Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0937

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 937/2011 tal- 21 ta’ Settembru 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 245, 22.9.2011, p. 1–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/937/oj

    22.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 245/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 937/2011

    tal-21 ta’ Settembru 2011

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Ewropea dwar is-soċjetà tal-informazzjoni.

    (2)

    Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, miżuri ta’ implimentazzjoni huma meħtieġa biex tiġi ddeterminata d-dejta li trid tiġi pprovduta għat-tħejjija tal-istatistika msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tagħhom.

    (3)

    Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-dejta li trid tiġi trażmessa għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar is-soċjetà tal-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 3(2) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tkun kif speċifikat fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.


    ANNESS I

    MODULU 1:   L-INTRAPRIŻI U S-SOĊJETÀ TAL-INFORMAZZJONI

    1.   IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM

    (a)   Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2012, magħżula mil-lista fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma:

    is-sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi,

    il-kompetenza tal-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-ħtieġa għal kompetenza fl-ICT,

    l-użu tal-Internet u netwerks elettroniċi oħra mill-intrapriżi,

    l-użu tal-ICT minn intrapriżi sabiex jiskambjaw informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern),

    l-użu tat-teknoloġiji u l-aċċess għalihom li għandhom l-abilità li jaqbdu mal-Internet jew netwerks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa),

    il-proċessi tal-e-business u aspetti organizzattivi,

    il-kummerċ elettroniku,

    in-nefqa u l-investiment fuq l-ICT.

    (b)   Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin marbuta mal-intrapriżi:

    Sistemi ta’ ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:

    l-użu tal-kompjuter.

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

    (fakultattiva) persuni impjegati jew persentaġġ tan-numru totali ta’ persuni impjegati li jużaw il-kompjuter għall-inqas darba fil-ġimgħa,

    (fakultattiva) l-użu tal-applikazzjonijiet tal-IT biex jipprovdu lill-persuni impjegati aċċess mill-bogħod għas-sistema tal-e-mails, id-dokumenti jew l-applikazzjonijiet tal-intrapriża.

    Kompetenza tal-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-ħtieġa għal kompetenzi fl-ICT

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

    l-impjieg ta’ speċjalisti tal-ICT/IT,

    ir-reklutaġġ jew tentattiv ta’ reklutaġġ ta’ impjegati għal xogħlijiet li jeħtieġu ħiliet speċjalisti tal-ICT/IT, matul is-sena preċedenti,

    l-għoti ta’ taħriġ biex ikunu żviluppati jew aġġornati ħiliet relatati mal-ICT għall-ispeċjalisti tal-ICT/IT, matul is-sena preċedenti,

    l-għoti ta’ taħriġ biex ikunu żviluppati jew aġġornati ħiliet relatati mal-ICT għal persuni impjegati oħra, matul is-sena preċedenti.

    Il-karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw l-kompjuters u reklutati jew ippruvaw jirreklutaw impjegati għal xogħlijiet li jeħtieġu ħiliet speċjalisti tal-ICT/IT matul is-sena preċedenti.

    l-eżistenza ta’ postijiet ta’ xogħol battala diffiċli biex jimtlew għal xogħlijiet li jeħtieġu ħiliet speċjalisti tal-ICT/IT, matul is-sena preċedenti.

    L-użu tal-Internet u netwerks elettroniċi oħra mill-intrapriżi

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

    l-aċċess għall-Internet.

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:

    il-konnessjoni mal-Internet: DSL,

    il-konnessjoni mal-Internet: il-konnessjoni fissa broadband oħra mal-Internet,

    il-konnessjoni mal-Internet: l-aċċess għall-Internet fuq il-linja normali tat-telefown jew permezz tal-ISDN,

    il-konnessjoni mal-Internet: il-konnessjoni broadband mal-mowbajl,

    (fakultattiva) il-konnessjoni mal-Internet: il-konnessjoni broadband mal-mowbajl permezz ta’ kompjuter portabbli li juża modem b'talanqas teknoloġija 3G,

    (fakultattiva) il-konnessjoni mal-Internet: il-konnessjoni broadband mal-mowbajl permezz ta’ handset b'talanqas teknoloġija 3G,

    il-konnessjoni mal-Internet: konnessjoni oħra mal-mowbajl,

    il-konnessjoni mal-Internet: veloċità download massima ikkuntrattata tal-iktar konnessjoni tal-Internet veloċi f'MBit/s; ([0;<2], [2;<10], [10;<30], [30;<100], [>=100]),

    persuni impjegati jew persentaġġ tan-numru totali ta’ persuni impjegati li jużaw il-kompjuter b'aċċess għall-World Wide Web għall-inqas darba fil-ġimgħa,

    l-użu ta’ websajt jew home page.

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom websajt jew home page:

    il-provvista tal-faċilità li ġejja: il-faċilità biex tordna, tirriżerva jew tibbukkja onlajn,

    (fakultattiva) il-provvista tal-faċilità li ġejja: stqarrija speċifika dwar il-politika ta’ privatezza, siġill ta’ privatezza jew ċertifikat tas-sikurezza tal-websajt,

    (fakultattiva) il-provvista tal-faċilità li ġejja: katalgi tal-prodotti jew listi tal-prezzijiet,

    (fakultattiva) il-provvista tal-faċilità li ġejja: faċilità li tittraċċa l-ordnijiet onlajn,

    (fakultattiva) il-provvista tal-faċilità li ġejja: possibbiltà għall-viżitaturi biex jippersonalizzaw jew jiddisinjaw il-prodotti,

    (fakultattiva) il-provvista tal-faċilità li ġejja: kontenut personalizzat għal viżitaturi regolari/repetuti,

    (fakultattiva) il-provvista tal-faċilità li ġejja: riklamar ta’ postijiet tax-xogħol battala jew applikazzjoni għal xogħol onlajn.

    L-użu tal-ICT minn intrapriżi sabiex jiskambjaw informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern),

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:

    l-użu tal-Internet għal ksib ta’ informazzjoni minn websajts jew home pages tal-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja preċedenti,

    l-użu tal-Internet għal ksib ta’ formoli minn websajts jew home pages tal-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja preċedenti,

    l-użu tal-Internet biex jintbagħtu lura elettronikament il-formoli mimlija lill-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja preċedenti,

    l-użu tal-Internet biex ikunu ttrattati d-dikjarazzjonijiet tal-VAT b'mod kompletament elettroniku mingħajr il-bżonn ta’ karti, matul is-sena kalendarja preċedenti,

    l-użu tal-Internet biex ikunu ttrattati d-dikjarazzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet soċjali b'mod kompletament elettroniku mingħajr il-bżonn ta’ karti, matul is-sena kalendarja preċedenti,

    l-użu tal-Internet għal aċċess ta’ dokumenti u speċifikazzjonijiet dwar offerti f'sistema elettronika ta’ akkwist pubbliku, matul is-sena kalendarja preċedenti,

    l-użu tal-Internet biex jiġu offruti oġġetti jew servizzi f'sistemi elettroniċi nazzjonali tal-akkwist pubbliku (eTendering), matul is-sena kalendarja preċedenti,

    l-użu tal-Internet biex jiġu offruti oġġetti jew servizzi f'sistemi elettroniċi tal-akkwist pubbliku (eTendering) fi Stati Membri oħra tal-UE, fis-sena kalendarja preċedenti.

