This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0873
Commission Implementing Regulation (EU) No 873/2011 of 27 July 2011 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2011 tas- 27 ta’ Lulju 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2011 tas- 27 ta’ Lulju 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 227, 2.9.2011, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/12/2019
2.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 873/2011
tas-27 ta’ Lulju 2011
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta' oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun ipprovdut li, soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza minn qabel u retrospettiva ta’ oġġetti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, id-detentur ikun jista' għal perjodu ta’ 60 jum ikompli joqgħod fuq tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomeklatura Magħquda iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Suġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta' verifika doppja u mas-sorveljanza retrospettiva ta' prodotti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, wieħed jista' għal perjodu ta' 60 jum jibqa' joqgħod fuq tagħrif vinkolanti fuq it-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifika tal-merkanzija fin-Nomeklatura Magħquda u li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Prodott kompost magħmul minn sponża tal-plastik ċellulari (poliuretan) (11,5 cm × 8,2 cm × 1,1 cm), u ċarruta ta' tessut innittjat tal-poliester li tgħatti l-isponż. It-tessut hu magħmul minn ħajt minsuġ ta' poliesters u fibri tal-poliester koperti bl-aluminju (prodotti permezz ta' proċess ta' metalizzazzjoni tal-fwar) innittjati flimkien. L-isponża hija mdaħħla kollha kemm hi fit-tessut. (ċarruta tat-tindif) (Ara r-ritratti Nri 656 A u 656 B) (*) |
6307 10 10 |
Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 7(e) tat-Taqsima XI, in-Nota 1 tal-Kapitolu 63 kif ukoll il-kliem tal-kodiċijiet NM 6307 , 6307 10 u 6307 10 10 . L-oġġett huwa prodott kompost skont it-tifsira tal-GIR 3(b) għaliex l-isponża hija mwaħħla maċ-ċarruta biex tifforma ħaġa waħda sħiħa prattikament inseparabbli. (Ara wkoll in-Nota ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NS SA) mal-GIR 3(b), (IX)). Iċ-ċarruta li hija oġġett tessili hija oġġett maħdum skont it-tifsira tan-nota 7(e) tat-Taqsima XI, għaliex it-tessut innittjat huwa mgħaqqad permezz tal-kolla. Barra minn hekk, il-fatt li l-isponża hija mdaħħla fl-oġġett tessili maħdum jagħmel il-prodott kollu kemm hu oġġett maħdum. Għalhekk, l-oġġett huwa kopert mis-subkapitolu I tal-Kapitolu 63 bis-saħħa tan-nota 1 tal-Kapitolu 63. Kemm iċ-ċarruta nnittjata kif ukoll l-isponża għandhom il-karatteristiċi oġġettivi tal-prodotti li huma maħsuba għat-tindif bl-ilma u bid-deterġenti. Madankollu, is-superfiċje li tobrox taċ-ċarruta nnittjata tagħti l-karattru essenzjali lill-prodott skont it-tifsira tal-GIR 3(b), għaliex minħabba s-superfiċje li tobrox tiegħu l-prodott huwa maħsub biex ineħħi tbajja' nixfin mis-superfiċji lixxi. L-isponża sservi biss biex ittejjeb l-abilità taċ-ċarruta li tassorbi l-ilma u d-deterġent. Il-karattru essenzjali tal-prodott kompost huwa għalhekk determinat mill-materjal tessili. Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6307 10 10 bħala ċarruta nnittjata għat-tindif. |
|
|
656 A |
656 B |
(*) Ir-ritratti huma għal għanijiet informattivi biss.