This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0919
Commission Regulation (EU) No 919/2011 of 13 September 2011 establishing a prohibition of fishing for roundnose grenadier in EU and international waters of VIII, IX, X, XII and XIV by vessels flying the flag of a Member State of the European Union
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 919/2011 tat- 13 ta’ Settembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali ta’ VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 919/2011 tat- 13 ta’ Settembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali ta’ VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
ĠU L 238, 15.9.2011, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011
15.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 238/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 919/2011
tat-13 ta’ Settembru 2011
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali ta’ VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2010 tat-13 ta' Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula kwoti għall-2011 u l-2012. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija hemmhekk jew irreġistrati fihom, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija fl-Anness jew irreġistrati fihom għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.
ANNESS
Nru |
37/DSS |
Stat Membru |
L-Unjoni Ewropea – l-Istati Membri kollha |
Stokk |
RNG/8X14- |
Speċi |
Roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali ta’ VIII, IX, X, XII u XIV |
Data |
8.8.2011 |