    L-aċċess għal u l-użu ta’ teknoloġiji li jiffaċilitaw il-konnessjoni mal-Internet jew networks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa).

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:

    il-provvista tat-tagħmir portabbli lill-persuni impjegati li jippermetti konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju,

    il-limiti jew l-ostakli għall-użu ta’ konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju permezz ta’ tagħmir portabbli minħabba problemi ta’ konnettività marbuta ma’ netwerks tat-telefown ċellulari għall-aċċess tal-Internet,

    il-limiti jew l-ostakli għall-użu ta’ konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju permezz ta’ tagħmir portabbli minħabba spejjeż għoljin ta’ abbonament għall-Internet jew għall-użu tiegħu,

    il-limiti jew l-ostakli għall-użu ta’ konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju permezz ta’ tagħmir portabbli minħabba riskji relatati mas-sigurtà (kxif, qerda jew korruzzjoni tad-dejta),

    il-limiti jew l-ostakli għall-użu ta’ konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju permezz ta’ tagħmir portabbli minħabba ostakli jew spejjeż għoljin tal-integrazzjoni tal-konnessjoni tal-mowbajl mal-Internet fl-applikazzjonijiet tas-softwer tan-negozju tal-intrapriża,

    il-limiti jew l-ostakli għall-użu ta’ konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju permezz ta’ tagħmir portabbli minħabba ostakli oħrajn,

    il-limiti jew l-ostakli għall-użu ta’ konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju permezz ta’ tagħmir portabbli minħabba bżonn limitat jew l-ebda bżonn għall-konnessjoni mal-Internet għall-użu tan-negozju.

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jipprovdu tagħmir portabbli lill-persuni impjegati li jippermetti konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju.

    il-provvista ta’ kompjuters portabbli li jippermettu konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju,

    il-provvista ta’ tagħmir ieħor portabbli bħalma huma l-iSmartphone, il-Personal Digital Assistant (PDA) phone li jippermettu konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju,

    persuni impjegati jew persentaġġ min-numru totali tal-persuni impjegati li ngħatawlhom tagħmir portabbli li jippermetti konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju,

    l-użu tat-tagħmir portabbli li jippermetti konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju għall-aċċess tal-informazzjoni disponibbli pubblikament fuq l-Internet,

    l-użu tat-tagħmir portabbli li jippermetti konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju għall-aċċess s-sistema tal-email tal-intrapriża,

    l-użu tat-tagħmir portabbli li jippermetti konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju biex jaċċedu jew jimmodifikaw id-dokumenti tan-negozju tal-intrapriża,

    l-użu tat-tagħmir portabbli li jippermetti konnessjoni bil-mowbajl mal-Internet għall-użu tan-negozju biex jintużaw applikazzjonijiet ta’ softwer iddedikat għan-negozju.

    Proċessi tal-e-business u aspetti organizzattivi

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

    l-użu ta’ Skambju ta’ Dejta Awtomatizzat (EDI), iddefinit bħala li tibgħat u/jew li tirċievi l-messaġġi permezz ta’ kwalunkwe netwerk ta’ kompjuter f'format maqbul jew standard li jippermetti l-ipproċessar awtomatiku tagħhom mingħajr ma jiġi ttajpjat il-messaġġ individwali.

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw l-EDI:

    l-użu tal-EDI biex jintbagħtu struzzjonijiet ta’ ħlas lill-istituzzjonijiet finanzjarji,

    l-użu tal-EDI biex jintbagħat jew jiġi rċevut tagħrif dwar il-prodott,

    l-użu tal-EDI biex jintbagħatu jew jiġu rċevuti dokumenti tat-trasport,

    l-użu tal-EDI biex tintbagħat jew tiġi rċevuta dejta lil/minn awtoritajiet pubbliċi.

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tan-NACE Rev. 2:

    il-qsim tal-informazzjoni b'mod elettroniku fuq il-ġestjoni tal-katina ta’ provvista, definita bħala l-iskambjar tat-tipi kollha ta’ informazzjoni permezz ta’ websajts jew mezzi oħra ta’ trasferiment elettroniku ta’ dejta, mal-fornituri u/jew klijenti sabiex jiġu kkordinati d-disponibilità u l-kunsinna tal-prodotti jew s-servizzi lill-konsumatur finali, mingħajr ma l-informazzjoni tkun ttajpjata manwalment.

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tan-NACE Rev. 2, li jaqsmu l-informazzjoni b'mod elettroniku fuq il-ġestjoni tal-katina ta’ provvista:

    skambjar ta’ informazzjoni b'mod elettroniku dwar il-ġestjoni tal-katina ta’ provvista,

    skambjar ta’ informazzjoni b'mod elettroniku dwar il-ġesjtoni tal-katina ta’ provvista mal-konsumaturi,

    (fakultattiva) skambjar ta’ informazzjoni b'mod elettroniku dwar il-ġestjoni ta’ katina ta’ provvista mal-fornituri u l-konsumaturi permezz ta’ websajts (il-websajt tal-intrapriża, il-websajt tas-sieħba tan-negozju jew il-portalli tal-web),

    (fakultattiva) skambjar ta’ informazzjoni b'mod elettroniku dwar il-ġestjoni ta’ katina ta’ provvista mal-fornituri u l-konsumaturi permezz ta’ skambjar elettroniku ta’ informazzjoni li jippermetti metodi ta’ proċessar awtomatiku.

