This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0783
Commission Implementing Regulation (EU) No 783/2011 of 5 August 2011 amending Regulation (EU) No 724/2010 laying down detailed rules for the implementation of real-time closures of certain fisheries in the North Sea and Skagerrak
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 783/2011 tal- 5 ta’ Awwissu 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 724/2010 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ għeluq f’ħin reali ta’ ċertu sajd fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 783/2011 tal- 5 ta’ Awwissu 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 724/2010 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ għeluq f’ħin reali ta’ ċertu sajd fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak
ĠU L 203, 6.8.2011, pp. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
6.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 783/2011
tal-5 ta’ Awwissu 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 724/2010 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ għeluq f’ħin reali ta’ ċertu sajd fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 51(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 724/2010 (2) jipprovdi għal livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet ta’ 15 % bħala piż ta’ bakkaljaw, haddock, pollakkju (saithe) u merlangu li għadu qed jikber jew, jekk il-kwantità tal-bakkaljaw fil-kampjun taqbeż il-75 % meta mqabbla mat-total tal-erba’ speċijiet f’refgħa, għal livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet ta’ 10 % bħala piż ta’ ħut li għadu qed jikber ta’ dawk l-ispeċijiet. |
|
(2) |
Skont l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 724/2010 għandu jittieħed kampjun meta huwa stmat li f’refgħa waħda hemm tal-inqas 300 kg ta’ bakkaljaw, haddock, pollakkju (saithe) u merlangu. |
|
(3) |
Kif ġie ddikjarat fil-Konsultazzjonijiet dwar is-Sajd għall-2011 li saru fl-4 ta’ Diċembru 2010 bejn l-Unjoni u n-Norveġja, jixraq li l-Unjoni temenda l-parametri ewlenin tas-sistema għall-għeluq fil-ħin reali fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak, jiġifieri l-livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet u l-kwantità minima stmata tal-ħut konċernat f’refgħa waħda, sabiex is-sistema ssir aktar effettiva. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 724/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura ma ressaqx opinjoni dwar il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 724/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 4 Livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet 1. Il-livell tal-qabdiet li jitlob attivazzjoni għall-għeluq fil-ħin reali tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, għandu jkun 10 % bħala piż ta’ ħut li għadu qed jikber meta mqabbel mat-total tal-erba’ speċijiet imsemmija fl-Artikolu 2, f’refgħa. 2. Madankollu, jekk il-kwantità tal-bakkaljaw fil-kampjun taqbeż il-75 % meta mqabbla mat-total tal-erba’ speċijiet f’refgħa, il-livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet għandu jkun 7,5 % bħala piż ta’ ħut li għadu qed jikber meta mqabbel mat-total tal-erba’ speċijiet f’refgħa.” |
|
(2) |
Fl-Anness I, il-punt 3 jinbidel b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO