EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0941

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 941/2011 tat- 22 ta’ Settembru 2011 li jimplimenta l-Artikolu 16(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ĠU L 246, 23.9.2011, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0044

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/941/oj

23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 941/2011

tat-22 ta’ Settembru 2011

li jimplimenta l-Artikolu 16(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011.

(2)

B’segwitu għall-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2009 (2011) fis-16 ta’ Settembru 2011 u f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/625/PESK tat-22 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (2), il-listi ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi mniżżlin fl-Annessi II u III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandhom jiġu emendati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-entrati għall-entitajiet imiżżlin fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jitħassru mil-listi inmiżżlin fl-Assessi II u III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.

(2)  ĠU L Ara l-paġna 30 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

Entrata mħassra mil-lista mniżżla fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 204/2011

5.

Libyan National Oil Corporation

Entrata mħassra mil-lista mniżżla fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011

29.

Zuietina Oil Company (magħrufa wkoll bħala ZOC; magħrufa wkoll bħala Zueitina)


Top