    il-karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jaqsmu l-informazzjoni b'mod elettroniku u awtomatiku bejn funzjonijiet differenti tal-intrapriża, li tista' tkun proċessata awtomatikament, definita jew bħala l-użu ta’ applikazzjoni ta’ softwer uniku biex jappoġġa l-funzjonijiet differenti tal-intrapriża jew l-użu ta’ dejta li tgħaqqad bejn l-applikazzjonijiet tas-softwer jew l-użu ta’ dejtabejż komuni jew maħżen tad-dejta:

    il-qsim b'mod elettroniku u awtomatiku ta’ informazzjoni dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-inventarju tal-immaniġġjar,

    il-qsim b'mod elettroniku u awtomatiku ta’ informazzjoni dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-kontijiet,

    il-qsim b'mod elettroniku u awtomatiku ta’ informazzjoni dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-ġestjoni tal-produzzjoni u s-servizzi,

    il-qsim b'mod elettroniku u awtomatiku ta’ informazzjoni dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-ġestjoni tad-distribuzzjoni,

    il-qsim b'mod elettroniku u awtomatiku ta’ informazzjoni dwar l-ordnijiet ta’ xiri li jintbagħtu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-ġestjoni tal-inventarju,

    il-qsim b'mod elettroniku u awtomatiku ta’ informazzjoni dwar l-ordnijiet ta’ xiri li jitwasslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-ġestjoni tal-kontijiet,

    l-użu ta’ pakket ta’ softwer tal-ERP (l-Ippjanar tar-Riżorsi għall-Intrapriżi) biex tinqasam l-informazzjoni bejn l-oqsma funzjonali differenti,

    l-użu ta’ kwalunkwe applikazzjoni ta’ softwer għall-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-klijenti (Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti – is-softwer tas-CRM) li jippermettilu li jaqbad, jaħżen u jagħmel għad-dispożizzjoni ta’ funzjonijiet oħrajn tan-negozju l-informazzjoni dwar il-klijenti,

    l-użu ta’ kwalunkwe applikazzjoni ta’ softwer għall-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-klijenti (Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti – is-softwer tas-CRM) li jippermetti l-analiżi tal-informazzjoni dwar il-klijenti għal skopijiet ta’ marketing.

    Il-kummerċ elettroniku

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tan-NACE Rev. 2:

    il-wasla ta’ ordnijiet għal prodotti jew servizzi permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, fis-sena kalendarja preċedenti,

    il-wasla ta’ ordnijiet għal prodotti jew servizzi permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti,

    il-wasla ta’ ordnijiet għal prodotti jew servizzi permezz ta’ websajts jew messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti.

    Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li rċevew ordnijiet permezz ta’ websajts:

    il-valur jew il-persentaġġ tad-dħul totali tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li jiġu rċevuti permezz ta’ websajts, fis-sena kalendarja preċedenti,

    (fakultattiva) il-persentaġġ tal-bejgħ kummerċjali elettroniku lil konsumaturi privati (B2C) li jirriżulta minn ordnijiet li jiġu rċevuti permezz ta’ websajts, fis-sena kalendarja preċedenti,

    (fakultattiva) il-persentaġġ tal-bejgħ kummerċjali elettroniku lil intrapriżi oħra (B2B) u bejgħ kummerċjali elettroniku lil awtoritajiet pubbliċi (B2G) li jirriżulta minn ordnijiet li jiġu riċevuti permezz ta’ websajts, fis-sena kalendarja preċedenti.

    Karatteristiċi li għandhom jinġabru għal intrapriżi li rċevew ordnijiet ta’ prodotti jew servizzi permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI:

    il-valur jew persentaġġ tad-dħul totali tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li jiġu rċevuti permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti.

    Karatteristiċi li għandhom jinġabru għal intrapriżi li rċevew ordnijiet permezz ta’ websajts jew messaġġi tat-tip EDI:

    (fakultattiva) l-ordnijiet għal prodotti jew servizzi mibgħuta permezz ta’ websajts, fis-sena kalendarja preċedenti,

    (fakultattiva) l-ordnijiet għal prodotti jew servizzi mibgħuta permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti,

    (fakultattiva) ix-xiri bil-kummerċ elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet mibgħuta b'mod elettroniku fis-sena kalendarja preċedenti, jew fi klassijiet ta’ persentaġġ ([0;<1], [1;<5], [5;<10], [10;<25], [25;<50], [50;<75], [75;100]), jew valur tax-xiri permezz tal-kummerċ elettroniku li jirriżulta li saru b'mod elettroniku jew persentaġġ tax-xiri totali minn xiri permezz tal-kummerċ elettroniku minn ordnijiet magħmula b'mod elettroniku.

    Nefqa u investiment fuq l-ICT

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:

    (fakultattiva) ix-xiri tal-oġġetti tal-IT (kompjuters u tagħmir periferali) u oġġetti ta’ komunikazzjoni (tagħmir),

    (fakultattiva) il-proporzjon ta’ xiri tal-oġġetti tal-IT (kompjuters u tagħmir periferali) u oġġetti ta’ komunikazzjoni (tagħmir) inklużi fil-karta tal-bilanċ (investiment),

    (fakultattiva) ix-xiri ta’ oġġetti oħra tal-ICT (tagħmir elettroniku għall-konsumatur, komponenti u oġġetti varji tal-ICT, servizzi ta’ manifattura għat-tagħmir tal-ICT),

    (fakultattiva) il-proporzjon ta’ xiri ta’ oġġetti oħra tal-ICT (tagħmir elettroniku għall-konsumatur, komponenti u oġġetti varji tal-ICT, servizzi ta’ manifattura għat-tagħmir tal-ICT) inklużi fil-karta tal-bilanċ (investiment),

    (fakultattiva) ix-xiri ta’ softwer, ippakkjat minn qabel u personalizzat (softwer ta’ kummerċ u produttività u servizzi ta’ liċenzjar),

    (fakultattiva) il-proporzjon ta’ xiri ta’ softwer, ippakkjat minn qabel u personalizzat (softwer ta’ kummerċ u produttività u servizzi ta’ liċenzjar) inklużi fil-karta tal-bilanċ (investiment),

    (fakultattiva) l-ispiża totali għall-produzzjoni ta’ softwer proprju personali,

    (fakultattiva) ix-xiri ta’ servizzi u konsulenza dwar it-teknoloġija tal-informatika, servizzi ta’ telekomunikazzjoni, u servizzi oħrajn tal-ICT,

    (fakultattiva) il-proporzjoni ta’ xiri ta’ servizzi u konsulenza dwar it-teknoloġija tal-informatika, servizzi ta’ telekomunikazzjoni u servizzi oħrajn tal-ICT inklużi fil-karta tal-bilanċ (investiment),

    (fakultattiva) ix-xiri ta’ kiri operattiv jew servizzi ta’ kiri għal tagħmir tal-ICT.

    (c)   Il-karatteristiċi li ġejjin dwar l-isfond tal-impriża għandhom jinġabru jew jinkisbu minn sorsi alternattivi:

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:

    l-attività ekonomika prinċipali tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti,

    il-medja tal-għadd ta’ persuni impjegati, fis-sena kalendarja preċedenti.

