EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0876

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2011 tal- 1 ta’ Settembru 2011 li jemenda għall-157 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

ĠU L 227, 2.9.2011, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/876/oj

2.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 876/2011

tal-1 ta’ Settembru 2011

li jemenda għall-157 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-19 ta’ Awwissu 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna naturali mil-lista tagħha ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Fl-22 ta’ Awwissu 2011 hi ddeċidiet li tneħħi żewġ persuni naturali oħra mil-lista.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi aġġornat biex jirrifletti dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

‘Mati ur-Rehman (magħruf ukoll bħala (a) Mati-ur Rehman, (b) Mati ur Rehman, (c) Matiur Rahman, (d) Matiur Rehman, (e) Matti al-Rehman, (f) Abdul Samad, (g) Samad Sial, (h) Abdul Samad Sial). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1977. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: Mati ur-Rehman huwa l-kap-kmandant operattiva ta' Lashkar i Jhangvi. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.8.2011.’

(2)

L-annotazzjonijiet li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għanda titħassar:

‘Abdul Latif Saleh (alias (a) Abdul Latif A.A. Saleh, (b) Abdyl Latif Saleh, (c) Abd al-Latif Saleh, (d) Abdul Latif A.A. Saleh Abu Hussein, (e) Abd al-Latif Salih, (f) Abu Amir). Titolu: Indirizz: L-aħħar residenza magħrufa: Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 5.3.1957. Post tat-twelid: Bagdad, Iraq. Nazzjonalità: (a) Ġordaniża, (b) Albaniża (sa mill-1992). Nru tal-passaport: (a) D366 871 (passaport Ġordaniz), (b) 314772 (passaport Albaniż, passaport maħruġ fit-8.3.1993), (c) 0334695 (passaport Albaniż maħruġ fl-1.12.1995). Informazzjoni oħra: Imkeċċi mill-Albanija fl-1999.’


Top