This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0863
Commission Regulation (EU) No 863/2011 of 25 August 2011 establishing a prohibition of fishing for blue whiting in EU and international waters of I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII and XIV by vessels flying the flag of Ireland
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 863/2011 tal- 25 ta' Awwissu 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 863/2011 tal- 25 ta' Awwissu 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda
ĠU L 221, 27.8.2011, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011
27.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 221/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 863/2011
tal-25 ta' Awwissu 2011
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011. |
(2) |
Mill-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membru msemmija hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija fl-Anness jew irreġistrati fihom għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
ANNESS
Nru |
38/T&Q |
Stat Membru |
L-Irlanda |
Stokk |
WHB/1X14 |
Speċi |
Stokkafixx (Micromesistius poutassou) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali ta' I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV |
Data |
17.8.2011 |