     

    Karatteristiċi li għandhom jinġabru jew jinkisbu minn sorsi alternattivi għall-intrapriżi kollha għas-suġġett tal-investiment u l-infiq tal-ICT:

    (fakultattiva) ix-xiri totali ta’ prodotti u servizzi (f'termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti,

    (fakultattiva) id-dħul totali mill-bejgħ (f'termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti,

    (fakultattiva) l-investiment totali mill-bejgħ (f'termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti,

    (fakultattiva) il-ħin meħtieġ biex jimtela l-kwestjonarju (f'minuti).

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tan-NACE Rev. 2:

    id-dħul totali mill-bejgħ (f'termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti,

    (fakultattiva) ix-xiri totali ta’ prodotti u servizzi (f'termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti.

    2.   KOPERTURA

    Il-karatteristiċi speċifikati fl-intestaturi 1(b) u 1(c) ta’ dan l-Anness għandhom jinġabru u jinkisbu għall-intrapriżi kklassifikati fl-attivitajiet ekonomiċi li ġejjin, għad-daqsijiet ta’ intrapriżi li ġejjin u bil-firxa ġeografika li ġejja:

    (a)

    Attività ekonomika: intrapriżi kklassifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE Rev. 2:

    Kategorija NACE

    Deskrizzjoni

    Taqsima C

    “Manifattura”

    Taqsima D, E

    “Elettriku, gass u fwar, provvista tal-ilma, immaniġġjar ta’ dranaġġ u ta’ skart”

    Sezzjoni F

    “Bini”

    Taqsima G

    “Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi”

    Sezzjoni H

    “Trasport u ħażna”

    Taqsima I

    “Akkommodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi marbuta mal-ikel”

    Sezzjoni J

    “Informazzjoni u komunikazzjoni”

    Sezzjoni L

    “Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli”

    Diviżjonijiet 69-74

    “Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi”

    Sezzjoni N

    “Attivitajiet amministrattivi u ta’ sostenn”

    Grupp 95.1

    “Tiswija ta’ kompjuters u tagħmir għall-komunikazzjoni”

    (fakultattiva)

    Klassijiet 64.19, 64.92, 66.12 u 66.19

    Gruppi 65.1 u 65.2

    “Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni”

    (b)

    Daqs tal-intrapriża: intrapriżi b'10 persuni impjegati jew aktar. Intrapriżi b'anqas minn 10 persuni impjegati għandhom jiġu koperti b'mod fakultattiv.

    (c)

    L-ambitu ġeografiku: intrapriżi li jinsabu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru.

    3.   PERJODI TA’ REFERENZA

    Il-perjodu ta’ referenza hija s-sena 2011 għall-karatteristiċi li jirreferu għas-sena kalendarja preċedenti. Il-perjodu ta’ referenza huwa Jannar 2012 għall-karatteristiċi l-oħra.

    4.   TQASSIM

    Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness, għandhom jingħataw il-karatteristiċi bl-isfond li ġejjin.

    (a)

    Tqassim tal-attività ekonomika: skont l-aggregati NACE Rev. 2 li ġejjin:

    Aggregazzjoni NACE Rev. 2

    għal kalkolu possibbli tal-aggregati nazzjonali

    10-18

     

    19-23

     

    24-25

     

    26-33

     

    35-39

     

    41-43

     

    45-47

     

    49-53

     

    55

     

    58-63

     

    (fakultattiva) 64,19 + 64,92 + 65,1 + 65,2 + 66,12 + 66,19

     

    68

     

    69-74

     

    77-82

     

    26,1-26,4, 26,8, 46,5, 58,2, 61, 62, 63,1, 95,1

     


    Aggregazzjoni NACE Rev. 2

    għal kalkolu possibbli tal-aggregati Ewropej

    10-12

     

    13-15

     

    16-18

     

    26

     

    27-28

     

    29-30

     

    31-33

     

    45

     

    46

     

    47

     

    55-56

     

    58-60

     

    61

     

    62-63

     

    (fakultattiva) 64,19 + 64,92

     

    (fakultattiva) 65.1 + 65.2

     

    (fakultattiva) 66,12 + 66,19

     

    77-78 + 80-82

     

    79

     

    95,1

     

    (b)

    Tqassim tad-daqs tal-klassi: id-dejta għandha tkun dettaljata skont il-klassijiet tad-daqs li ġejjin bl-għadd ta’ persuni impjegati.

    Klassifikazzjoni tad-daqs

    10 persuni impjegati jew aktar

     

    10 sa 49 persuna impjegata

     

    50 sa 249 persuna impjegata

     

    250 persuna impjegata jew aktar

     

    Fejn kopert, l-analiżi dettaljata li ġejja għandha tiġi applikata għal intrapriżi li għandhom anqas minn 10 persuni impjegati. (Il-karatteristiċi għandhom jiġu pprovduti għal klassijiet ta’ daqs “B'anqas minn 5 persuni impjegati” u “b'5 jew 9 persuni impjegati” b'mod fakultattiv.)

    Klassifikazzjoni tad-daqs

    Anqas minn 10 persuni impjegati

     

    Anqas minn 5 persuni impjegati (fakultattiva)

     

    5 sa 9 persuni impjegati (fakultattiva)

     

    5.   PERJODIĊITÀ

    Id-dejta għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2012.

    6.   ŻMINIJIET TA’ SKADENZA

    (a)   Id-dejta aggregata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux affidabbli, għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2012 jew, għal dejta aggregata dwar is-suġġett “infiq u investiment tal-ICT”, qabel it-30 ta’ Ġunju 2013. Sa dik id-data, id-dataset għandha tkun iffinalizzata, ivvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jsegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat.

    (b)   Il-metadata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandhom jintbagħtu lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2012 filwaqt li jintuża l-mudell tar-rapport provdut mill-Eurostat.

    (c)   Ir-rapport dwar il-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat sal-5 ta’ Novembru 2012 jew, għas-suġġett tal-“infiq u l-investiment tal-ICT”, qabel il-31 ta’ Lulju 2013, filwaqt li jintuża l-mudell ta rapport provdut mill-Eurostat.


    ANNESS II

    MODULU 2:   INDIVIDWI, FAMILJI U S-SOĊJETÀ TAL-INFORMAZZJONI

    1.   IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM

    (a)   Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2012, magħżula mil-lista fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma:

    l-aċċess għal u l-użu tal-ICT minn individwi u/jew familji,

    l-użu tal-Internet u networks elettroniċi oħra għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew familji,

    kompetenzi u ħiliet fl-ICT,

    ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet,

    l-użu tal-ICT minn individwi sabiex jiskambjaw informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern),

    l-aċċess għal u l-użu ta’ teknoloġiji li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew networks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa).

