This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0505
Council Implementing Regulation (EU) No 505/2011 of 23 May 2011 implementing Regulation (EC) No 765/2006 concerning restrictive measures against President Lukashenko and certain officials of Belarus
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 505/2011 tat- 23 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 505/2011 tat- 23 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja
ĠU L 136, 24.5.2011, p. 48–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/48 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 505/2011
tat-23 ta’ Mejju 2011
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja u f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/301/PESK tat-23 ta' Mejju 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (2), għandhom jiġu inklużi persuni addizzjonali fil-listi ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi kif imniżżla fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jinżiedu mal-lista li tinsab fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 765/2006.
Artikolu 2
Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.
(2) Ara paġna 87 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
|
Ismijiet Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Post u Data tat-Twelid |
Pożizzjoni |
1. |
Shykarou, Uladzislau Shikarov, Vladislav |
Шыкароў Уладзiслаў |
Шикаров Владислав |
|
Imħallef tal-Qorti Distrettwali Zheleznodorozhny ta' Vitebsk. Huwa kkundanna diversi manifestanti matul l-appell, minkejja l-fatt li huma ma kinux instabu ħatja mill-Qorti tal-Prim'Istanza. |
2. |
Merkul, Natallia Viktarauna Merkul, Natalia Viktorovna (Merkul, Natalya Viktorovna) |
Меркуль Наталля Вiктараўна |
Меркуль Наталья Викторовна |
Data tat-twelid: 13.11.1964 |
Direttriċi tal-Iskola Sekondarja fil-Belt ta' Talkov, id-Distrett ta' Pukhovichi. Fis-27 ta' Jannar 2011 hija lliċenzjat lil Natalia Ilinich, għalliema rrispettata ħafna tal-iskola sekondarja minħabba l-fehmiet politiċi tagħha u l-parteċipazzjoni tagħha fl-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010. |
3. |
Akulich, Sviatlana Rastsislavauna Okulich, Svetlana Rostislavovna |
Акулiч Святлана Расцiславаўна |
Окулич Светлана Ростиславовна |
Data tat-twelid: 27.08.1948 jew 1949 |
Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Pukhovichi. Hija rrifjutat illegalment il-mozzjoni ta' Natalia Ilinich biex terġa' tingħata l-pożizzjoni tagħha ta' għalliema fl-Iskola Sekondarja fil-belt ta' Talkov. |
4. |
Pykina, Natallia Pykina, Natalia (Pykina, Natalya) |
Пыкiна Наталля |
Пыкина Наталья |
|
Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Partizanski li ttrattat il-każ ta' Likhovid. Hija kkundannat lis-Sur Likhovid, attivist ta' “Il-Moviment għall-Ħelsien” għal tliet snin u nofs f'ħabs ta' reġim strett. |
5. |
Mazouka, Siarhei Mazovka, Sergei (Mazovko, Sergey) |
Мазоўка Сяргей |
Мазовка Сергей / Мазовко Сергей |
|
Prosekutur tal-każ Dashkevich-Lobov. Dmitri Dashkevich u Eduard Lobov, attivisti tal-Moviment taż-Żgħażagħ, ġew ikkundannati diversi snin ħabs għal “vandaliżmu”. Il-vera raġuni għall-priġunerija tagħhom kienet li huma t-tnejn ipparteċipaw attivament fil-kampanja elettorali f'Diċembru 2010, fejn appoġġaw wieħed mill-kandidati tal-oppożizzjoni. |
6. |
Aliaksandrau, Dzmitry Piatrovich Aleksandrov, Dmitri Petrovich |
Аляксандраў Дзмiтрый Пятровiч |
Александров Дмитрий Петрович |
|
