This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0836
Commission Regulation (EU) No 836/2011 of 19 August 2011 amending Regulation (EC) No 333/2007 laying down the methods of sampling and analysis for the official control of the levels of lead, cadmium, mercury, inorganic tin, 3-MCPD and benzo(a)pyrene in foodstuffs Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 836/2011 tad- 19 ta’ Awwissu 2011 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 333/2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene [benżo(a)piren] fl-oġġetti tal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 836/2011 tad- 19 ta’ Awwissu 2011 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 333/2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene [benżo(a)piren] fl-oġġetti tal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 215, 20.8.2011, p. 9–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
20.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 215/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 836/2011
tad-19 ta’ Awwissu 2011
li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 333/2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene [benżo(a)piren] fl-oġġetti tal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006, li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel (2), stabbilixxa, inter alia, livelli massimi għall-kontaminant benzo(a)pyrene [benżo(a)piren]. |
(2) |
Il-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA), fid-9 ta' Ġunju 2008 adotta opinjoni fuq l-Idrokarburi Poliċikliċi Aromatiċi fl-Ikel (3). L-EFSA kkonkludiet li l-benżo(a)piren mhuwiex indikatur adattat għall-okkorrenza ta' idrokarburi poliċikliċi aromatiċi (PAH - polycyclic aromatic hydrocarbons) fl-ikel u li l-indikatur tal-PAH fl-ikel l-iktar adattat għandu jkun sistema ta' erba' sustanzi speċifiċi jew tmien sustanzi speċifiċi L-EFSA kkonkludiet ukoll li meta mqabbla ma' sistema ta' erba' sustanzi, is-sistema ta' tmien sustanzi ma tagħtix daqshekk żieda fil-valur. |
(3) |
Konsegwentement ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2011 (4) emenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 sabiex jistabbilixxi livelli massimi għat-total ta' erba' idrokarburi poliċikliċi aromatiċi (benżo(a)piren, benż(a)antraċen, benżo(b)fluworoanten u krisen). |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 (5) jistabbilixxi kriterji tal-prestazzjoni analitika għall-benżo(a)piren biss. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kriterji tal-prestazzjoni analitika għat-tlett sustanzi l-oħra, li l-livelli massimi tagħhom huma issa stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006. |
(5) |
Il-Laboratorju ta' Referenza għall-Idrokarburi Poliċikliċi Aromatiċi tal-Unjoni Ewopea (EU-RL PAH) flimkien mal-laboratorji ta' referenza nazzjonali għamlu stħarriġ fuq il-laboratorji ta' kontroll uffiċjali sabiex jeżaminaw liema kriterji tal-prestazzjoni analitika jistgħu jintlaħqu għall-benżo(a)piren, benż(a)antraċen, benżo(b)fluworoanten u krisen fil-matriċi rilevanti tal-ikel. Taqsira tar-riżultat tal-istħarriġ ingħatat mill-EU-RL PAH fir-rapport fuq "Il-karatteristiċi tal-prestazzjoni ta' metodi ta' analiżi għad-determinazzjoni ta' erba' idrokarburi poliċikliċi aromatiċi fl-ikel" (6). Ir-riżultati tal-istħarriġ juru li l-kriterji tal-prestazzjoni analitika applikabbli bħalissa għall-benżo(a)piren huma adattati ukoll għat-tlett sustanzi l-oħra. |
(6) |