    (b)   Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin:

    Aċċess u użu tal-ICT minn individwi u/jew fid-djar

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għad-djar kollha:

    aċċess għal kompjuter mid-dar,

    aċċess għall-Internet mid-dar (permezz ta’ kwalunkwe apparat), sew jekk jintuża sew jekk le.

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għad-djar b'aċċess għall-Internet:

    it-tip ta’ konnessjoni broadband użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar: DSL (eż. ADSL, SHDSL, VDSL),

    it-tip ta’ konnessjoni broadband użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar: wajer fiss (eż. kejbil, optical fibre, Ethernet, PLC),

    it-tip ta’ konnessjoni broadband użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar: wireless fiss (eż. satellita, WiFi pubbliku, WiMax),

    it-tip ta’ konnessjoni broadband użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar: konnessjoni ma’ network ta’ telefown ċellulari (ta' mill-anqas 3G, eż. UMTS) permezz ta’ handset,

    tip ta’ konnessjoni broadband użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar: konnessjoni mal-phone network tal-mowbajl (ta' mill-anqas 3G, eż. UMTS) permezz ta’ kard jew ċavetta USB,

    it-tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar: aċċess għall-Internet fuq il-linja normali tat-telefown jew permezz tal-ISDN,

    it-tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar: mowbajl narrowband (anqas minn 3G, eż. 2G+/GPRS, użat minn telefown ċellulari jew modem f’laptop).

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi kollha:

    l-użu l-aktar reċenti tal-kompjuter fid-dar, fix-xogħol jew f’post ieħor (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma uża kompjuter),

    l-użu ta’ telefown ċellulari jew telefown smart f'dawn l-aħħar tliet xhur.

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur:

    il-frekwenza medja ta’ użu tal-kompjuter (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); tal-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar.

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw telefown ċellulari jew telefown smart f'dawn l-aħħar tliet xhur u li huma impjegati jew jaħdmu għal rashom (inkluż ħaddiema tal-familja):

    (fakultattiva) l-użu ta’ telefown ċellulari jew telefown f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet professjonali (biex jitwettqu xogħlijiet relatati mal-impjieg).

    L-użu tal-Internet għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew fid-djar

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi kollha:

    l-aktar użu reċenti tal-Internet (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma uża l-Internet).

    Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet:

    attività kummerċjali bl-Internet l-aktar reċenti (xiri jew ordnijiet ta’ oġġetti jew servizzi, esklużi l-emails ittajpjati manwalment, SMS, MMS) għall-użu privat (f'dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma sar xiri jew ordni).

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur:

    frekwenza medja ta’ użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); tal-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar),

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat u/jew jirċievi l-e-mails,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għal telefonati minn fuq l-Internet, telefonati viżivi (permezz ta’ webcam) minn fuq l-Internet,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat messaġġi fuq siti taċ-chat, siti ta’ netwerking soċjali, blogs, gruppi ta’ diskussjoni jew forum ta’ diskussjoni onlajn, l-użu tal-ibgħit instantanju ta’ messaġġi,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jaqra jew iniżżel aħbarijiet, gazzetti u rivisti tal-aħbarijiet onlajn,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed isib informazzjoni dwar oġġetti jew servizzi,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jisma’ r-radju jew jara t-televixin fuq il-web,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jilgħab jew iniżżel il-logħob, l-istampi, il-films jew il-mużika,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed itella’ kontenut maħluq minnu stess (test, stampi, ritratti, vidjos, mużika, softwer eċċ.) għal kwalunkwe websajt biex jitqassam,

    L-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-ħolqien ta’ websajts u blogs,

    L-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex ikun fissat appuntament mat-tabib permezz ta’ websajt (eż. ta’ sptar jew ċentru tal-kura tas-saħħa),

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed juża servizzi marbuta mal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni konnessa mal-ivvjaġġar,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-bejgħ ta’ prodotti jew servizzi, eż. permezz ta’ rkantijiet,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed juża servizzi bankarji fuq l-Internet.

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex jilagħbu jew iniżżlu l-logħob, ir-ritratti, il-films jew il-mużika:

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jilgħab logħob permezz ta’ netwerk ma’ persuni oħrajn,

    Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet għal attivitajiet kummerċjali bl-Internet għall-użu privat f’dawn l-aħħar tnax-il xahar:

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna l-ikel jew il-merċa fl-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna oġġetti tad-dar fl-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna mediċina fl-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna films jew mużika f'dawn l-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna kotba, rivisti jew gazzetti (inklużi e-kotba) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna materjal tal-e-tagħlim fl-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna ħwejjeġ jew oġġetti sportivi fl-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna softwer tal-logħob bil-video u aġġornamenti fl-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna softwer tal-kompjuter u aġġornamenti f'dawn l-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna ħardwer tal-kompjuter f'dawn l-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna tagħmir elettroniku (inklużi kameras) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex jiġu ordnati servizzi ta’ telekomunikazzjoni (eż. TV, abbonament fi broadband, abbonament f’linja fissa jew telefown ċellulari, tqegħid ta’ flus f’kards telefoniċi mħallsa minn qabel) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet għax-xiri ta’ ishma, polzi ta’ assigurazzjoni u servizzi finanzjarji oħra f'dawn l-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet għal akkomodazzjoni waqt btala (lukandi, eċċ.) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna arranġamenti oħra ta’ vvjaġġar (biljetti għat-trasport, kiri ta’ karozza, eċċ.) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna biljetti għal avvenimenti fl-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna oġġetti jew servizzi oħrajn fl-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu ta’ tagħmir miżmum fl-idejn biex wieħed jordna oġġetti jew servizzi fuq l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar (konnessjoni mal-browser tal-web jew il-web app; esklużi SMS, MMS jew e-mails ittajpjati bl-idejn),

    oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa nazzjonali,

    oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa minn pajjiżi oħrajn tal-UE,

    oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa mill-bqija tad-dinja,

    oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: il-pajjiż tal-oriġini tal-bejjiegħa mhux magħruf.

    Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet permezz ta’ użu ta’ tagħmir miżmum fl-idejn għal attivitajiet kummerċjali bl-Internet għall-użu privat f’dawn l-aħħar tnax-il xahar:

    l-użu ta’ tagħmir miżmum fl-idejn biex wieħed jordna kontenut diġitali (imniżżel jew permezz ta’ aċċess minn websajt jew web app; Eż. films, mużika, e-kotba, e-gazzetti, logħob, applikazzjonijiet mħallsa għal telefown ċellulari jew tagħmir ieħor li jinżamm fl-idejn) fuq l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu ta’ tagħmir miżmum bl-idejn biex wieħed jordna oġġetti fiżiċi ( eż. elettroniċi, ħwejjeġ, ikel, merċa, kotba, CD/DVDs) fuq l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar,

    l-użu ta’ tagħmir miżmum fl-idejn biex wieħed jordna s-servizzi ( eż. servizzi tat-trasport, biljetti għal avvenimenti, assigurazzjoni) fuq l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar.

