Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0898

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 898/2011 tas- 7 ta’ Settembru 2011 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livelli tal-iskattar għad-dazji addizzjonali għat-tadam

    ĠU L 231, 8.9.2011, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/898/oj

    8.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 231/11


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 898/2011

    tas-7 ta’ Settembru 2011

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livelli tal-iskattar għad-dazji addizzjonali għat-tadam

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (2) jistipula s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anesss XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

    (2)

    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul in-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2008, l-2009 u l-2010, jeħtieġ li jiġi aġġustat il-volum tal-iskattar għad-dazji addizzjonali għat-tadam.

    (3)

    Huwa xieraq għalhekk li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XVIII għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ottubru 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 157, 15.06.2011, p. 1.

    (3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

    (4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


    ANNESS

    “ANNESS XVIII

    DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, IL-KAPITOLU I, IT-TAQSIMA 2

    Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li hija indikattiva biss. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazji addizzjonali huwa determinat abbażi tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu fid-data tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Numru tas-serje

    Kodiċi tan-NM

    Deskrizzjoni

    Perjodu tal-applikazzjoni

    Livelli tal-iskattar (f'tunnellati)

    78.0015

    0702 00 00

    Tadam

    Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

    481 762

    78.0020

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

    44 251

    78.0065

    0707 00 05

    Ħjar

    Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

    31 289

    78.0075

    Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

    26 583

    78.0085

    0709 90 80

    Qaqoċċ

    Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

    17 258

    78.0100

    0709 90 70

    Qarabagħli żgħir

    Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

    57 955

    78.0110

    0805 10 20

    Larinġ

    Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

    368 535

    78.0120

    0805 20 10

    Klementini

    Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

    175 110

    78.0130

    0805 20 30

    0805 20 50

    0805 20 70

    0805 20 90

    Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

    Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

    115 625

    78.0155

    0805 50 10

    Lumi

    Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

    346 366

    78.0160

    Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

    88 090

    78.0170

    0806 10 10

    Għeneb tal-mejda

    Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

    80 588

    78.0175

    0808 10 80

    Tuffieħ

    Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

    700 556

    78.0180

    Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

    65 039

    78.0220

    0808 20 50

    Lanġas

    Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

    229 646

    78.0235

    Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

    35 541

    78.0250

    0809 10 00

    Berquq

    Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

    5 794

    78.0265

    0809 20 95

    Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

    Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

    30 783

    78.0270

    0809 30

    Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

    Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

    5 613

    78.0280

    0809 40 05

    Għanbaqar

    Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

    10 293 ”


    Top