L-esperjenza miksuba waqt l-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 333/2007 ħarġet li f'ċerti każi d-dispożizzjonijiet kurrenti dwar it-teħid ta' kampjuni jistgħu jkunu imprattikabbli jew jistgħu jwasslu għal ħsara ekonomika mhux aċċettabbli lill-kampjuni. F'dawn il-każi għandu jitħalla li ssir devjazzjoni mill-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni jekk it-teħid tal-kampjuni jibqa' rappreżentattiv biżżejjed tal-kampjuni u l-proċedura użata tkun dokumentata bis-sħiħ. Il-flessibiltà li ssir devjazzjoni mill-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni kienet teżisti diġà għat-teħid tal-kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut. Id-dispożizzjonijiet għat-teħid tal-kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandhom ikunu fl-istess linja mal-proċeduri ġenerali tat-teħid tal-kampjuni. |
(7) |
Meta jittieħdu kampjuni għall-analiżi tal-PAH, hemm bżonn ta' dispożizzjonijiet iktar dettaljati fir-rigward tal-materjal tar-reċipjenti tal-kampjuni. L-awtoritajiet tal-infurzar jużaw ħafna r-reċipjenti tal-plastik, iżda dawn mhumiex adattati meta t-teħid tal-kampjuni jkun għall-analiżi tal-PAH, għaliex dawn il-materjali jistgħu jbiddlu l-kontenut tal-PAH fil-kampjun. |
(8) |
Hemm bżonn ta' kjarifika għal xi aspetti tal-ħiġijiet speċifiċi tal-metodi analitiċi, b'mod partikolari l-ħtiġijiet dwar l-użu tal-kriterji tal-prestazzjoni u l-metodu "adekwatezza għall-fini". Barra minn hekk, il-preżentazzjoni tat-tabelli bil-kriterji tal-prestazzjoni għandha tkun irranġata sabiex tidher iktar uniformi matul l-analiti kollha. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 333/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. Iż-żewġ Regolamenti għandhom jiġu applikati fl-istess ġurnata, minħabba li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2011 u dan ir-Regolament għandhom x'jaqsmu flimkien. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 333/2007 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu huwa mibdul b'li ġej: “Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u idrokarburi poliċikliċi aromatiċi fl-oġġetti ta' l-ikel”. |
(2) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej: “1. Teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u idrokarburi poliċikliċi aromatiċi (PAH) elenkati fit-taqsimiet 3, 4 u 6 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandhom isiru skont l-Anness ma' dan ir-Regolament.” |
(3) |
L-Anness huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.
(3) The EFSA Journal (2008) 724, p. 1.
(4) Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(5) ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29.
(6) Ir-Rapport JRC 59046, 2010.
ANNESS
L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 333/2007 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-punt B.1.7. “Ippakkjar u transmissjoni tal-kampjuni”, it-tieni paragrafu li ġej huwa miżjud: “Reċipjenti tal-plastik għandhom jiġu evitati fejn possibli fil-każ ta' teħid ta' kampjuni għall-analiżi tal-PAH għax jistgħu jbiddlu l-kontenut tal-PAH fil-kampjun. Fejn possibli għandhom jintużaw reċipjenti tal-ħġieġ ħielsa mill-PAH, inerti, li jipproteġu b'mod xieraq il-kampjun mid-dawl. Meta dan ikun prattikament impossibli, għandu tal-inqas jiġi evitat kuntatt dirett tal-kampjun mal-plastiks, eżempju fil-każ ta' kampjuni solidi, billi l-kampjun jiġi mgeżwer ġo fojl tal-aluminju qabel ma jitpoġġa fir-reċipjent tal-kampjun.” |
(2) |