    Kompetenzi u ħiliet fl-ICT

    Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw kompjuter:

    il-ħiliet fil-kompjuter ta’ kkuppjar jew ċaqliq ta’ fajl jew fowlder,

    il-ħiliet fil-kompjuter għall-użu tal-għodda ta’ kkuppjar u ppejstjar jew ċaqliq ta’ informazzjoni fi ħdan dokument,

    il-ħiliet fil-kompjuter għall-użu ta’ formoli ta’ aritmetika bażiċi f'spreadsheet,

    il-ħiliet fil-kompjuter għall-ikkompressar (jew iżżippjar) ta’ fajls,

    il-ħiliet fil-kompjuter għall-konnessjoni jew installazzjoni ta’ strumenti ġodda, eż. modem,

    il-ħiliet fil-kompjuter fil-kitba ta’ programmi tal-kompjuter bl-użu ta’ lingwa speċjalizzata ta’ pprogrammar,

    il-ħiliet tal-kompjuter fit-trasferiment ta’ fajls bejn kompjuter u apparat ieħor (minn kamera diġitali jew minn/lejn mowbajl, mp3/mp4 player),

    (fakultattiva) il-ħiliet tal-kompjuter fl-immodifikar jew il-verifika tal-parametri tal-konfigurazzjoni tal-applikazzjonijiet tas-softwer (għajr il-browsers tal-Internet),

    ħiliet tal-kompjuter għall-ħolqien ta’ preżentazzjonijiet elettroniċi permezz ta’ softwer tal-preżentazzjonijiet (eż. slajds) inklużi pereżempju immaġni, ħoss, filmati jew tabelli,

    ħiliet tal-kompjuter fl-istallar ta’ sistema tal-operat ġdida jew il-bdil ta’ waħda qadima.

    Ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għal djar mingħajr aċċess għall-Internet mid-dar:

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: aċċess għall-Internet minn xi mkien ieħor,

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: ma għandhomx bżonn l-Internet (minħabba li mhux utli, mhux interessanti, eċċ.),

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-ispejjeż tat-tagħmir huma għoljin wisq,

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-ispejjeż għall-aċċess huma għoljin wisq (telefown, abbonament tad-DSL, eċċ.),

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: in-nuqqas ta’ ħiliet,

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: it-tħassib dwar sigurtà jew privatezza,

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-Internet bil-broadband mhux disponibbli fiż-żona tagħna,

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: diżabilità fiżika jew sensorja,

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq, iżda raġunijiet oħra.

    L-użu tal-ICT minn individwi sabiex jiskambjaw informazzjoni u servizzi mal-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern)

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar:

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal għanijiet privati biex wieħed jikseb informazzjoni minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal għanijiet privati biex wieħed iniżżel formoli uffiċjali minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal għanijiet privati biex wieħed jibgħat formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi.

    Karatteristiċi li għandhom jinġabru dwar individwi li ma bagħtu l-ebda formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi bl-Internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal skopijiet privati:

    ir-raġuni għaliex ma bagħtux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: ma kellhomx bżonn li jissottomettu kwalunkwe formoli uffiċjali.

    Karatteristiċi li għandhom jinġabru dwar individwi li ma bagħtu l-ebda formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi bl-Internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal skopijiet privati u li ma tawx ir-raġuni għala ma kellhomx bżonn li jissottomettu xi formula uffiċjali:

    ir-raġuni għaliex ma bagħtux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: it-tali servizz ma kien disponibbli fuq ebda websajt,

    ir-raġuni għaliex ma bagħtux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: feġġew problemi tekniċi fil-websajt waqt li l-formola kienet qed timtela jew tintbagħat,

    ir-raġuni għaliex ma bagħtux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: in-nuqqas ta’ ħila jew għarfien (eż. l-utent ma kienx jaf kif juża l-websajt jew l-użu tagħha kien kumplikat wisq),

    ir-raġuni għaliex ma bagħtux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: it-tħassib dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta personali,

    ir-raġunijiet għaliex ma bagħtux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: l-ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq, iżda raġunijiet oħrajn.

    L-aċċess għal u l-użu ta’ teknoloġiji li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew networks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa)

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur:

    tip ta' kompjuter portabbli użat għall-aċċess mal-Internet ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur: laptop, notebook jew netbook,

    tip ta' kompjuter portabbli użat għall-aċċess mal-Internet ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur: kompjuter tablet (bit-touch screen),

    in-nuqqas tal-użu ta’ laptop, notebook, netbook jew kompjuter tablet għall-aċċess mal-Internet ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur,

    tip ta’ tagħmir miżmum fl-idejn użat għall-aċċess mal-Internet ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur: mowbajl jew telefown smart,

    tip ta' tagħmir miżmum fl-idejn użat għall-aċċess mal-Internet ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur: tip ieħor ta' tagħmir miżmum fl-idejn (eż. PDA, MP3 player, e-book reader, handheld games console; eskluż il-kompjuter tablet),

    in-nuqqas ta' użu ta' tagħmir miżmum fl-idejn (la telefown ċellulari u l-anqas telefown smart jew kwalunkwe tagħmir miżmum fl-idejn ieħor) għall-aċċess mal-Internet ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur.

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw kompjuter portabbli użat għall-aċċess mal-Internet ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur:

    it-tip ta' netwerk użat biex jgħaqqad kompjuter portabbli mal-Internet ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur: netwerk ta' telefown ċellulari, li juża ċavetta tal-USB jew kard (eż. Kar tas-SIM integrata),

    it-tip ta' netwerk użat biex jgħaqqad kompjuter portabbli mal-Internet ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur: wireless network (eż. WiFi),

    frekwenza medja tal-aċċess mal-Internet li juża kompjuter portabbli ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); anqas minn darba fix-xahar).

