This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0459
Commission Regulation (EU) No 459/2011 of 12 May 2011 amending the Annex to Regulation (EC) No 631/2009 laying down detailed rules for the implementation of Annex I to Regulation (EC) No 78/2009 of the European Parliament and of the Council on the type-approval of motor vehicles with regard to the protection of pedestrians and other vulnerable road users Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2011 tat- 12 ta’ Mejju 2011 li jemenda l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2011 tat- 12 ta’ Mejju 2011 li jemenda l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 124, 13.5.2011, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R2144
13.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 459/2011
tat-12 ta’ Mejju 2011
li jemenda l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq li temenda d-Direttiva 2007/46/KE u tirrevoka d-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE (2), jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 78/2009 li huwa att regolatorju separat għall-finijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulati mid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (3). |
(2) |
Il-preskrizzjonijiet tekniċi neċessarji għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 78/2009 għandhom ikunu ibbażati fuq l-ispeċifikazzjonijiet stipulati għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/90/KE tat-23 ta’ Diċembru 2003 dwar il-preskrizzjonijiet tekniċi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandha x’taqsam mal-protezzjoni ta’ pedestrijani u utenti oħra vulnerabbli tat-triq qabel u fil-każ ta’ ħabta ma’ vettura bil-mutur u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE (4). |
(3) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-valutazzjonijiet inizjali, kif imwettqa mill-fabbrikanti tal-vetturi u s-servizzi tekniċi u skont ir-Regolament (KE) Nru 631/2009, ġew identifikati erba’ oqsma differenti fejn ir-rekwiżiti speċifiċi għandhom ikunu ċċarati ulterjorment. Id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu emendati jikkonċernaw ir-rekwiżiti ġenerali li huma bbażati fuq ir-rekwiżiti eżeistenti tal-ewwel fażi, kif stabbiliti fid-Direttiva 2003/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Ċerti limiti għall-valutazzjoni importanti fir-rekwiżiti ġenerali hemm bżonn li jiġu adattati biex iqisu l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi u sabiex ir-rekwiżiti tal-ewwel fażi tar-Regolament (KE) Nru 78/2009 jiġu allinjati ma’ dawk stipulati li jikkonċernaw l-ewwel fażi tad-Direttiva 2003/102/KE. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 631/2009 għandu jiġi emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 195, 25.7.2009, p. 1.
(3) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(5) ĠU L 321, 6.12.2003, p. 15.
ANNESS
L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 631/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti II hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Il-Parti V huwa emendat kif ġej:
|