Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0573

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 573/2011 tas- 16 ta’ Ġunju 2011 li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    ĠU L 159, 17.6.2011, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0044

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/573/oj

    17.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 159/5


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 573/2011

    tas-16 ta’ Ġunju 2011

    li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

    Billi:

    fid-dawl tal-iżviluppi fil-Libja, il-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandha tiġi emendata,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-entrata għall-persuna mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha titħassar mil-lista li tinsab fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    MARTONYI J.


    (1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.


    ANNESS

    Persuna msemmija fl-Artikolu 1

    14.

    ZARTI, Mustafa


    Top