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw tagħmir miżmum fl-idejn għall-aċċess mal-Internet ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur:

    it-tip ta' netwerk użat biex jgħaqqad tagħmir miżmum fl-idejn mal-Internet ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur: netwerk tat-telefown ċellulari (eż. GPRS, UMTS),

    tip ta' netwerk użat biex jgħaqqad tagħmir miżmum fl-idejn mal-Internet ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur: Netwerk tat-telefown ċellulari jew konnessjoni braodband (talanqas 3G, eż. UMTS),

    tip ta' netwerk użat biex jgħaqqad tagħmir miżmum fl-idejn mal-Internet ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur: wireless network (eż. WiFi),

    frekwenza medja tal-aċċess mal-Internet li juża tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); anqas minn darba fix-xahar),

    l-użu tal-Internet permezz ta' tagħmir miżmum fl-idejn f’dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jibgħat u/jew jirċievi l-e-mails,

    l-użu tal-Internet permezz ta' tagħmir miżmum fl-idejn f’dawn l-aħħar tliet xhur biex wieħed jaqra jew iniżżel aħbarijiet, gazzetti u rivisti tal-aħbarijiet onlajn,

    l-użu tal-Internet permezz ta' tagħmir miżmum fl-idejn f’dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jaqra jew iniżżel kotba onlajn jew e-kotba,

    l-użu tal-Internet permezz ta' tagħmir miżmum fl-idejn f’dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jilgħab jew iniżżel il-logħob, l-istampi, il-videos jew il-mużika,

    l-użu tal-Internet permezz ta' tagħmir miżmum fl-idejn f’dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed juża servizzi podcast biex jirċievi awtomatikament fajls awdjo jew viżivi ta’ interess,

    l-użu tal-Internet permezz ta' tagħmir miżmum fl-idejn f’dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati għall-parteċipazzjoni f’netwerks soċjali (ħolqien ta' profil tal-utent, impustar ta’ messaġġi jew xi kontribuzzjoni oħra eż. fuq facebook, twitter),

    l-użu tal-Internet permezz ta' tagħmir miżmum fl-idejn f’dawn l-aħħar tliet xhur għal attivitajiet privati oħra,

    l-użu tal-applikazzjonijiet (apps) tal-Internet fuq tagħmir miżmum fl-idejn biex wieħed juża informazzjoni dwar fejn hu (eż, GPS) f’dawn l-aħħar tliet xhur (iva, le; ma tafx).

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur u li huma impjegati jew jaħdmu għal rashom (inklużi ħaddiema tal-familja):

    l-użu ta’ kompjuter portabbli jew tagħmir miżmum fl-idejn għall-aċċess mal-Internet għal skopijiet professjonali (biex jitwettqu xogħlijiet relatati mal-impjieg) ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur permezz ta’ kompjuter portabbli jew tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol:

    il-problemi ffaċċjati fl-użu ta’ kompjuter portabbli jew it-tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol għall-aċċess tal-Internet: diffikultà fil-ksib tal-informazzjoni dwar l-ispiża tal-aċċess tal-Internet,

    il-problemi ffaċċjati fl-użu ta’ kompjuter portabbli jew it-tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol għall-aċċess tal-Internet: Kontijiet għoljin mhux mistennija (eż. wara t-tluq ’il barra miż-żona tat-tariffi lokali jew roaming lil servizz barrani),

    il-problemi ffaċċjati fl-użu ta’ kompjuter portabbli jew it-tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol għall-aċċess tal-Internet: diffikultajiet frekwenti mas-sinjal tan-netwerk tat-telefown ċellulari (nuqqas ta’ disponibilità broadband jew spid baxx, ta’ mill-inqas darba f'ġimgħa),

    il-problemi ffaċċjati fl-użu ta’ kompjuter portabbli jew it-tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol għall-aċċess tal-Internet: diffilkultajiet fit-twaqqif jew il-parametri tal-iskambjar għall-aċċess tal-Internet (eż. qlib minn mowbajl għal WiFi, attivazzjoni tal-location aware application jew l-attivazzjoni tal-aċċess tal-Internet),

    il-problemi ffaċċjati fl-użu ta’ kompjuter portabbli jew it-tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol għall-aċċess tal-Internet: inkonvenjent tal-użu tal-iskrin iż-żgħir jew l-ittajpjar tat-test fuq tagħmir miżmum fl-idejn,

    il-problemi ffaċċjati fl-użu ta’ kompjuter portabbli jew it-tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol għall-aċċess tal-Internet: oħrajn.

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li ma jkunux użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur permezz ta’ jew kompjuter portabbli jew tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol:

    ir-raġuni għala ma użawx l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur permezz ta’ kompjuter portabbli jew tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol: m'għandhomx bżonn l-aċċess tal-Internet ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol,

    ir-raġuni għala ma użawx l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur permezz ta’ kompjuter portabbli jew tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol: ma jafux kif juzawh, l-użu hu kkumplikat wisq,

    ir-raġuni għala ma użawx l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur permezz ta’ kompjuter portabbli jew tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol: inkonvenjent tal-użu tal-iskrin iż-żgħir fuq tagħmir miżmum fl-idejn,

    ir-raġuni għala ma użawx l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur permezz ta’ kompjuter portabbli jew tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol: għoli wisq (it-tagħmir u/jew l-abbonament tal-Internet),

    ir-raġuni għala ma użawx l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur permezz ta’ kompjuter portabbli jew tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol: in-nuqqas ta’ disponibilità ta’ broadband jew l-konnessjoni bil-mod ħafna,

    ir-raġuni għala ma użawx l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur permezz ta’ kompjuter portabbli jew tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol: tħassib dwar sigurtà jew privatezza,

    ir-raġuni għala ma użawx l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur permezz ta’ kompjuter portabbli jew tagħmir miżmum fl-idejn ’il bogħod mid-dar jew ix-xogħol: oħrajn.

    2.   KOPERTURA

    (a)   L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li jikkonċernaw id-djar huma djar li fihom tal-anqas membru wieħed fil-grupp b’età bejn 16 u 74.

    (b)   L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness jikkonċernaw individwi li huma individwi b’età bejn 16 u 74.

    (c)   L-ambitu ġeografiku jrid ikopri djar u/jew individwi li jkunu jgħixu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru.

    3.   PERJODU TA’ REFERENZA

    Il-perjodu ewlieni ta’ referenza għall-ġbir tal-istatistika huwa l-ewwel kwart tal-2012.