Imħallef tal-Qorti Ekonomika Suprema. Huwa kien sostenitur tal-projbizzjoni tal-istazzjon indipendenti “Autoradio”. (L-“Autoradio” ġie pprojbit minħabba li “xandar appelli għal irvellijiet tal-massa matul il-kampanja presidenzjali f'Diċembru 2010”. B'kuntratt li kien fis-seħħ, ir-radju kien qed jittrasmetti l-programm elettorali tas-Sur Sannikov, wieħed mill-kandidati tal-oppożizzjoni, waqt li jgħid “il-futur ser jiġi deċiż mhux fil-kċejjen, imma fil-pjazza!”). |
7. |
Vakulchyk, Valery Vakulchik, Valeri |
Вакульчык Валерый |
Вакульчик Валерий |
|
Kap taċ-Ċentru Analitiku tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, responsabbli għat-telekomunikazzjoni, inkluż il-monitoraġġ, l-iffiltrar, l-interċettazzjoni, il-kontroll u l-interferenza ta' diversi stazzjonijiet tal-komunikazzjoni, pereżempju l-internet. |
8. |
Chatviartkova, Natallia Chetvertkova, Natalia (Chetvertkova, Natalya) |
Чатвярткова Наталля |
Четверткова Наталья |
|
Imħallef tal-Qorti Distrettwali Partizanski ta' Minsk. Hija ttrattat il-proċess tal-ex kandidat presidenzjali Andrei Sannikov, l-attivista tas-soċjetà ċivili Ilia Vasilevich, Fedor Mirzoianov, Oleg Gnedchik u Vladimir Yeriomenok. Il-mod tagħha kif tmexxi l-proċess huwa ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-persuni akkużati kontrihom. |
9. |
Bulash, Ala Bulash, Alla |
Булаш Ала |
Булаш Алла |
|
Imħallef tal-Qorti Distrettwali Oktiabrski (Kastrichnitski) ta' Minsk. Hija ttrattat il-kawża ta' Pavel Vinogradov, Dmitri Drozd, Ales Kirkevich, Andrei Protasenia, Vladimir Homichenko. Il-mod tagħha kif tmexxi l-proċess huwa ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-persuni akkużati kontrihom. |
10. |
Barovski Aliaksandr Genadzevich Borovski Aleksandr Gennadievich |
Бароўскi Аляксандр Генадзевiч |
Боровский Александр Геннадиевич |
|
Prosekutur pubbliku tal-Qorti Distrettwali Oktiabrski (Kastrichnitski) ta' Minsk. Huwa ttratta l-kawża ta' Pavel Vinogradov, Dmitri Drozd, Ales Kirkevich, Vladimir Homichenko. L-akkuża ppreżentata minnu għandha motivazzjoni politika imminenti u hija ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija bbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimanti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenzi, provi u testimonjanzi tax-xhieda. |
11. |
Simanouski Dmitri Valerevich Simanovski Dmitri Valerievich |
Сiманоўскi Дмiтрый Валер'евiч |
Симановский Дмитрий Валериевич |
|
Prosekutur pubbliku tal-Qorti Distrettwali Pervomaiski ta' Minsk. Huwa ttratta l-kawża ta' Dmitri Bondarenko. L-akkuża ppreżentata minnu għandha motivazzjoni politika imminenti u hija ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija bbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimanti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenzi, provi u testimonjanzi tax-xhieda. |
12. |
Brysina, Zhanna Brysina, Zhanna (Brisina, Zhanna) |
Брысiна Жанна |
Брысина Жанна / Брисина Жанна |
|
Imħallef tal-Qorti Distrettwali Zavodskoi ta' Minsk li jittratta l-kawża ta' Khalip Irina, Martselev Sergei, Severinets Pavel, rappreżentanti pendenti tas-soċjetà ċivili. Il-mod tagħha kif tmexxi l-proċess huwa ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-persuni akkużati kontrihom. |
13. |
Zhukovski, Sergei Konstantynovych |
Жукоўскi Сяргей Канстанцiнавiч |
Жуковский, Сергей Константинович |
|
Prosekutur pubbliku tal-Qorti Distrettwali Zavodskoi ta' Minsk li jittratta l-kawża ta' Khalip Irina, Martselev Sergei, Severinets Pavel, rappreżentanti pendenti tas-soċjetà ċivili. L-akkuża ppreżentata minnu għandha motivazzjoni politika imminenti u hija ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija bbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimanti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenzi, provi u testimonjanzi tax-xhieda. |