This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0590
Commission Implementing Regulation (EU) No 590/2011 of 20 June 2011 amending Regulation (EC) No 1235/2008, laying down detailed rules for implementation of Council Regulation (EC) No 834/2007 as regards the arrangements for imports of organic products from third countries Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2011 tal- 20 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2011 tal- 20 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 161, 21.6.2011, p. 9–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306
21.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 590/2011
tal-20 ta’ Ġunju 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) stabbilixxa perjodu relattivament qasir biex l-entitajiet tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għal rikonoxximent bi skop ta’ konformità skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Minħabba li ma hemm l-ebda esperjenza tal-applikazzjoni diretta tar-regoli tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi barra t-territorju tal-Unjoni, għandu jingħata iktar żmien lill-entitajiet tal-kontroll u lill-awtoritajiet tal-kontroll li jixtiequ jitolbu li jiġu inklużi fil-lista bi skop ta’ konformità. |
(2) |
F’konfromità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-Anness III għar-Regolmaent (KE) Nru 1235/2008 stabbilixxa lista ta’ pajjiżi terzi li s-sistema ta’ produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll tagħhom għall-produzzjoniji organika ta’ prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Fid-dawl ta’ applikazzjoni u informazzjoni ġodda li rċeviet il-Kummissjoni minn pajjiżi terzi mill-aħħar pubblikazzjoni tal-lista, għandhom jitqiesu ċerti modifikazzjonijiet u l-lista għandha tiġi adattata skont dan. |
(3) |
Ċerti prodotti agrikoli li jiġu importati mill-Kanada, bħalissa qed jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni skont ir-regoli tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Il-Kanada ressqet talba lill-Kummissjoni sabiex din tinkludiha fil-lista provduta fl-Anness III għal dak ir-Regolament. Ressqet l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 7 u 8 ta’ dak ir-Regolament. L-eżaminazzjoni ta’ din l-informazzjoni u d-diskussjoni ta’ wara mal-awtoritajiet Kanadiżi wasslu għall-konklużjoni li, f’dak il-pajjiż, ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-prodotti agrikoli huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Il-Kummissjoni wettqet kontroll fuq il-post dwar ir-regoli tal-miżuri tal-produzzjoni u l-kontroll attwalment applikati fil-Kanada, kif previst fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
(4) |
L-awtoritajiet Kostarikani, Indjani, Iżraeljani, Ġappuniżi u Tuneżini talbu lill-Kummissjoni biex tinkludi entitajiet ta’ kontroll ta’ ċertifikazzjoni ġodda u ppreżentaw lill-Kummissjoni l-garanziji meħtieġa li huma jissodisfaw il-prekunduzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(5) |
It-tul ta’ żmien tal-inklużjoni tal-Kosta Rika u tan-New Zealand fil-lista pprovduta fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2011. Sabiex ikun evitat tfixkil fil-kummerċ, hemm ħtieġa li tittawwal l-inklużjoni tal-Kosta Rika u n-New Zealand. Fid-dawl tal-esperjenza, l-inklużjoni għandha tittawwal għal perjodu bla limitu. |
(6) |
In-New Zealand trasmettiet emendi editorjali għall-ispeċifikazzjonijiet rilevanti provduti fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jsegwi l-amalgamazzjoni ta’ dan l-aħħar tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Forestrija u l-Awtorità tas-Sikurezza tal-Ikel fin-New Zealand. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu, għalhekk, jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju dwar il-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 4, “31 ta’ Ottubru 2011” tinbidel bi “31 ta’ Ottubru 2014”. |
(2) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.
ANNESS
L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Wara t-test li jirrigwarda l-Awstralja, għandu jiddaħħal it-test li ġej: “IL-KANADA 1. Kategoriji tal-prodotti:
2. Oriġini: prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbrin organikament fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fil-Kanada. 3. Standards tal-produzzjoni: Regolament tal-Prodotti Organiċi. 4. Awtoritajiet kompetenti: Canadian Food Inspection Agency (CFIA), www.inspection.gc.ca 5. Entitajiet ta’ kontroll:
6. Entitajiet li joħorġu ċ-ċertifikati: bħal fil-punt 5. 7. Tul taż-żmien tal-inklużjoni: it-30 ta’ Ġunju 2014.” |
(2) |
Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Kosta Rika għandu jiddaħħal dan l-inċiż li ġej:
|
(3) |
Il-Punt 7 fit-test li jirrigwarda l-Kosta Rika għandu jinbidel b’dan li ġej: “7. Tul taż-żmien tal-inklużjoni: mhux speċifikat”, |
(4) |
Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Indja għandhom jiddaħħlu dawn l-inċiżi li ġejjin:
|
(5) |
Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Iżrael għandu jiddaħħal dan l-inċiż li ġej:
|
(6) |
Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Ġappun għandhom jiddaħħlu dawn l-inċiżi li ġejjin:
|
(7) |
Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda t-Tuneżija għandu jiddaħħal dan l-inċiż li ġej:
|
(8) |
Fil-punt 2 tat-test li jirrigwarda n-New Zealand, “MAF Food Official Organic Assurance Programme” jinbidel b’“MAF Official Organic Assurance Programme Technical Rules for Organic Production” |
(9) |
Il-punti minn 3 sa 7 tat-test li jirrigwarda n-New Zealand għandhom jinbidlu b’dan li ġej: “3. Standards tal-produzzjoni: MAF Official Organic Assurance Programme Technical Rules for Organic Production. 4. Awtorità kompetenti: Ministry of Agriculture and Forestry (MAF), http://www.foodsafety.govt.nz/industry/sectors/organics/ 5. Entitajiet ta’ kontroll:
6. Awtorità taċ-ċertifikazzjoni: Ministry of Agriculture and Forestry (MAF) 7. Tul taż-żmien tal-inklużjoni: mhux speċifikat”. |