    4.   KARATTERISTIĊI TAL-ISFOND SOĊJOEKONOMIKU

    (a)   Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mad-djar, għandom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:

    reġjun ta’ residenza (skont il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1),

    (fakultattiva) reġjun ta’ residenza skont il-klassifikazzjoni NUTS2,

    lok ġeografiku: residenza f’reġjuni ta’ konverġenza (inklużi reġjuni li qed jitneħħew gradwalment); residenza f’reġjuni ta’ impjiegi u kompetittività reġjonali,

    grad ta’ urbanizzazzjoni: residenza f’żoni ta’ popolazzjoni densa; residenza f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; residenzi f’żoni ta’ popolazzjoni baxxa,

    tip ta’ familja: Numru ta’ membri fil-familja; (fakultattiva) numru ta’ persuni bl-età ta’ bejn is-16 u l-24 sena; (fakultattiva) numru ta’ studenti bl-età ta’ bejn is-16 u l-24 sena; (fakultattiva) numru ta’ persuni bl-età ta’ bejn il-25 u s-64 sena; (fakultattiva) numru ta’ persuni bl-età ta’ 65 u akbar (li trid tinġabar b'mod separat: Numru ta’ tfal taħt is-16, (fakultattiva) numru ta’ tfal bl-età bejn l-14 u l-15-il sena, (fakultattiva) numru ta’ tfal bl-età ta’ bejn il-5 u t-13-il sena, (fakultattiva) numru ta’ tfal bl-età ta’ erba' snin jew anqas,

    (fakultattiva) dħul nett fix-xahar tal-familja (li trid tinġabar bħala valur jew bħala faxex ta’ daqs kompatibbli mad-dħul kwartili u (fakultattiv) dħul kwartili).

    (b)   Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mal-individwi, għandhom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:

    sess: raġel; mara,

    pajjiż tat-twelid: nattiv tal-post; mwieled barra: mwieled fi Stat Membru ieħor tal-UE; mwieled barra: mwieled f’pajjiż mhux fl-UE,

    pajjiż taċ-ċittadinanza: nazzjonali; mhux ċittadin: ċittadin ta’ xi Stat Membru ieħor tal-UE; mhux ċittadin: mhux ċittadin ta’ pajjiż mhux tal-UE,

    (fakultattiva) stat ta’ żwieġ legali: għażeb; miżżewweġ (inkluża l-konvivenza reġistrata); armel u mhux miżżewweġ mill-ġdid (inkluż armel minn konvivenza reġistrata); iddivorzjat u mhux miżżewweġ mill-ġdid (inklużi l-konvivenzi reġistrati dissolti u s-separazzjonijiet legali),

    (fakultattiva) stat ta’ żwieġ de facto: persuna li tgħix f'unjoni konsenswali (is-sħab mhumiex miżżewġin lil xulxin); persuna li ma tgħixx f'unjoni kunsenswali,

    l-età, fi snin magħluqa; (fakultattiva) taħt is-16-il sena u/jew aktar minn 74,

    l-ogħla livell ta’ edukazzjoni mitmum skont il-Klassifikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED 97): baxx (ISCED 0, 1 jew 2); medju (ISCED 3 jew 4); għoli (ISCED 5 jew 6); l-ebda edukazzjoni formali (ISCED 0); edukazzjoni primarja (ISCED 1); edukazzjoni sekondarja bikrija (ISCED 2); edukazzjoni sekondarja ogħla (ISCED 3); edukazzjoni postsekondarja iżda mhux terzjarja (ISCED 4); edukazzjoni terzjarja fl-ewwel stadju (ISCED 5); edukazzjoni terzjarja fit-tieni stadju (ISCED 6),

    sitwazzjoni tal-impjieg: impjegat jew jaħdem għal rasu, inklużi ħaddiema tal-familja (fakultattiva; impjegat full time jew jaħdem għal rasu, impjegat jew jaħdem għal rasu part time, impjegat, impjegat b'impjieg permanenti jew impjieg b'żmien mhux limitat; l-impjegat għandu kuntratt ta’ xogħol temporanju jew kuntratt għal żmien limitat impjegat għal rasu inklużi ħaddiema mal-familja,

    (fakultattiva) settur ekonomiku ta’ impjieg:

    It-Taqsimiet tan-NACE Rev. 2

    Deskrizzjoni

    A

    L-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd

    B, C, D u E

    L-immanifatturar, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri, u industrija oħra

    F

    Il-kostruzzjoni

    G, H u I

    In-negozju bl-ingrossa u bl-imnut, trasport, akkomodazzjoni u attivitajiet tas-servizz marbuta mal-ikel

    J

    L-informazzjoni u l-komunikazzjoni

    K

    L-attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni

    L

    L-attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli

    M u N

    Is-servizzi tan-negozju

    O, P, u Q

    L-attivitajiet relatati ma’ amministrazzjoni pubblika, mad-difiża, mal-edukazzjoni, mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali

    R, S, T u U

    Servizzi oħra

    sitwazzjoni tal-impjieg: qiegħed; studenti li mhumiex fil-forza tax-xogħol; oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol (fakultattiva għal oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol: persuna rtirata jew li rtirat kmieni jew refgħet min-negozju; persuna b'diżabilità permanenti; b’lieva jew xogħol fil-komunità obbligatorju persuna li qed taqdi xogħol tad-dar persuna oħra mhux attiva),

    impjieg skont il-Klassifika tal-Istandards tal-Impjiegi Internazzjonali (ISCO-08): ħaddiema li jagħmlu xogħol manwali; ħaddiema li ma jagħmlux xogħol manwali; ħaddiema tal-ICT, ħaddiema mhux tal-ICT; (fakultattiva) l-okkupazzjonijiet kollha skont l-ISCO-08 ikkodifikat fil-livell ta’ 2 diġitali.

    5.   PERJODIĊITÀ

    Id-dejta għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2012.

    6.   SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI TAR-RIŻULTATI

    (a)   Id-dokumentazzjoni tad-dejta individwali, li ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta tal-unitajiet statistiċi kkonċernati, imsemmija fl-Artikolu 6 u l-Anness II (6) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 trid tiġi trasmessa lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2012. Sa dik id-data, il-ġabra ta’ dejta għandha tkun iffinalizzata, ivvalidata u aċċettata. Il-format ta’ trasmissjoni li jkun jista’ jinqara permezz tal-kompjuter għad-dokumentazzjoni tad-dejta individwali għandu jsegwi l-mudell ipprovdut mill-Eurostat.

    (b)   Ġabra magħżula ta’ dejta aggregata skont kif jitqies meħtieġ għall-għanijiet ta’ vvalidar u pubblikazzjoni rapida, li fejn meħtieġ tiġi mmarkata fir-rigward tal-kunfidenzjalità jew in-nuqqas ta’ affidabbiltà, trid tingħaddha lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2012. Sa dik id-data, il-ġabra ta’ dejta għandha tkun iffinalizzata, ivvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jsegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat.

    (c)   Il-metadata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandhom jintbagħtu lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2012. Il-metadata għandha tkun skont il-mudell użat għar-rapporti pprovduti mill-Eurostat.

    (d)   Ir-rapport dwar il-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat xahar wara li tingħadda l-aħħar ġabra ta’ dejta, sal-5 ta’ Novembru 2012. Ir-rapport tal-kwalità għandu jkun skont il-mudell użat għar-rapporti pprovdut mill-Eurostat.


    Top