Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0603

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 603/2011 tal- 20 ta’ Ġunju 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 163, 23.6.2011, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/603/oj

23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 603/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Hu f'loku li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhix konformi ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Artiklu ddisinjat speċifikament biex jiġi immuntat fit-tagħmir ta' sinjalar ta’ mudell speċifiku ta’ vettura bil-mutur.

L-artiklu għandu l-forma ta' żewġ montaturi ta’ ċirkwiti stampati u interkonnessi, u kull wieħed minnhom fih komponenti passivi (kapasiters u reżisters) u komponenti attivi (diodi, diodi li jemettu d-dawl (LEDs), tranżisters u ċirkwit integrat). Montatura minnhom hi mgħammra b’interfaċċja biex titqabbad mas-sistema tad-dawl mal-vettura b’mutur.

L-LEDs jipprovdu l-effett ta’ sinjalazzjoni.

 (*) Ara l-istampa.

8512 90 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(b) tat-Taqsima XVI u tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8512 , 8512 90  u 8512 90 90 .

Minħabba li l-artiklu jikkonsisti f’montaturi ta’ ċirkwiti stampati (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tas-sottointestatura 8443 99 10 li tkopri l-montaturi elettroniċi), ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-materjali semikondutturi u taċ-ċirkwiti integrati elettroniċi (ara n-Nota 8 tal-Kapitlu 85). Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 8541  u 8542 hija eskluża.

Minħabba li l-artiklu mhux komplut iżda ddisinjat speċifikament biex jintuża, flimkien ma’ komponenti oħra bħal-lenti, fit-tagħmir ta' sinjalazzjoni ta' vettura b'mutur, il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi tan-NM 8512 20 00 hi eskluża.

L-artiklu għandu għalhekk jiġi kklassifikat bħala parti mid-dawl elettriku jew tagħmir ta’ sinjalazzjoni tat-tip użat għall-vetturi b’magna taħt il-kodiċi tan-NM 8512 90 90 .

Image

(*)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


Top