammonti għandhom jiġu ffissati sabiex ikun evitat li l-irtirar isir għażla alternattiva permanenti għall-prodotti mqabbla mat-tqegħid tagħhom fis-suq, u biex jiġi żgurat fl-istess waqt li l-irtirar jibqa’ strument effettiv għall-prevenzjoni tal-kriżi u għall-ġestjoni.

    (4)

    Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq ta’ bħalissa għall-ħawħ u n-nuċiprisk, u sabiex jittaffa l-impatt ta’ waqgħa f’daqqa tal-prezzijiet dan is-sajf, għandhom isiru l-aġġustamenti fl-ammonti massimi tal-appoġġ għall-irtirar mis-suq tal-ħawħ u n-nuċiprisk.

    (5)

    Jixraq għalhekk li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Jixraq li l-ammonti l-ġodda tal-appoġġ japplikaw mid-19 ta’ Lulju 2011 ’il quddiem, bejn wieħed u ieħor id-data li fiha l-waqgħa fil-prezzijiet għall-ħawħ u n-nuċiprisk dehret b’mod sinifikanti. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu.

    (7)

    Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XI għar-Regolament (UE) Nru 543/2011 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mid-19 ta’ Lulju 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


    ANNESS

    “ANNESS XI

    Ammonti massimi ta’ appoġġ għall-irtirar mis-suq kif imsemmi fl-artikolu 79(1)

    (EUR/100 kg)

    Prodott

    Appoġġ massimu

    Pastard

    10,52

    Tadam

    7,25

    Tuffieħ

    13,22

    Għeneb

    12,03

    Berquq

    21,26

    Nuċiprisk

    26,90

    Ħawħ

    26,90

    Lanġas

    12,59

    Brunġiel

    5,96

    Bettieħ

    6,00

    Dulliegħ

    6,00

    Larinġ

    21,00

    Mandolin

    19,50

    Klementin

    19,50

    Satsumi

    19,50

    Lumi

    19,50 ”


    Top