Il-punti B.2, u B.3 huma mibdulin b'li ġej: “B.2 IL-PJANIJIET GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI B.2.1 Tqassim ta’ lottijiet f’sublottijiet Lottijiet kbar ħafna għandhom jitqassmu f’sublottijiet, bil-kondizzjoni li s-sublott ikun jista’ jiġi sseparat fiżikament. Għall-prodotti li jinbiegħu f’konsenji bl-ingrossa (eżempju ċereali) għandha tapplika t-Tabella 1. Għall-prodotti l-oħra għandha tapplika t-Tabella 2. Jekk jitqies li l-piż tal-lott mhuwiex dejjem eżattament multiplu tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jaqbeż il-piż imsemmi b’massimu ta’ 20 %. B.2.2. In-numru ta’ kampjuni inkrementali Il-kampjun aggregat għandu jkun ta’ mill-inqas kilogramm jew litru ħlief fejn dan mhux possibbli, eżempju meta l-kampjun jikkonsisti f'pakkett jew unità waħda. In-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mis-sublott għandu jkun kif muri fit-Tabella 3. Fil-każ ta’ prodotti likwidi bl-ingrossa, il-lott jew is-sublott għandu jitħallat sew sakemm huwa possibbli u sakemm ma tiġix affettwata l-kwalità tal-prodott, immedjatament qabel il-teħid tal-kampjun permezz ta’ mezzi manwali jew mekkaniċi. F’dan il-każ, wieħed jassumi tqassim omoġenju tal-kontaminanti fi ħdan lott jew sublott mogħti. Għaldaqstant huwa biżżejjed li jittieħdu tliet kampjuni inkrementali minn lott jew sublott sabiex jifformaw kampjun aggregat. Il-kampjuni inkrimentali għandhom ikunu simili fil-piż/volum. Il-piż/volum ta’ kampjun inkrementali għandu jkun ta’ mill-inqas 100 gramma jew 100 millilitru, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ mill-inqas madwar kilogramm jew litru. Diskrepanza minn dan il-metodu għandu jiġi rreġistrat fir-reġistru stabbilit taħt il-punt B.1.8 ta' dan l-Anness. Tabella 1 Tqassim tal-lottijiet f’sublottijiet għall-prodotti nnegozjati f’kunsinni bl-ingrossa
Tabella 2 Tqassim tal-lottijiet f’sublottijiet għall-prodotti oħrajn
Tabella 3 Numru minimu ta’ kampjuni inkrimentali li għandhom jittieħdu mill-lott jew mis-sublott
Jekk il-lott jew is-sublott ikun magħmul minn pakketti jew unitajiet individwali, in-numru ta’ pakketti jew unitajiet li għandu jittieħed sabiex isir il-kampjun aggregat huwa mogħti fit-Tabella 4. Tabella 4 In-numru ta’ pakketti jew unitajiet (kampjuni inkrimentali) li għandu jittieħed sabiex isir kampjun aggregat jekk il-lott jew is-sublott ikun magħmul minn pakketti jew unitajiet individwali
Il-livelli massimi għal-landa inorganika jgħoddu għall-kontenut ta' kull bott, iżda minħabba raġunijiet prattiċi huwa meħtieġ li jintuża metodu aggregat ta' teħid ta' kampjuni. Jekk ir-riżultat tat-test għal kampjun aggregat tal-bottijiet ikun inqas minn iżda viċin tal-livell massimu tal-landa inorganika, u jekk ikun issuspettat li bottijiet individwali jistgħu jaqbżu l-livell massimu, allura jista' jkun meħtieġ li jsiru aktar investigazzjonijiet. Fejn ma jkunx possibli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta' kampjuni stipulat f'dan il-kapitolu minħabba l-konsegwenzi kummerċjali mhux aċċettabbli (eżempju minħabba l-forom tal-pakketti, lott bil-ħsara, eċċ.) jew fejn huwa prattikament impossibbli li jiġi applikat il-metodu tat-teħid ta' kampjuni msemmi hawn fuq, jista' jiġi applikat metodu alternattiv tat-teħid ta' kampjuni jekk ikun hemm rappreżentazzjoni biżżejjed tal-kampjuni ta' lottijiet u sublottijiet u jkun dokumentat bis-sħiħ. B.2.3. Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-teħid ta' kampjuni ta' ħut kbir li jasal f'lottijiet kbar Fil-każ li l-lott jew is-sublott li jkun se jitteħidlu kampjun ikun fih ħut kbir (ħut individwali li jiżen iktar minn madwar kilogramm) u l-lott jew is-sublott jiżen iktar minn 500 kilogramm, il-kampjun inkrimentali għandu jkun magħmul mill-parti tan-nofs tal-ħuta. Kull kampjun inkrimentali għandu jiżen mill-inqas 100 gramma. B.3. TEĦID TA’ KAMPJUNI FL-ISTADJU TAL-BEJGĦ BL-IMNUT It-teħid ta’ kampjuni tal-oġġetti tal-ikel fl-istadju tal-imnut għandu jsir meta jkun possibbli skont id-dispożizzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni stipulati fil-punt B.2.2 ta’ dan l-Anness. Fejn ma jkunx possibli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta' kampjuni stipulat fil-punt B.2.2 minħabba l-konsegwenzi kummerċjali mhux aċċettabbli (eżempju minħabba l-forom tal-pakketti, lott bil-ħsara, eċċ.) jew fejn huwa prattikament impossibli li jiġi applikat il-metodu tat-teħid ta' kampjuni msemmi hawn fuq, jista' jiġi applikat metodu alternattiv tat-teħid ta' kampjuni jekk ikun hemm rappreżentazzjoni biżżejjed tal-kampjuni ta' lottijiet u sublottijiet u jkun dokumentat bis-sħiħ.” |
(3) |
Fl-ewwel paragrafu tal-punt C.1 In-nota 1 f'qiegħ il-paġna “Livelli ta' Kwalità tal-Laboratorju” hija mħassra. |
(4) |
Fil-punt C.2.2.1 “Proċeduri speċifiċi għaċ-ċomb, kadmju, merkurju u landa inorganika”, it-tieni paragrafu huwa mibdul b'li ġej: “Hemm ħafna proċeduri speċifiċi sodisfaċenti ta' tħejjija tal-kampjuni li jistgħu jintużaw għall-prodotti taħt konsiderazzjoni. Għal dawk l-aspetti li mhumiex koperti speċifikament b'dan ir-Regolament, l-istandard CEN ‘Oġġetti tal-ikel - Determinazzjoni ta' elementi ta' traċċa - Kriterji tal-prestazzjoni, konsiderazzjonijiet ġenerali u preparazzjoni tal-kampjun’(1) instab li huwa sodisfaċenti iżda metodi ta' preparazzjoni tal-kampjun oħra jistgħu ikunu validi l-istess.” |
(5) |
Il-punt C.2.2.2 huwa mibdul b'li ġej: “C.2.2.2 L-analista għandu jiżgura li l-kampjuni ma jiġux ikkontaminati waqt it-tħejjija tal-kampjuni. Qabel l-użu, ir-reċipjenti għandhom jitlaħalħu b'aċetun għoli fil-purezza jew eżan sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' kontaminazzjoni. Meta jkun possibbli, l-apparat u t-tagħmir li jiġi f’kuntatt mal-kampjun għandu jkun magħmul minn materjali inerti bħal aluminju, ħġieġ jew azzar li ma jissaddadx illustrat. Plastiks bħal polipropilen jew PTFE għandhom jiġu evitati, minħabba li l-analiti jistgħu jiġu assorbit minn dawn il-materjali.” |
(6) |
Il-Punt C.3.1 “Definizzjonijiet” huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
Il-Punt C.3.2 huwa mibdul b'li ġej: “C.3.2. Rekwiżiti ġenerali Il-metodi ta analiżi użati għal raġunijiet ta’ kontroll tal-ikel għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Il-metodi għall-analiżi tal-landa totali huma xierqa għall-kontrolli fuq il-livelli tal-landa inorganika. Il-metodi stabbiliti mill-OIV (******) skont l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (*******) japplikaw għall-analiżi taċ-ċomb fl-inbid. (******) Organisation Internationale de la Vigne et du Vin." (*******) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1).”" |
(8) |
Il-Punt C.3.3.1 huwa mibdul b'li ġej: “C.3.3.1. Fejn fil-livell tal-Unjoni Ewropea ma jkunx hemm preskritti metodi speċifiċi għad-determinazzjoni ta' kontaminanti fil-prodotti tal-ikel, il-laboratorji jistgħu jagħżlu kwalunkwe metodu ta' analiżi vvalidat għall-matriċi rispettiva, jekk il-metodu magħżul jilħaq il-kriterji tal-prestazzjoni speċifiċi stipulati fit-tabelli 5, 6 u 7. Huwa rakkomandat li l-metodi vvalidati bis-sħiħ (jiġifieri l-metodi vvalidati mill-proċess ta' kollaborazzjoni għall-matriċi rispettiva) jiġu użati fejn xieraq u fejn disponibbli. Metodi xierqa oħra vvalidati (eżempju metodi għall-matriċi rispettiva vvalidati internament) jistgħu jiġu użati jekk jissodisfaw il-kriterji tal-prestazzjoni stipulati fit-tabelli 5, 6 u 7. Fejn huwa possibli, it-tisħiħ tal-metodi vvalidati internament għandu jinkludi materjal ta' referenza ċċertifikat.
