Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0527

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2011 tat- 30 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1, 4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), endo-1,3(4)-β-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) u ta’ poligalatturonażi prodotta minn Aspergillus aculeatus CBS 589.94 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 143, 31.5.2011, p. 6–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/527/oj

    31.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 143/6


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 527/2011

    tat-30 ta’ Mejju 2011

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1, 4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), endo-1,3(4)-β-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) u ta’ poligalatturonażi prodotta minn Aspergillus aculeatus CBS 589.94 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq [dwar] l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), endo-1,3(4)-β-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) u ta’ poligalatturonażi (EC 3.2.1.15) prodotta minn Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), kif stipulat fl-Anness. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tat-8 ta’ Lulju 2009 (2) u tat-2 ta’ Frar 2011 (3) li l-preparazzjoni stabbilita fl-Anness, skont il-kondizzjonijiet tal-użu proposti, ma għandhiex effetti mhux mixtieqa fuq saħħet l-annimali, saħħet il-konsumatur jew fuq l-ambjent, u li dan l-addittiv għandu l-potenzjal li jżid il-piż tal-ġisem u jtejjeb l-għalf biex jikseb il-proporzjon tal-ispeċi fil-mira. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza għall-Addittivi fl-Għalf imwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni stabbilita fl-Anness turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni, għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi” u parti mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  EFSA Journal (2009) 1186, 1-17.

    (3)  EFSA Journal (2011); 9(2):2010.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità.

    4a 14

    Aveve NV

     

    Endo-1,4-β-ksilanasi

    EC 3.2.1.8

     

    Endo-1,3(4)-beta-glukanażi

    EC 3.2.1.6

     

    Poligalatturonażi

    EC 3.2.1.15

     

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), endo-1,3(4)-β-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) u poligalatturonażi (EC 3.2.1.15) prodotta minn Aspergillus aculeatus (CBS 589.94) b’attività minima ta’:

     

    f’għamla solida;

     

    Endo-1,4-β-ksilanażi: 21 400 XU (1)/g

     

    Endo-1,3(4)-β-glukanażi: 12 300 BGU (2)/g

     

    Poligalatturonażi: 460 PGLU (3)/g.

     

    f’għamla likwida:

     

    Endo-1,4-β-ksilanażi: 10 700 XU/g

     

    Endo-1,3(4)-β-glukanażi: 6 150 BGU/g

     

    Poligalatturonażi: 230 PGLU/g.

     

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8)

    prodotta minn Trichoderma reesei, endo-1,3(4)-β-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotta minn Trichoderma reesei u poligalatturonażi (EC 3.2.1.15) prodotta minn Aspergillus aculeatus

     

    Metodu tal-Analiżi  (4)

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva fl-addittiv u fl-għalf:

    Metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi minn kulur mgħaqqad ma’ sottostrat arabinossilan tal-qamħ.

    Metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta’ endo-1,3(4)-β-glukanażi minn kulur mgħaqqad ma’ sottostrat ta’ betaglukan tax-xgħir.

    Metodu viskosimetriku msejjes fuq tnaqqis ta’ viskosità prodott mill-azzjoni ta’ poligalatturonażi fuq is-substrat li fih il-pektin, aċidu polimetilgalatturoniku.

    Ħnienes (miftuma)

     

     

    Endo-1,4-β-ksilanażi: 2 140 XU

     

    Endo-1,3(4)-β-glukanażi: 1 230 BGU

     

    Poligalatturonażi: 46 PGLU

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet ta’ qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

    2.

    Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg.

    3.

    Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polisakkaridi li mhumiex lamtu.

    l-20 ta' Ġunju 2021


    (1)  1 XU huwa l-ammont ta’ enzima li jillibera 1 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ ksilożju) minn ksilan tal-ħafur fil-minuta b’50 C u b’pH ta’ 4.8.

    (2)  1 BGU huwa l-ammont ta’ enzima li jillibera 1 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ ċellobjożi) minn β-glukan tax-xgħir fil-minuta b’50 C u b’pH ta’ 5.0.

    (3)  1 PGLU huwa l-ammont ta’ enzima li jillibera 1 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ glukożju) mill-aċidu polimetilgalatturoniku fil-minuta (pektin li fih is-substrat) b’35 C u b’pH ta’ 4.8.

    (4)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx.


    Top