(********) W. Horwitz, L.R. Kamps, K.W. Boyer, J.Assoc.Off.Analy.Chem.,1980, 63, 1344." (*********) M. Thompson, Analyst, 2000, p. 125 u 385-386.”" |
(9) |
Il-Punt C.3.3.2 huwa mibdul b'li ġej: “C.3.3.2. Il-metodu ‘adekwatezza għall-fini’ Jista' jintuża l-metodu ‘adekwatezza għall-fini’ (**********) bħala alternattiva biex tiġi vvalutata l-konvenjenza tal-metodi vvalidati internament għall-kontroll uffiċjali. Metodi xierqa għall-kontroll uffiċjali għandhom jagħtu r-riżultati b'inċertezza ta' kejl standard maqgħuda (u) inqas mill-inċertezza ta' kejl standard massima kkalkulata bil-formula ta' hawn taħt:
fejn:
Tabella 8 Il-valuri numeriċi li għandhom jintużaw għal α bħala kwantità kostanti fil-formula stipulata f’dan il-punt, skont il-konċentrazzjoni tal-interess
L-analista għandu jieħu nota tar-‘Rapport dwar ir-relazzjoni bejn riżultati analitiċi, inċertezza ta’ kejl, fatturi ta’ rkupru u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE tal-ikel u l-għalf’ (***********). (**********) M. Thompson and R. Wood, Accred. Qual. Assur., 2006, p. 10 u 471-478." (***********) http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf”" |
(10) |
Fil-punt D.1.2. “Kalkulazzjonijiet ta' rkupru”, it-tieni paragrafu huwa mibdul b'li ġej: ‘Fil-każ li fil-metodu analitiku ma jiġi applikat l-ebda pass ta' estrazzjoni (eżempju fil-każ tal-metalli), ir-riżultat jista' jiġi rrappurtat mhux ikkorreġut għall-irkupru jekk l-evidenza mogħtija tkun idealment bl-użu ta' materjal ta' referenza xieraq u ċċertifikat li l-konċentrazzjoni ċċertifikata li tħalli l-inċertezza ta' kejl hija miksuba (jiġifieri reqqa kbira fil-kejl), u għaldaqstant li l-metodu mhuwiex imparzjali. Fil-każ li r-riżultat jiġi rrapurtat bħala mhux ikkorreġut għall-irkupru, dan għandu jissemma.’ |
(11) |
Fil-punt D.1.3. “Inċertezza ta' kejl”, it-tieni paragrafu huwa mibdul b'li ġej: “L-analista għandu jieħu nota tar-‘Rapport dwar ir-relazzjoni bejn riżultati analitiċi, inċertezza ta’ kejl, fatturi ta’ rkupru u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE tal-ikel u l-għalf’ (************). (************) http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf”" |